Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex waslu l-pjanijiet sabiex jinfetaħ Ċentru tas-Saħħa ġdid fir-Rabat, Għawdex? Meta hu previst li dan iċ-Ċentru jinfetaħ?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pjanijiet taċ-Ċentru tas-Saħħa l-ġdid wasslu sabiex tlesta x-xogħol ta’ mosaic u silicato fit-taraġ prinċipali u il-ħajt biswit. Xogħol estern jinstab fi stadju avvanzat. Ġew aġġudikati u awarded kemm it-tender tal-lift, tal-Istandby Generator kif ukoll tal-maġġor parti tal-appart mediku. Hu previst li dan iċ-Ċentru jinfetaħ għall-aħħar tas-sena d-dieħla.
Marsalforn – Turġien li jagħtu mit-Triq ta’ Barda għal Triq Santa Marija – aċċessibilità għall-anzjani u persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jsiru l-pjanijiet biex it-turġien li jagħtu mit-Triq ta' Barda għal Triq Santa Marija, Marsalforn isiru aċċessibbli għall-anzjani, diżabbli eċċ?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru qed jieħu nota ta’ din is-sitwazzjoni u ser ikun qed jagħmel il-verifiki kollha neċessarji sabiex jekk ikun possibli jsir ix-xogħol meħtieġ.
Marsalforn – tindif ta’ partijiet mill-bajja ftit qabel il-ftuħ tal-proġett tal-Menqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għala nħasset il-ħtieġa li titnaddaf il-parti tal-bajja ta' Marsalforn fejn hemm il-paletta ftit qabel il-ftuħ tal-proġett tal-Menqa ta' Marsalforn fil-5 ta' Novembru 2020? Min kien responsabbli għall-kontaminazzjoni tal-paviment tal-porfido tal-Menqa biż-żejt li ħareġ minn trakk li ntuża fit-tindif imsemmi? Kemm swiet l-operazzjoni ta' tindif ta' dan iż-żejt u min ser iħallas għaliha?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tindif tal-bajjiet isir kontinwament. F’kull inċident ta’ ħmieġ, kontaminazzjoni eċċ, d-dipartiment responsabbli jieħu ħsieb li jitnaddaf minnufih.
Marsalforn – Triq Santa Marija – xogħlijiet fin-naħa ta’ fuq tat-triq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jitlestew ix-xogħlijiet fin-naħa ta' fuq ta' Triq Santa Marija, Marsalforn fuq ir-riħ tal-breakwater u jitwaħħal il-ħadid fuq l-irdum? Meta bdew dawn ix-xogħlijiet u kemm ser jiswew?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn ix-xogħlijiet qegħdin isiru mill-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ u għalhekk d-domanda għandha ssir lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts ta' Gozo Channel (Holding) Company Ltd mill-1 ta' Jannar 2019 sat-30 ta' Ġunju 2020 kif ukoll ta' Gozo Channel (Operations) Ltd mill-1 ta' Jannar 2018 sat-30 ta' Ġunju 2020? Għala għadhom ma ġewx ippubblikati l-audited accounts ta' Gozo Channel (Operations) Ltd għas-sena 2018 ?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpallant li l-audit accounts tas-sena 2018 ġew ippreżentati lir-Registry of Partnerships ta’ Għawdex fl-14 ta’ Lulju 2020. Il-mistoqsija rigward il-management accounts tal-kumpanija Gozo Channel (Holding) Ltd għandha issir lill-Ministeru ikkonċernat.
Regolamenti rigward apparat li jiġġenera radjazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17028 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-regolamenti kollha li nħarġu mill-Ministeru tas-Saħħa u/jew mis-Superintendent tas-Saħħa Pubblika in konnessjoni ma’ kwalunkwe tip ta' apparat li jista' jiġġenera radjazzjoni li hija tat-tip "non ionizing", inkluż kwalunkwe "standards", prassi u proċeduri li għandhom jiġu segwiti in konnessjoni mal-imsemmi apparat?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni mhix l-awtorità kompetenti f’dan ir-rigward.
Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tip ta’ moniteraġġ ta’ livelli ta’ exposure ta’ radjazzjoni non ionizing
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17029 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u issa ġiet riferuta lilu u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dettalji tat-tip ta' moniteraġġ ta' livelli ta' exposure ta’ radjazzjoni tat-tip "non ionizing", flimkien mar-riżultati ta' dak il-monitoraġġ?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor Interpellant li mill-bidu tal-2019 sal-aħħar ta’ Settembru tas-sena 2020, l-Awtorità ta’ Malta għall-Komunikazzjoni wettqet erba’ mija, sitta u ħamsin (456) testijiet u qisien (tests and measurements) f`diversi lokalitajiet pubbliċi, liema ri¿ultati jinsabu fid-dominju pubbliku diġà fis-sit elettroniku tal-Awtorità.
Moniteraġġ tas-Saħħa ta’ membri tal-pubbliku wara l-użu ta’ apparat li jiġġenera radjazzjoni
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17030, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dettalji tat-tip ta' moniteraġġ tas-saħħa ta' membri tal-pubbliku matul kif ukoll wara l-użu ta’ apparat li jista' jiġġenera radjazzjoni li hija tat-tip "non ionizing" kif ukoll matul u wara l-imsemmi exposure, flimkien mar-riżultati ta' dak il-moniteraġġ tas-saħħa tagħhom?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni mhix l-awtorità kompetenti f’dan ir-rigward.
Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Regolamenti Speċifiċi għall-protezzjoni ta’ persuni u ambjent mill-effetti negattivi ta’ radjazzjoni non ionizing
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17031, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-regolamenti speċifiċi li nħarġu sabiex jiġu protetti persuni kif ukoll l-ambjent kontra l-effetti negattivi ta' radjazzjoni non ionizing minn apparat?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-leġislaturi mitluba diġà ġew qegħdin fid-dominju pubbliku. Il-leġislazzjoni relatata huma: (a) l-Att Għat-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (Kap. 418); (b) Il-liġi sussidjarja (LS 399.28) intitolata “Regolamenti dwar in-Networks u Servizzi ta’ Komunukazzjonijiet Elettroniċi (Ġenerali)”; u (c) Il-liġi sussidjarja (LS 399.40) intitolata “Regolamenti dwar Awtorizzazzjonijiet Ġenerali (Apparat tar-Radjokomunikazzjoni)”.
Tista’ l-Ministru tgħid:
1. kemm kien hemm titjiriet lejn l-Ajruport ta’ Malta bejn l-1/10/2020 u t-8/11/2020?,
2. kemm daħlu passiġġieri b’kollox minn dawn it-titjiriet?,
3. kemm saru
random swabs
biex jistabbilixxu l-preżenza ta’ infezjoni bil-COVID-19?
4. kemm minn dawn l-
iswabs
ħarġu pożittivi?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Nirreferi lill-Onor. Intepellant biex tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministri kkonċernati.
Birkirkara – Żieda ta’ dawl f’salib it-toroq Karm Galea, F.Busuttil u Ġużè Orlando
Question
Jista’ l-Ministru jara li jiżdied id-dawl fil-pjazzetta li hemm f’salib it-toroq Karm Galea, F.Busuttil u Ġużè Orlando fl-area tal-Knisja l-Qadima Birkirkara, fejn qed jintbagħat ritratt separatament tal-area indikata?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi se jittieħdu sabiex dik li qabel kienet l-Ismoking Room f’Bighi tiġi kkurata u restawrata billi issa sejra ferm iktar lura?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li għalkemm ix-xogħol ta’ restawr u snajja oħra fuq l-iSmoking Room jew Smoking Shed f’Bighi bħalissa wieqaf minħabba prijoritajiet oħra tal-aġenzija, f’Ottubru 2019 saru xi interventi strutturali sabiex ix-Shed tiġi ssudata u ma tkomplix sejra lura.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bbenefikaw mill-In Work Benefit li jgħixu f’Santa Luċija (Malta) tul din is-sena sal-aħħar ta’ Ottubru 2020?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm sbatax-il persuna jgħixu Santa Luċija li rċevew l-In Work Benefit matul din is-sena sal-aħħar t’Ottubru 2020.
