Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kap Eżekuttiv tal-MFSA – spejjeż imħallsa waqt kull vjaġġ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17015 u jgħid kemm kien hemm spejjeż imħallsa waqt kull vjaġġ magħmul mill-Kap Eżekuttiv tal-MFSA li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u kemm minnhom tħallsu direttament, kemm minnhom tħallsu b’visa cards u jekk kienx hemm cash withdrawls mill-kont tal-MFSA minn ATMs barra minn Malta waqt tali vjaġġi?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #17109 Sitting 398 2020-11-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Proġetti, korsijiet li huma ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti, korsijiet, eċċ. li huma ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2014-2020 li għadhom ma tlestewx? X'sar s'issa fuq kull wieħed minnhom? X'jonqos isir? Skont il-ftehim ta' finanzjament li sar mal-Unjoni Ewropea, meta għandhom jitlestew? Kemm kienet l-istima oriġinali fil-ftehim ta' finanzjament u x'se tkun l-ispiża finali?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #17110 Sitting 398 2020-11-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – pjanijiet għal Kemmuna

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-pjanijiet li għandu għal Kemmuna l-Ministeru għal Għawdex, kif ukoll dwar il-Master Plan ta’ Kemmuna u jgħid xi progress sar f’dawn l-aħħar xhur rigward dan, u xi jmiss isir issa?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħala parti mill-pjanijiet li għandu għal Kemmuna, il-Ministeru ppublika sejħa għall-offerti biex tiġi irranġata l-parti tat-triq mill-moll tal-Blue Lagoon sal-latrina pubblika. Ix-xogħol marbut ma’ din is-sejħa għall-offerti mistenni jibda fil-gimgħat li ġejjin dejjem jekk it-temp jkun jippermetti.

Farms tal-majjal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' farms tal-majjal u x'kien id-daqs tagħhom f'Għawdex, fl-aħħar ta' kull sena mit-2013 sa Ottubru 2020? X'kien il-piż tal-qatliet tal-majjal minn Għawdex kull sena u x'kienu l-ispiża u l-valur tal-bejgħ tal-produzzjoni?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' rziezet tal-majjal f’Għawdex bid-dati hekk kif mitluba huwa kif ġej: Sena 2013 2014 2015 2016 2017 2018 2019 Sa Ottubru 2020 Nru ta’ farms 12 11 11 11 9 9 9 9 Id-daqs tagħhom f'Għawdex, fl-aħħar ta' kull sena mit-2013 sa’ Ottubru 2020 hu: Sena 2013 2014 2015 2016 2017 2018 2019 2020 Razzett Numru ta’ majjali G1 1061 1111 833 1879 1319 599 696 611 G2 542 592 427 702 353 473 413 613 G3 146 160 85 30 G4 283 323 139 305 115 340 307 315 G5 132 168 86 127 87 43 27 97 G6 75 62 128 237 58 97 72 22 G7 50 G8 166 69 90 128 39 116 92 96 G9 543 454 331 581 G10 307 162 208 322 178 390 353 259 G11 1160 1572 948 724 1292 734 651 728 G12 208 222 219 205 145 266 375 415 Il-piż tal-qatliet tal-majjal minn Għawdex li sar fil-Biċċerija Pubblika ta’ Malta, kull sena skont id-dati mitluba huwa kif ġej: Sena KGS 2013 465,172 2014 478,970 2015 420,989 2016 367,551 2017 336,188 2018 283,746 2019 287,282 2020 247,486 Ngħarraf lill-Onor. Interpellent li fir-rigward ta’ l-ispiża u l-valur tal-bejgħ tal-produzzjoni, dan il-Ministeru ma jkollux din it-tip ta’ informazzjoni.

Is-Siġġiewi — Community Policing

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-Korp tal-Pulizija beħsiebu jdaħħal il-Community Policing fis-Siġġiewi, iktar u iktar meta tqies li l-għassa tas-Siġġiewi qed tkun iktar magħluqa milli miftuħa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-inizjattiva tal-Community Policing ser tkun introdotta gradwalment f’diversi lokalitajiet f’dawn il-gzejjer u eventwalment ser tkun introdotta wkoll fis-Siġġiewi.

Ħal Qormi — Community Policing

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-Korp tal-Pulizija beħsiebu jdaħħal il-Community Policing f'Ħal Qormi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-inizjattiva tal-Community Policing ser tkun introdotta gradwalment f’diversi lokalitajiet f’dawn il-gzejjer u eventwalment ser tkun introdotta wkoll f'Ħal Qormi.

