Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Gvern hux beħsiebu li jirrevedi l-istrateġija tas-Saħħa Mentali ppublikata f’Diċembru li għadda sabiex pajjiżna jkollu strateġija tas-Saħħa Mentali li tinkludi l-effetti immedjati u fit-tul tal-pandemija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Istrategija tas-Saħħa Mentali qegħda tkun implimentata. Infatti is-servizz kollu issa qiegħed jingħata skont regjuni kif tgħid l-istess strateġija. L-implimentazzjoni tagħha kemm fil-preżent u dak kif ippjanat għal futur jinkludi l-effetti tal-Pandemija. Is-servizz qed jingħata b’tali mod li jkun sikur minn trasmissjoni tal- Covid 19 kemm għal l-istaff kif ukoll għal klijenti. Dan is-servizz qed ikun iktar aċċesibbli, speċjalment fil-kommunità, ħalli jkun jista’ jirrispondi għal problemi u sitwazzjonijiet ġodda psikoloġiċi li ġabet din il-pandemija.
COVID-19 — Servizz u Sapport għas-Saħħa Mentali tal-Frontliners
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’servizz u sapport għas-Saħħa Mentali qed jingħataw il-frontliners tagħna li jmissu direttament mal-COVID-19 fosthom l-infermiera, t-tobba u l-professjonisti mediċi kollha?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-impjegati inkluż il-frontliners jistaw jirreferu għal servizz ta’ sapport psikoloġiku u ta’ counselling permezz tal-Employee Support Programme (ESP) fejn f’kull livell professjonali jiġu mħeġġa biex jagħmlu użu f’każ ta’ bżonn.
Hemm wkoll is-servizz tal-psikologu u l-psikjatra on call minn tobba u professjonisti oħra f’każ ta’ emerġenza barra l-ħin normali tax-xogħol sabiex l-impjegati jkunu jistgħu jiġu riferuti għalih.
Barra minn hekk ġew introdotti protokolli, linji gwida u lbies protettiv li flimkien jagħtu serħan il-moħħ lill-professjonisti tagħna f’kull ċirkostanza relatata mal-pandemija tal-Covid-19. Dawn il-protokolli huma aġġornati kontinwament biex jirriflettu l-aħħar direzzjoni fuq is-suġġett skont kif ikun maħruġ mil-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.
Żwiġijiet bir-reġistru bejn koppji tal-istess sess
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16922 u jelenka sena b’sena kemm kien hemm żwiġijiet bir-reġistru mill-2017 ‘l hawn bejn koppji tal-istess sess?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żwiġijiet tal-istess sess f’Malta mill-2017 sal-lum, huma kif indikat fit-tabella hawn taħt.
Sena
Ż
wiġijiet bir-reġistru mill-2017 ‘l hawn bejn koppji tal-istess sess
2017
7
2018
63
2019
78
2020
27
L-ammonti indikati ma jinkludux żwiġijiet fil-gżira Għawdxija. Ir-reġistru pubbliku ta’ Għawdex huwa responsabbiltà tal-Ministeru għal Għawdex.
Pandemija – għajnuna finanzjarja għal min ma jiflaħx iħallas kera
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16978, 16759 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u 16585 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid hux se tingħata għajnuna finanzjarja għal min ma jiflaħx iħallas kera minħabba l-pandemija? Jekk se tingħata, kif se tingħata, u mil-liema xahar sa meta se tingħata u kemm se jkunu l-ammonti?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lil Ministeru kkonċernat.
Awtorità tal-Artijiet — sejħa pubblika għal xiri ta' proprjetà
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk mill-2017 sal-lum l-Awtorità tal-Artijiet ħarġitx sejħa pubblika għal xiri ta’ proprjetà żgħira, bla arja, fuq wara tar-residenza li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u jekk iva, jistax jindika d-data tas-sejħa u n-numru tagħha?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorità tal-Artijiet li ħarġet sejħa pubblika għall-art li qed jirreferi għaliha fit-8 ta’ Marzu 2019.
Jista' l-Ministru jgħid sa meta hu mistenni li jkun lest il-proġett tas-safety embarcation ramps fix-Xatt tas-Sliema?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li dan huwa parti minn proġett estensiv biex intejbu l-faċilitajiet tal-ivvjaġġar bil-laneċ ħalli aktar persuni jitħajru ju¿aw dan il-mezz ta’ vjaġġar alternattiv. Infrastructure Malta qed tibni faċilitajiet ġodda fix-xatt ta’ Tas-Sliema u x-xatt ta’ Bormla għall-passiġġieri li jużaw is-servizz tat-trasport bil-baħar biex jaqsmu lejn il-Belt Valletta permezz tal-laneċ. B’hekk, tkompli titjieb l-aċċessibilità u l-effiċjenza ta’ dan is-servizz ta’ trasport importanti mill-inħawi ta’ Tas-Sliema u l-Kottonera lejn Marsamxett u l-Port il-Kbir.
