Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Fgura – In Work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bbenefikaw mill-In Work Benefit li jgħixu il-Fgura tul din is-sena sal-aħħar ta’ Ottubru 2020?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm tnejn u disgħin persuna jgħixu l-Fgura li rċevew l-In Work Benefit matul din is-sena sal-aħħar t’Ottubru 2020.

Rural Policy and Design Guidance 2020

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f'liema stadju qiegħed l-abbozzar ta' Rural Policy and Design Guidance 2020 u meta hemm il-ħsieb illi tiġi ppubblikata l-verżjoni finali tagħha?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat li l-Awtorità tal-Ippjanar bħalissa qiegħda tanalizza s-sottomissjonijiet tal-pubbliku dwar l-ewwel abbozz li ħareġ għall-konsultazzjoni ftit taż-żmien ilu sabiex tagħmel it-tibdiliet li jkunu kkunsidrati meħtieġa. Dan il-proċess mistenni jkun lest fi zmien ftit ġimgħat sabiex imbagħad tkun tista’ ssir konsultazzjoni pubblika finali.

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – xufiera f’containers

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti struzzjonijiet immedjati lil Steward Healthcare sabiex ix-xufiera tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex ma jibqgħux aktar f'containers imma jkollhom kmamar permanenti u adekwati fejn jistgħu joqogħdu meta ma jkunux qegħdin isuqu l-ambulanzi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-taqsima tat-trasport li jinkludi wkoll ix-xufiera tal-ambulanzi, bħalissa qed topera minn post temporanju. Il-post fuq ba¿i permanenti għal din it-taqsima, huwa parti mill-proġett tal-bini ta’ sptar akut ġdid fil-g¿ira Għawdxija. Ninfurmah li ser isir upgrade tal-post hekk kif jitlesta r-refurbishment li qed isir fid-Dipartiment tal-Emerġenza.

Malta Enterprise – għajnuna finanzjarja lill-kumpaniji bbażati f’Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħatat għajnuna finanzjarja lill-kumpaniji bbażati f'Għawdex fl-2017, 2018 u 2019 u l-perċentwal li tali għajnuna kienet mill-għajnuna finanzjarja totali ta' Malta Enterprise?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill Onorevoli interpellant illi din l-informazzjoni ser tinghata fis-seduta li jmiss.

Malta Enterprise – Proġetti approvati f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew approvati proġetti f'Għawdex minn Malta Enterprise fl-2017, 2018 u 2019 u kemm hi l-ispiża kapitali proġettata ta' dawn il-proġetti u n-numru ta' impjiegi proġettatti?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill Onorevoli interpellant illi din l-informazzjoni ser tinghata fis-seduta li jmiss.
Leg 13 PQ #17222 Sitting 401 2020-11-17 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel (Holding) Company Ltd u Gozo Channel (Operations) – kiri tal-MV Nikolaos

Question

Jista' l-Ministru jindika liema kienet il-proċedura ta' akkwist pubbliku użata mill-Gozo Channel (Holding) Company Ltd u/jew mill-Gozo Channel (Operations) Ltd sabiex tikri l-MV Nikolaos? Jista’ jgħid kemm qed tiswa din il-kirja?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kwalunkwe nformazzjoni li tingħata f’dan il-kuntest tista’ tikkawża preġudizzju serju kontra l-kumpanija fil-kuntest ta’ tender għal Kuntratt ta’ Konċessjoni Pubblika għat- transport bejn Malta u Għawdex li huwa mistenni li jinħareġ fiż-żmien li ġej, u li l-kumpanija għandha kull interess li tipparteċipa fih.