Ħal Luqa — Community Policing

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-Korp tal-Pulizija beħsiebu jdaħħal il-Community policing f'Ħal Luqa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-inizjattiva tal-Community Policing ser tkun introdotta gradwalment f’diversi lokalitajiet f’dawn il-gżejjer u eventwalment ser tkun introdotta wkoll f'Ħal Luqa.
Leg 13 PQ #17127 Sitting 398 2020-11-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Tender for the Reinstatement of Rubble Walls across Gozo

Question

B'referenza għat-tender 'CT3017/2019 - Tender For The Reinstatement Of Rubble Walls Across Gozo As Part Of M4.4121' jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li jrid jsir permezz ta din it-tender inbediex u jekk iva kemm ilu li inbeda? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permessi kollha min-naħa tal-ERA u l-Planning Authority biex ikun jista’ jsir dan l-imsemmi xogħol?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol marbut ma’ dan it-tender beda f’Ġunju ta’ din is-sena. Xogħlijiet li qegħdin isiru jaqgħu taħt Schedule 1 permitted development Classes 2 and 3.
Leg 13 PQ #17128 Sitting 398 2020-11-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Tender for Finishing Works including the use of Environment Friendly Paint Material at Villa Lauri

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender 'CT2423/2019 - Tender for Finishing Works including the use of Environment Friendly Paint Material, at Villa Lauri, Valley Road Birkirkara' li għalqet fis-7 ta' Lulju 2020 u jgħid fiex wasal il-proċess biex din l-imsemmija tender tiġi awarded?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tender qiegħed fi proċess ta’ evalwazzjoni

Wied il-Għajn — Triq Sant'Antnin u Pjazza Mifsud Bonnici - traffic lights

Question

Jista' l-Ministru jara li t-traffic lights ta' Triq Sant'Antnin u Pjazza Mifsud Bonnici f'Wied il-Għajn jerġgħu jinxtegħlu hekk kif ilhom mitfijin ġimgħatejn?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat minn Transport Malta li għamlet spezzjoni fuq il-post u sabet li hemm xi ħsarat. Dawn il-ħsarat ġew irrapurtati lill-Infrastructure Malta sabiex Transport Malta tingħata aċċess għal wieħed mill-kuntratturi ta’ emerġenza. Ix-xogħolijiet neċċessarji għandhom jibdew fil-jiem li ġejjien.

Residenza San Vinċenz de Paule – sodod vojta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm sodod vojta kull ġimgħa fir-Residenza San Vinċenz de Paule minn Ġunju 2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu hija kif indikat hawn taħt: Date Number of Vacant Beds Comments 7th June 2020 45 COVID 19 Contingency Plan of 100 beds Admissions curtailed due to COVID 14 th June 2020 48 21 st June 2020 55 28 th June 2020 55 5 th July 2020 140 Additional 102 beds in new San Gorg Preca wards 3 rd July Admissions resumed 12 th July 2020 117 New admissions in process 19 th July 2020 157 Additional 102 beds in new Stella Maris wards 13 th July 26 th July 2020 106 New admissions in process 2 nd August 2020 172 Additional 167 beds in new Madonna Ta Pinu wards 27 th July 9 th August 2020 229 New admissions in process 16 th August 2020 196 New admissions in process 23 RD August 2020 181 New admissions in process 30 th August 2020 176 New admissions in process 6 th Sept 2020 192 New admissions in process 13 th Sept 2020 145 New admissions in process 20 th Sept 2020 103 MUMN Directives all admissions stopped 27 th Sept 2020 104 MUMN Directives all admissions stopped 4 th oct 2020 108 MUMN Directives all admissions stopped 11 th Oct 2020 114 MUMN Directives all admissions stopped 18 th Oct 2020 227 Additional 134 beds in new Kristu Re 24 th Oct MUMN Directives all admissions stopped 25 th Oct 2020 237 MUMN Directives all admissions stopped 1 st Nov 2020 225 MUMN Directives all admissions stopped