L-investimenti biex isiru dawn il-faċiliatjiet, li se jagħmlu s-servizz aċċessibbli għal kulħadd u iżjed komdu, hu stmat li flimkien se jammontaw għal madwar €5 miljun. Faċilitajiet simili huma ppjanati wkoll għall-Marsamxett. Is-sena l-oħra kien diġà sar proġett pilota f’Marsamxett fejn Infrastructure Malta mmodernizzat il-faċilitajiet tal-irmiġġ, bniet strutturi u rampi aktar siguri u aċċessibbli biex il-passiġġieri jirkbu u jinżlu mil-laneċ b’aktar kumdità. Ix-xogħlijiet li saru kienu jinkludu tiswijiet fuq il-moll, l-introduzzjoni ta’ rampi u passarelli mekkanizzati u l-installazzjoni ta’ strutturi oħrajn relatati mal-irmiġġ. Saru wkoll poġġamani għal aktar sigurtà waqt li ż-żona fuq l-art fejn il-passiġġieri jistennew biex jirkbu l-laneċ ġiet ukoll organizzata aħjar biex tkun aktar aċċessibbli. Wara s-suċċess ta’ dan il-proġett pilota, l-aġenzija bħalissa qed tippjana t-tieni fażi tal-proġett f’Marsamxett li tinkludi breakwater, faċilità ta’ iktar minn irmiġġ wieħed u struttura ta’ kenn għall-passiġġieri f’din iż-żona.
Ix-xogħlijiet f’Bormla u Tas-Sliema li qegħdin isiru bħalissa jikkonsistu f’tiswijiet fuq il-mollijiet eżistenti, invellar f’qiegħ il-baħar, bini ta’ pedamenti u t-tqegħid ta’ blokki tal-konkos kif ukoll l-mili tagħhom bil-konkos, kostruzzjoni ta’
piles
u l-wiċċ tal-moll biex jinbnew mollijiet ġodda. Il-moll il-ġdid f’Tas-Sliema se jkun kbir 1,326 metru kwadru u biex jiġi ffurmat se jkun hemm bżonn jitpoġġew 182 blokka tal-konkos. Waqt li d-daqs tal-moll ta’ Bormla se jkun madwar 560 metru kwadru magħmul minn 150 blokka tal-konkos.
Meta jitlestew il-mollijiet, imbagħad se jiġu mtejbin il-faċilitajiet għall-irmiġġ billi f’kull każ se jsiru żewġ passarelli mekkanizzati, kif ukoll jinbnew strutturi u rampi aktar siguri u aċċessibbli biex il-passiġġieri jirkbu u jinżlu mil-laneċ b’aktar kumdità. F’Tas-Sliema u Bormla wkoll se jinbnew faċilitajiet li se jipprovdu kenn aħjar għal dawk li jkunu qed jistennew ħalli jirkbu l-laneċ biex jaqsmu minn Tas-Sliema lejn Marsamxett jew mill-Kottonera għall-Port il-Kbir.
Permezz ta’ dawn il-faċilitajiet ġodda, il-laneċ se jkunu jistgħu jittrakkaw min-naħa tal-poppa u b’hekk ikun possibbli li jsir użu miż-żewġ passarelli f’daqqa, biex l-inżul u t-tlugħ tal-passiġġieri jsir b’aktar effiċjenza. Fl-istess waqt, ma jkunx hemm aktar għalfejn li l-laneċ jintrabtu mal-moll qabel jibdew itellgħu jew iniżżlu l-passiġġieri. B’hekk, jonqos ukoll ir-riskju ta’ dewmien fil-ħinijiet tas-servizz.
L-istruttura tal-passarelli mekkanizzati tipprovdi possibbiltà biex il-passiġġieri kollha, anke dawk b’diffikultajiet ta’ mobilità, jkollhom aċċess aktar komdu għal-laneċ ta’ dan is-servizz. Il-passarelli mekkanizzati jkollhom ukoll mekkaniżmu li jikkompensa għat-tibdil ta’ frugħ il-baħar, biex jibqgħu dejjem aċċessibli għal kulħadd.