Il-Kalkara – Triq il-Kappuċini – tiswijiet u xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm damet sabiex issir Triq il-Kapuċċini fil-Kalkara fit-tiswijiet u xogħol li sarilha?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza, s-sostenibilità u s-sigurezza tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż.
Bħala parti minn dan l-investiment, Infrastructure Malta bħalissa qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 470 triq.
It-triq indikata hija fost 120 triq residenzjali li Infrastructure Malta bniet mill-ġdid fl-2020. Ix-xogħlijiet fiha bdew aktar kmieni din is-sena u tlestew fil-jiem li għaddew. Billi t-triq hija twila mhux ħażin, madwar 600 metru minn ħdejn il-Kappella ta’ Santa Barbara u tasal sax-xatt tal-Kalkara, ix-xogħlijiet kienu estensivi u saru f’żewġ fażijiet.
F’din it-triq ġew mgħoddijin minn taħt l-art aktar minn kilometru f’servizzi tal-ilma, telekomunikazzjoni u drenaġġ. Saru wkoll bankini ġodda fuq iż-żewġ naħat tat-triq li jġibu l-istess tul, tisħiħ tal-pedamenti tat-triq u wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt.
Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.
Wied il-Għajn – Traffic lights fi Triq Sant’Antnin mitfija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’tiswijiet hemm bżonn li jsiru fit-Traffic Lights li jinsabu fi Triq Sant’Antnin fejn tiltaqgħa ma Triq il-Qaliet u li jara li dawn jsiru għax ilhom tliet ġimgħat wieqfa?
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – bordijiet – benefiċċji, kumpens finanzjarju u kundizzjonijiet varji
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16291 u 15338 u jgħid x’inhuma l-benefiċċji, il-kumpens finanzjarju u l-kundizzjonijiet varji li huma intitolati għalihom membri fil-Bordijiet varji li jaqgħu taħt il-Ministeru u jista’ jindika x’kienet l-ispiża attwali tas-sena li għaddiet 2019?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar – terms of reference
Question
Peress li t-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar, fid-deċiżjoni tiegħu fl-appell PAB 149/19 bejn l-NGO Flimkien Għal Ambjent Aħjar kontra l-MIDI plc dwar Manoel Island iddikjara li l-Environment Impact Assessment EA/00015/17 “huwa null fl-intier tiegħu” u “li jiġi sottomess ir-rapport tal-EIA mill-ġdid”, jista’ l-Ministru jispjega kif l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) ma ordnatx li jsir mill-ġdid billi jsegwi l-proċeduri rikjesti f’Taqsima V tar-regolamenti fl-L.S. 549.46 speċjalment regolament 16 (2) biex jiġu kkonsultati varji entitajiet inkluż il-pubbliku u l-pubbliku interessat dwar l-eżami tar-rilevanza jew ‘terms of reference’? Il-Ministru jaqbel li dan hu abbuż min-naħa tal-ERA u disprezz lejn l-appellanti Flimkien Għal Ambjent Aħjar meta l-ERA qed tinjora d-deċiżjoni tal-EPRT? Jaqbel il-Ministru li l-ERA ma għandha ebda dritt tagħżel liema regolamenti ssegwi u li dawn ir-regolamenti japplikaw għal kulħadd?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dak li għamlet id-deċiżjoni mogħtija mit-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar mogħtija nhar is-17 ta’ Ġunju 2020 (Appell Nru 149/19) kien li invalidat ir-rapport inniffsu tal-EIA fl-intier tiegħu u għal din ir-raġuni rrinvijat l-atti lura lill-ERA sabiex tara li r-rapport tal-EIA jiġi sottomess mill-ġdid. Fil-verità l-ERA hekk għamlet u wara li ħadet konjizzjoni ta’ din id-deċiżjoni tat-Tribunal, infurmat lil applikant, kif kellha tagħmel, sabiex iħejji mill-ġdid ir-rapport tal-EIA fl-intier tiegħu. Il-materji u proċeduri oħra msemmija mill-Onor. Interpellant fil-mistoqsija tiegħu jmorru lilvhinn mis-sentenza għaliex jirrilataw ma’ stadji iżjed bikrija tal-proċess qabel il-ħatra tal-konsulenti u li allura ma kienux parti mis-sentenza tat-Tribunal. Hawnhekk nixtieq nisħaq ukoll li jien għandi fiduċja sħiħa fl-ERA u x-xogħol siwi ħafna li qed tagħmel mingħajr ħafna ftaħir.
Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar – terms of reference
Question
Peress it-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar fid-deċiżjoni tiegħu fl-appell PAB 149/19 bejn l-NGO Flimkien Għal Ambjent Aħjar kontra l-MIDI plc dwar Manoel Island, sab li dikjarazzjoni ffirmata minn wieħed mill-konsulenti tal-EIA kient falza u “li ma għandiex mis-sewwa” u t-Tribunal sab ukoll li l-koordinatur tal-EIA naqas mill-obbligi imposti fuqu mir-regolament 17(2) “preċiżament fil-parti fejn “Il-konsulenti għandhom jitmexxew u jkunu ġestiti minn koordinatur, li għandu jkun responsabbli għall-kontenut globali u l-preżentazzjoni tal-VIA.” It-Tribunal qal “li Ko-Ordinatur, għamel ħażin meta sempliċiment straħ fuq iddikjarazzjoni tal-Perit ... mingħajr ma għamel l-ebda verifika ulterjuri”, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħadet l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) kontra l-kordinatur ta’ dan in-nuqqas serju? Jista’ jgħid x’passi ħadet l-ERA kontra l-konsulent li għamel dikjarazzjoni falza u s-soċjetà MIDI li qabbditu u ħallsitu, skont l-artikolu 84(e) tal-Att Protezzjoni tal-Ambjent? Jaqbel li dikjarazzjoni falza fuq dokument pubbliku hi offiża serja? Jekk ma ttieħdux passi jista’ jgħid il-għala ma tteħdux? Jaf il-Ministru li b’din id-dikjarazzjoni falza ġiet demolita binja li nbniet fl-aħħar tas-seklu 19 u li kienet tintuża bħala kwarantina għall-baqar u annimali simili?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ta’ min wieħed jippreċiża li fis-sentenza tiegħu t-Tribunal fl-ebda ħin ma qal illi saret dikjarazzjoni falza iżda qal, u nikkwota “It-Tribunal irid joqgħod kawt illi ma jaqbiżx dawk li huma l-kompetenzi tiegħu, iżda jibbastalu jgħid illi dik id-dikjarazzjoni kienet waħda li ma għandiex mis-sewwa”. Dan qed ngħidu għall-korrettezza tal-fatti. Jiena ma nħossx li materji bħal dawn wieħed għandu jgħaġġel fuqhom. Madankollu jien tlabt lill-Bord tal-Awtorità tezamina sewwa s-sentenza tat-Tribunal u tikkunsidra jekk għandhomx jittieħdu xi passi ulterjuri.
Jista’ l-Prim Ministru jelenka d-destinazzjoni, id-data u minn min kien akkumpanjat f’kull safra l-Prim Ministru bejn Frar u Mejju 2017? Jista’ jgħid ukoll x’kienet ir-raġuni ta’ kull okkażjoni?