Enemalta – investigazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17057 u jikkonferma jekk l-Awditur tal-Enemalta li qed jagħmel investigazzjoni fuq il-proġett f’Możura fil-Montenegro jiffurmax parti, jew kienx jagħmel parti mill-Fuel Procurement Committee tal-Enemed? Jekk fl-affermattiv, kemm hija r-remunerazzjoni tiegħu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna msemmija huwa wieħed miż-żewġ osservaturi esterni fuq il-fuel procurement committee ta’ Enemed. Osservaturi f’din il-posizzjoni jitħallsu € 3,000 fis-sena.
Leg 13 PQ #17140 Sitting 398 2020-11-10 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Studenti tal-Mediċina Maltin — riżorsi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed jagħmel biex jirrispondi għall-ħtiġijiet tal-istudenti tal-mediċina preżenti u futuri fl-Università ta’ Malta, fil-kuntest tal-introduzzjoni tal-iskola medika ġdida ta’ Barts u l-istudenti tagħhom, sabiex jassigura li jkun hemm biżżejjed riżorsi għall-istudenti Maltin? Jista’ jgħid x’qed jagħmel fir-rigward ta’ sfidi bħal: a. Espożizzjoni klinika mal-pazjenti; b. Ħin ta’ prattika fis-swali tal-operazzjonijiet u fl- outpatients ; c. Konsulenti/Speċjalisti sabiex jgħallmu lill-istudenti; u d. Biżżejjed xogħlijiet bħala Junior Doctors sabiex jakkomodaw għaż-żieda fl-istudenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. interpellant li tlabt informazzjoni dwar din il-mistoqsija mingħand l-Università ta’ Malta. It-tagħrif mitlub ikun jista' jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif tingħatali din l-informazzjoni.
Leg 13 PQ #16561 Sitting 397 2020-11-09 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Ministeru għal Għawdex

Il-Miżieb u l-Aħrax — Ftehim mal- Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim mal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti li jirrigwardja ż-żoni tal-Miżieb u tal-Aħrax?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #16562 Sitting 397 2020-11-09 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Ministeru għal Għawdex

Żoni tal-Miżieb u l-Aħrax – aċċess ħieles għall-pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema xhur ħa jkollu aċċess ħieles il-pubbliku għaż-żoni tal-Miżieb u l-Aħrax u kif ħa jiġi żgurat dan?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Film 'Carmelo' — fondi utillizati

Question

Fid-dawl li mill-2016 il-Ministeru ghall-Kultura ġie allokat somma ta' € 200,000 fis-sena għal PBS Ltd - Film Malti, u peress li kif jien informat li nħarġet sejħa waħda biss għal dan il-proġett - fl-ewwel sena, li rriżultat fil-film 'Carmelo', jista’ l-Ministru jgħid kif ġew utilizzati jew imqassma dawn il-fondi li jammontaw għal €600,000 minn dakinhar?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn is-snin 2016 sa 2019, il-fondi vvutati għall-PBS-Malta film ġew utilizzati hekk: 1. Carmelo 2. Parti mill-fondi għall-produzzjoni tal-film ‘Ħabbilni Ħa Nirbaħ’ 3. Parti mill-fondi għall-produzzjoni ta’ film għall-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali bl-isem ta ‘Storbju’ Fis-sena 2020, dan il-fond ma ngħatax.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — Ħaddiema li ħarġu bil-kwarantina

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li ħarġu bi kwarantina minħabba kuntatt ma’ persuni bil-COVID-19?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat li kien hemm 19-il persuna tas-settur pubbliku li ħarġu bi kwarantina minħabba kuntatt ma' persuni bil-COVID-19.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — ħaddiema li ħarġu bil-kwarantina

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li ħarġu bi kwarantina minħabba kuntatt ma’ persuni bil-COVID-19?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li mis-settur pubbliku li jaqgħu taħt il-Ministeru li tiegħu jien responsabbli, sa issa kien hemm żewġ persuni li ħarġu bi kwarantina minħabba kuntatt ma’ persuni bil-COVID-19.
Leg 13 PQ #16865 Sitting 397 2020-11-09 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħaddiema li huma minn skala 6 'l fuq

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid, fil-mument li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li huma minn skala 6 ’l fuq? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li l-pagi fis-settur pubbliku jsegwu l-ftehim kollettiv tal-entità partikolari u mhux l-iskali ta’ pagi fis-Servizz Pubbliku.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar– Ħaddiema li huma minn skala 6 ’l fuq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, fil-mument li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li huma minn skala 6 ’l fuq? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill Onorevoli interpellant, li parti sosstanzjali mill-impjegati tas-settur pubbliku u li allura huma impjegati f’wahda mil-entitajiet li jifurmaw parti mil- portafol ta dan il- ministru ma ghandhomx sistema ta skali izda jsegwu ftehim kollettv ta’ l-entita’ partikolari.