Ix-xogħol fuq l-infrastruttura tal-moll f’Tas-Sliema huwa mmirat li jitlesta fl-ewwel kwart tas-sena d-dieħla, jekk it-temp jippermetti. Imbagħad jinbdew ix-xogħlijiet tal-bini li se jservi ta’ kenn għall-passiġġieri kif ukoll jiġu installati r-rampi u l-passarelli mekkanizzati flimkien ma’ strutturi oħrajn relatati mal-irmiġġ. Dawn ix-xogħlijiet huma ppjanati li jitlestew aktar tard matul l-2021.
MIP — concession fuq is-Sit tal-Malta Shipbuilding
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min awtorizza, u meta kien, li l-Malta Industrial Parks (MIP) ħarġet ittra lil dik li kienet Ablecare Oilfield Services Holding (illum Mediterranean Maritime Hub, u li fl-2016 ngħatat il-concession fuq is-sit li kien il-Malta Shipbuilding fil-Marsa) biex minflok l-użu jkun speċifikament limitat għal xogħol fuq vapuri (kif kien jgħid il-public tender tal-2016) jibda jsir ukoll storage u manutenzjoni ta’ yachts lokali? Min awtorizza l-bdil fl-użu tal-concession li ngħatat wara sejħa pubblika?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interepellant illi din it- tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm daħlu lmenti għand l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) fir-rigward ta’ refunds u/jew ħlasijiet oħra marbuta ma’ kanċellar ta’ package holidays jew xorta oħra ta’ tħassir ta’ vaganzi jew safar lejn pajjiżi oħra mill-bidu tal-2020 s’issa xahar b’xahar?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-bidu tal-2020 l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) irċieva mija u ħames (105) ilment fir-rigward ta’ refunds u/jew ħlasijiet oħra marbuta ma’ kanċellar ta’ package holidays jew xorta oħra ta’ tħassir ta’ vaganzi jew safar lejn pajjiżi oħra. It-tabella t’hawn taħt tindika l-ilmenti li daħlu xahar b’xahar kif mitlub:
2020
Xahar
Numru ta’ lmenti reġistrati
Jannar
1
Frar
5
Marzu
10
April
4
Mejju
10
Ġunju
12
Lulju
18
Awwissu
20
Settembru
9
Ottubru
16
Tista’ l-Ministru tgħid kemm daħlu lmenti għand l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) fir-rigward ta’ refunds u/jew ħlasijiet oħra marbuta ma’ kanċellar ta’ package holidays jew xorta oħra ta’ tħassir ta’ vaganzi jew safar lejn pajjiżi oħra mill-bidu tal-2020 s’issa xahar b’xahar?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmata li n-numru ta’ telefonati mill-COVID-19 Helpline tal-Awtorità għat-Turiżmu rigward refunds u/jew ħlasijiet oħra marbuta ma’ kanċellar ta’ package holidays jew xorta oħra ta’ tħassir ta’ vaganzi jew safar lejn pajjiżi oħra kien jammonta għal 102. Dawn saru kollha fix-xahar ta’ Mejju.
Bejn Marzu u Ottubru daħlu wkoll madwar 40
email
fuq tourismcovid-19helpline@visitmalta.com.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm daħlu lmenti għand l-European Consumer Centre Malta u dwar xiex kienu mill-bidu tal-2020 s’issa xahar b’xahar? Tista’ tgħid kemm attwalment hemm impjegati fi ħdan il-European Consumer Centre Malta, u x’inhu r-rwol ta’ kull impjegat?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-bidu tas-sena sal-31 t’Ottubru 2020, il-European Consumer Centre Malta rċieva elf u sitta u disgħin (1096) ilment li jinqassmu f’żewġ kategoriji, seba’ mija u tlieta u ħamsin (753) li huma talbiet ta’ assistenza/ilmenti sempliċi, u tlett mija u tlieta u erbgħin (343) ilment. Talbiet ta’ assistenza/ilmenti sempliċi huma każijiet fejn il-konsumatur ikollu bzonn informazzjoni u assistenza qabel jew wara li jakkwista prodott jew servizz. Ilmenti huma meta l-konsumatur ikun akkwisa il-prodott jew servizz u ma jkunx wasal fi ftehiem mal-kummerċjant. L-iktar ilmenti komuni tal-konsumaturi Maltin din is-sena huma relatati mat-trasport (50%), segwiti minn ilmenti relatati ma restoranti u akkomodazzjoni (18%); rikreazzjoni u kultura (10%); oġġetti relatati mad-dar (7%); ħwejjeġ u żraben (6%); u affarijiet oħra (9%). Hawn taħt hawn tabella tal-ilmenti li daħlu xahar b’xahar kif mitlub:
Xahar
Assistenza/ilmenti sempliċi
Ilmenti
Jannar
40
26
Frar
54
28
Marzu
91
36
April
150
40
Mejju
102
35
Ġunju
85
43
Lulju
74
44
Awwissu
53
35
Settembru
49
23
Ottubru
55
33
Preżentament iċ-Ċentru għandu tlett impjegati full time u impjegata li taħdem numru ta’ siegħat ridotti, fejn ir-rwol tagħhom huwa kif indikat hawn taħt:
· Senior Professional Officer fir-rwol ta’ Koordinatur taċ-Ċentru;
· Żewġ Administrative Officers li jindirizzaw l-ilmenti li jidħlu minn konsumaturi Maltin u mill-Unjoni Ewropea, fejn wieħed minn dawn l-Uffiċjali huwa wkoll il-contact point tar-Regolament dwar is-Soluzzjoni online għal tilwim mal-konsumaturi; u
· Information and Education Officer li taħdem numru ta’ siegħat ridotti u tieħu ħsieb artikli li jidhru fil-gazzetti lokali f’isem iċ-Ċentru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm bdiewa full-time u part-time f'Għawdex maqsuma separatament u skont l-età tagħhom fl-aħħar ta' kull sena mit-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kien hemm raba’ bagħli jinħadem? Kemm kien hemm raba’ saqwi jinħadem? U kemm kien in-numru ta' serer u x'kienet l-area tal-art miksija bis-serer?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru fil-konkret jgħid f'liema xahar u sena hu ppjanat li jitlesta x-xogħol, li ilu għaddej is-snin fuq il-Fanal tal-Ġordan ġewwa l-Għasri? Jista' jgħid fil-konkret x'fadal isir biex ikun lest ix-xogħol fuq din il-binja?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpallant li x-xogħol ta’ restawr tal-Fanal ta’ Ġordan beda f’Ġunju tal-2018 wara snin twal ta’ telqa u abbandun ta’ din il-binja storika ta’ żmien il-ħakma Ingliża. Ir-restawr tal-Fanal mistenni jintemm lejn l-ewwel kwart tas-sena 2021.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li l-istess Ministeru tiegħu ħareġ tender fl-24 ta' Awwissu 2020 'CfT Title: Tender for the provision of project management support services for the reconstruction of Triq Mgarr (Nadur) and Triq Sant'Antnin (Ghsielem) Gozo including structural, infrastructural and piling works (CfT CA Unique ID: MGOZ/MPU T 57/2020)' u nħarġet permezz ta' accelerated opening u ġie ppubblikat fil-website tal-Ministeru għal Għawdex u fil-website www.etenders.gov.mt din it-tender ġiet awarded fit-3 ta' Settembru 2020 iżda imbagħad xi ġimgħat wara din it-tender giet ikkanċellata?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġa twieġeb fil-mistoqsija parlamentari numru 16539, is-sejħa għall-offerti ġiet ikkanċellata bis-servizzi qed jigu pprovduti minn uffiċjali oħra varji. Infakkrek li sadattant, l-arterja Triq Sant’ Antnin infetħet mill-ġdid għall-aċċess pubbliku.
B' referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 17033, fejn għamel referenza għal kameras ta' sorveljanza li hemm installati ġol-iskatepark ta' Birżebbuġa, jista' l-Ministru jara li jiġu installati wkoll kameras ta' sorveljanza fejn l-iskatepark biex tkun issorveljata l-area mill-atti vandali li jsiru ta' sikwit?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Bir¿ebbuġa illi l-cameras li hemm installati diġa, jiċċirkondaw l-area tal-madwar minn kull angolu.
Jista' l-Ministru jara li biex ir-residenti ta' San Pawl il-Baħar ikunu moqdija, issir rotta tat-trasport pubbliku mix-Xemxija bi frekwenza ta' kull nofs siegħa għax ir-rottot 41 u 42 li qed jitilqu miċ-Ċirkewwa u jgħaddu minn San Pawl il-Baħar, qed ikunu mimlijin?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li Transport Malta kif ukoll dawk ta’ l-operatur tat-trasport pubbliku qedgħin jissorveljaw l-andament tas-servizz tal-karozzi tal-linja ġewwa San Pawl il-Baħar. Infurmat ukoll li l-operatur tat-trasport pubbliku qiegħed jagħmel vjaġġi addizzjonali kull meta jkun hemm il-ħtieġa.