PBS – Chairman u CEO – nefqa fuq safar u lukandi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ kemm nefqu f’safar u lukandi, iċ-Chairman u s-CEO tal-PBS sena b’sena mill-2015 sal-lum?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Kultura – nefqa fuq reklamar u marketing

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-ispiża ta' marketing u reklamar li ntefqet mill-2013 sal-lum, ma’ liema media houses jew production houses intefqu, bl-ammonti għal kull sena u jekk kenux reklamar fuq TV, print, stampar, internet jew radju jew stampar ta' materjal ta’ marketing?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għas-Saħħa – nefqa fuq reklamar u marketing

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-ispiża ta' marketing u reklamar li ntefqet mill-2013 sal-lum, ma’ liema media houses jew production houses intefqu, bl-ammonti għal kull sena u jekk kenux reklamar fuq TV, print, stampar, internet jew radju jew stampar ta' materjal ta’ marketing?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – nefqa fuq reklamar u marketing

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-ispiża ta' marketing u reklamar li ntefqet mill-2013 sal-lum, ma’ liema media houses jew production houses intefqu, bl-ammonti għal kull sena u jekk kenux reklamar fuq TV, print, stampar, internet jew radju jew stampar ta' materjal ta’ marketing?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Informazzjoni mitluba tinsab fuq it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji – nefqa fuq reklamar u marketing

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-ispiża ta' marketing u reklamar li ntefqet mill-2013 sal-lum, ma’ liema media houses jew production houses intefqu, bl-ammonti għal kull sena u jekk kenux reklamar fuq TV, print, stampar, internet jew radju jew stampar ta' materjal ta’ marketing?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni li ntalbet għadha qiegħda tiġi miġbura.

Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma – nefqa fuq reklamar u marketing

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-ispiża ta' marketing u reklamar li ntefqet mill-2013 sal-lum, ma’ liema media houses jew production houses intefqu, bl-ammonti għal kull sena u jekk kenux reklamar fuq TV, print, stampar, internet jew radju jew stampar ta' materjal ta’ marketing?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw diġà għall-PQs 7525 u 11985, ngħarrfu li tlabt biex jinġabar il-bqija tat-tagħrif. Appena dan ikun disponibbbli, inkun nista’ npoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità tal-Artijiet – Direct Orders

Question

Jista’ l-Ministru jelenka d-direct orders ta’ bejn €15,000 u d-€19,999 li l-Awtorità tal-Lands ħallset kull xahar wara l-2014 sal-lum?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li mill-2017 sa issa, ċjoè minn meta tnediet l-Awtorità tal-Artijiet, ma kienx hemm direct orders ta’ bejn €15,000 u €19,999 li tħallsu lill-entità waħda jew persuna waħda kull xahar. Dan jeskludi repair works.

Il-Qawra — Skola Primarja fil-Kulleġġ Marija Reġina - ħaddiema tekniċi biex iżommu l-manutenzjoni tal-iskola

Question

Filwaqt li wieħed jirrikonoxxi l-ambjent pożittiv u l-mod modern li bih inbniet l-Iskola Primarja tal-Qawra fil-Kulleġġ Marija Reġina, jista’ l-Ministru jara li mill-aktar fis jiġu impjegati nies tas-sengħa u tekniċi sabiex din l-iskola allura jkollha l-persuni meħtieġa biex jagħmlu l-manutenzjoni li skola bħal din, li tilqa' mijiet ta' tfal u edukaturi, jkollha bżonn minn ġurnata għall-oħra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li l-Kulleġġ Maria Reġina li tifforma parti minnu l-iskola Primarja tal-Qawra, għandu tim ta’ ħaddiema li jagħmlu xogħol ta’ manutenzjoni fl-iskejjel. Il-Ministeru, bħalma sar qabel, ifittex li jixtri servizzi tekniċi partikolari kull meta jkun hemm il-bżonn.
Leg 13 PQ #17255 Sitting 401 2020-11-17 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Studenti li fallew l-iskola