Ta’ min wieħed jiġbed l-attenzjoni li barra r-rotot 41 u 42 li jitilqu miċ-Ċirkewwa hemm zewġ rotot oħra li d-destinazjoni finali tagħhom hija l-Belt Valletta ukoll. Dawn huma ir-rotta 48 li mill-venda ta’ Buġibba tidħol San Pawl il-Baħar u tkompli ssegwi r-rotta bħar-rotta 41 u ir-rotta 49 li titlaq mill-Mellieha tgħaddi San Pawl il-Bahar, in-Naxxar u mill-bus stop Technopark fil-Mosta tkompli bħar-rotta 41.
Ta’ min jinnota li dawn l-aħħar ħmistax-il ġurnata kien hemm tlieta u ħamsin vjaġġ addizjonali fuq dawn ir-rotot.
Jista’ l-Ministru jindika meta se jinbeda x-xogħol fi Triq San Ġorġ Birżebbuġa biex tissolva l-problema li jitla’ l-baħar fit-triq, liema xogħol kellu jinbeda fl-aħħar ta’ Settembru iżda sa issa għadu ma nbeda xejn? Jista’ jserraħ ras ir-residenti li ladarba jinbeda x-xogħol se jkunu elenkati b’mod ċar ir-rotot alternattivi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta se timplimenta proġett li tfassal mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura fi ħdan l-istess Ministeru bil-għan li tittaffa l-problema tal-għargħar fl-inħawi ta’ Dawret il-Qalb Imqaddsa, biswit il-Bajja ta’ San Ġorġ f’Birżebbuġa.
It-toroq u l-bini f’din iż-żona jinsabu prattikament mal-livell tal-baħar. Ikun hemm drabi, mhux neċessarjament waqt xi maltempata, fejn il-livell tal-baħar saħansitra jogħla aktar mil-livell tat-triq, bil-konsegwenza li jkun hemm diffikultajiet t’għargħar. Dan il-fenomenu ilu jikkaġuna problemi u inkonvenjenti kbar partikolarment lir-residenti għal ħafna snin. Ċerti proposti li saru fil-passat instab li jikkaġġunaw aktar riperkussjonijiet għal djar fil-viċin u bini ieħor.
Għaldaqstant, ried jinstab x’inhu l-aħjar intervent li għandu jsir biex itaffi l-problema tal-għargħar mingħajr ma jitpoġġew f’riskju l-proprjetajiet li hemm fl-inħawi. Wara li għal xi żmien ġiet evalwata s-sitwazzjoni partikolari tat-toroq fiż-żona, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura stabbilixxa pjan li jidhirlu li huwa l-aħjar soluzzjoni għall-għargħar tat-toroq bil-maltemp jew meta jogħla l-livell tal-baħar, mingħajr ma jinħolqu konsegwenzi fuq il-bini tal-madwar.
Bil-proġett li se timplimenta b’investiment ta’ madwar €400,000 Infrastructure Malta se timmodifika l-livelli tat-toroq. Barra minn hekk, se jiżdiedu l-kanali għall-ilma (water culverts) billi se jsiru oħrajn ġodda, waqt li dawk eżistenti se jitwessgħu fosthom dak li hemm fil-ġnien pubbliku, jew jinbnew mill-ġdid. Wara mbagħad jinbnew ukoll mill-ġdid il-bankini u t-triq isirilha wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt.
Bħalissa qed jiġi konkluż il-proċess tal-għażla u x-xogħlijiet fuq dan il-proġett se jibdew malli jintgħażel il-kuntrattur. Bħalma jiġri dejjem meta jkun hemm xogħlijiet bħal dawn jiġu ppjanati rotot alternattivi bl-approvazzjoni ta’ Transport Malta biex jonqos kemm jista’ jkun l-inkonvenjent għar-residenti u kull min jivvjaġġa mill-inħawi.