Question

B’referenza għal tweġibiet parlamentari li jindikaw li wieħed minn kull erbat itfal f’Malta u Għawdex mhux imorru skola f’dan il-perjodu ta’ pandemija, jista’ l-Ministru jagħti l-figuri preċiżi kulleġġ b’kulleġġ u skola bi skola ta’ kemm tfal fallew kif ukoll it-total ta’ popolazzjoni studenteska ta’ kull skola? Jista’ jagħti wkoll il-persentaġġi għal kull skola u għal kull kulleġġ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli interpellant hu kif muri fit-tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #17256 Sitting 401 2020-11-17 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Mudell ta' Blended Learning

Question

B’referenza għal tweġibiet li ta l-Ministru rigward il-mudell ta’ blended learning, jista’ l-Ministru jgħid fejn qed jara li ħadem tajjeb u x’nuqqasijiet qed isib?

Response (BONNICI, OWEN)

Kif diġà kelli opportunità nispjega diversi drabi fil-livell post-sekondarju u terzjarju mhux fl-aħjar interess tal-istudenti jekk it-tagħlim imur kollu online. Dan anke skont riċerka li saret. Nemmnu li l-aħjar triq fiċ-ċirkostanzi li qegħdin fihom hi li fejn in-numru ta' studenti fi klassi ikun kbir il-lezzjonijiet isiru online waqt li fejn in-numru tal-istudenti fil-klassi ikun żgħir il-lezzjonijiet isir in person bil-prekawzjonijiet kollha. It-tagħlim f'dawn l-istituzzjonijiet miexi u qed jinżamm kuntatt kontinwu mat-tmexxija ta' kull istituzzjoni.

Ministeru għall-Akomodazzjoni Soċjali — Ħaddiema li huma minn skala 6 ’l fuq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, fil-mument li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li huma minn skala 6 ’l fuq? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 42 ħaddiem tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħi u li huma minn skala 6 ‘l fuq. 19 minn dawn il-ħaddiema huma nisa filwaqt li l-kumplament huma rġiel.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — Ħaddiema li huma minn skala 6 ’l fuq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, fil-mument li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li huma minn skala 6 ’l fuq? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pagi fis-settur pubbliku jsegwu l-ftehim kollettiv tal-entità partikolari u mhux l-iskali ta’ pagi fis-Servizz Pubbliku.
Leg 13 PQ #16901 Sitting 400 2020-11-16 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pandemija — Direttiva 13

Question

Peress li d-Direttiva numru 13 daħlet fis-seħħ fit-13 ta’ Marzu 2020, ġiet estiża fis-27 ta’ April 2020 imma ġiet revokata fit-2 ta’ Ġunju 2020, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk is-Segretarju Permanenti Ewlieni, is-Sur Mario Cutajar, hux se jerġa’ jattiva din id-direttiva li tirregolarizza l-possibiltà li ħaddiema fis-settur pubbliku jaħdmu mid-dar minħabba l-pandemija tal-COVID-19?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li kif diġà ntqal pubblikament għal aktar minn darba, hemm direzzjoni ċara mis-Segretarju Permanenti Ewlieni biex talbiet għal telework f’dawn iċ-ċirkustanzi ma jiġux rifjutati sakemm kull dipartiment jassikura li s-servizz lill-klijenti jibqa’ mhux mittiefes.

Pandemija — Nies li qed jonqsu li jmorru jagħmlu check-ups ta’ rutina

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li minħabba l-pandemija, nies qed jonqsu li jmorru jagħmlu check-ups ta’ rutina li jista’ jwassal biex isiru jafu kmieni jekk għandhomx kanċer? Jista’ jikkonferma li dan in-numru fil-fatt naqas b’terz? X’qed jagħmel il-Gvern biex dan l-iscreening u l-early diagnosis jerġa’ jibda jsir mill-aktar fis?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu ta’ bejn Marzu u l-bidu ta’ Awissu ta’ din is-sena dan is-servizz kien waqaf minħabba l-bidu tal-pandemija tal-Covid-19, ninfurmaha ukoll illi l-screening u l-early diagnosis wara dan il-perjodu rega’ beda’ jingħata.