Infrastructure Malta hija impenjata li gradwalment tkompli ttejjeb in-netwerk tat-toroq ta’ din il-lokalità u infrastruttura marittima oħra fil-qrib. F’Birżebbuġa l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid numru ta’ toroq oħrajn li jinkludu Triq il-Brolli, Triq tal-Ġebel, Triq tal-Papa, Triq il-Bżulija, Triq il-Musbieħ, Triq il-Għirgħien, Triq Ferdinand Stuflesser u Triq Żaren Dalli li tibda minn ħdejn il-Knisja Parrokkjali u tasal sa max-xatt, proprju fiż-żona ta’ Dawret il-Qalb Imqaddsa. Apparti toroq oħrajn f’Birżebbuġa, triq oħra li tagħti wkoll għax-xatt fl-istess żona u li diġà qiegħda fil-pjan biex isir xogħol fiha hija Triq it-Tankijiet.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jingħata l-wearing course (u ċjoè l-aħħar kisja ta' tarmak f'wiċċ it-triq) fi Triq Patri Ġuże Delia, il-Mosta peress li x-xogħol ilu wieqaf aktar minn tliet xhur?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza, s-sostenibilità u s-sigurezza tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż.
Bħala parti minn dan l-investiment, Infrastructure Malta bħalissa qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 470 triq.
Fl-ewwel għaxar xhur ta’ din is-sena, Infrastructure Malta bniet mill-ġdid 120 triq residenzjali. Ix-xogħlijiet biex inbniet mill-ġdid it-triq indikata kienu jinkludu l-allinjament tat-triq kif speċifikat fil-pjanijiet lokali u tisħiħ tal-pedamenti tagħha, bankini u bdil tas-servizzi kollha tad-drenaġġ, ilma, dawl u telekomunikazzjoni li hemm taħt l-art. L-aħħar kisja bl-asfalt se ssir fil-ġimgħat li ġejjin malli jtlesta xogħol fi propjetà li hemm fl-istess triq li jrid isir minn terzi. Dan biex jiġi evitat li ssir ħsara lill-wiċċ tat-triq wara li titlesta.
Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.
Jista' l-Ministru jara li s-central strip li saret reċentement fi Triq id-Difiża Ċivili fil-Mosta hux qed tkun ta' periklu għal dawk kollha li jużaw din it-triq?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-imsemmija central strip hija parti minn pjan li kien approvat mill-Awtorita’ tat-Ippjanar permezz ta’ PC11/13 fit-8 ta’ Jannar 2015 u PA5549/10 fis-16 ta’ Marzu 2015. Il-proġett ħolistiku għal din it-triq jinkludi roundabout ġdida għal aċċess aħjar għall-MCAST u diversi żviluppi ġodda fil-madwar li għandhom bżonn aċċess minn Triq id-Difiża Ċivili, kif ukoll l-imsemmija service road li ġiet iddisinjata sabiex jiġi kkontrollat id-dħul u l-ħrug għal fuq Triq id-Difiża Ċivili filwaqt li tgħaqqad t-toroq il-ġodda fuq in-naħa tan-nofsinhar tat-triq li jwasslu għaż-żona ġdida ta’ żvilupp li hemm ippjanat.
Sakemm jitlestew ix-xogħolijiet kollha qiegħed ikun hemm arranġamenti temporanji sabiex jiggwidaw is-sewwieqa u jitnaqqas ir-riskju ta’ periklu għal dawk li jużaw din it-triq.
L-Imqabba — Triq il-Konvoj ta' Santa Marija - central strip
Question
B'referenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari 16649, jista’ l-Ministru jgħid x'tip ta' siġar u l-kwantità ta' kull tip ta' siġra li se jitħawlu fis-central strip ta' bejn is-service road u t-triq prinċipali fi Triq il-Konvoj ta' Santa Marija fl-Imqabba wara li siġar li kien hemm eżistenti fl-istess central strip inqalgħu? Meta ser jitħawlu dawn is-siġar?
Ir-Rabat Għawdex – Ċentru tas-Saħħa – tabib bil-lejl
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispjega għalfejn it-tabib taċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat, Għawdex m'għadhux jattendi bil-lejl fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Jidhirlux li dan in-nuqqas qed iżomm milli jingħata servizz ta' kura tas-saħħa primarja 24 siegħa kuljum? Jidhirlux li dan in-nuqqas qed iżid il-pressjoni fuq id-Dipartiment tal-Emerġenza tal-istess Sptar Ġenerali ta' Għawdex f'dan iż-żmien tant delikat ta pandemija? Jidhirlux li wasal iż-żmien li ċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat, Għawdex jibda jagħti servizz 24 siegħa kuljum?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-Ċentru tas-Saħħa l-ġdid tar-Rabat, Għawdex la darba jitlesta x-xogħol fuqu, se jkun qed jinfetaħ erbgħa u għoxrin siegħa kuljum.