Permessi maħruġa lill-ħaddiema ta’ nazzjonalità Albaniża
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw permessi lill-ħaddiema ta’ nazzjonalità Albaniża biex jiġu jaħdmu fil-Gżejjer Maltin, xahar b'xahar minn April 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu rġiel u kemm minnhom kienu nisa u l-etajiet tagħhom u għal kemm żmien ingħataw permess biex ikunu jistgħu jaħdmu Malta u Ghawdex?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif muri fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. L-informazzjoni tinkludi biss permessi lill-ħaddiema ta’ nazzjonalità Albaniza maħruġa minn Jobsplus.
Attachments:PQ 17181 - Permessi maħruġa lill-ħaddiema ta’ nazzjonalità Albaniża.pdf
Ministeru għal Għawdex – ħaddiema bil-Contract for Service
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm ħaddiema bil-Contract for Service fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex? Jista’ jgħid taħt liema Direttorat jiffurmaw parti dawn il-ħaddiema, kif ukoll jgħid x'inhu xogħolhom?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 10896.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16998, 16592 u 15475 li oriġinarjament saru lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġew riferuti lilu u jgħid x’inhi l-pożizzjoni tal-Ministeru tiegħu fuq it-Torri tal-Qbajjar li jinsab fi stat ħażin ħafna u fil-periklu imminenti li jiġġarraf? Ma jaħsibx il-Ministru li għandha ssir xi ħaġa immedjata biex dan il-bini storiku ma jiġġarrafx?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Awtorità tal-Artijiet għaddejja b’diskussjonijiet interni biex b’mod effettiv tikkonkludi proċessi legali pendenti rigward dan is-sit.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru fuq is-swar tal-Belt Senglejana u kemm huwa mistenni li jintefaq fl-istess?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li x-xogħol ta’ restawr li qed isir fuq is-swar ta’ San Mikiel fid-daħla tal-Isla, liema restawr jinkludu t-torri tal-arloġġ u l-gardjola huwa stmat li jiġi jiswa mhux aktar minn €1,362,189.79 exc vat. Dan wara li kienet ħarġet sejħa għal offerti. Il-proġett huwa maniġjat mill-GHRC.
Direttur tal-Portijiet – permessi għal bastimenti biex jidħlu fil-Port il-Kbir
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm bastimenti ngħataw il-permess mid-Direttur tal-Portijiet sabiex jidħlu fil-Port il-Kbir u jsorġu mal-moll tal-Oil Tanking fil-bajja tar-Rinella tul is-sena li għaddiet 2019 u din is-sena sal-aħħar ta’ Ottubru 2020?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorità tat-Trasport li mal-moll ta’ Ricasoli Tank Cleaning Farm tul is-sena li għaddiet sal- 24 ta’ Settembru 2020 kien hemm 18-il vapur.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bbenefikaw mill-In Work Benefit li jgħixu Raħal Ġdid tul din is-sena sal-aħħar ta’ Ottubru 2020?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm sebgħa u ħamsin persuna jgħixu Raħal Ġdid li rċevew l-In Work Benefit matul din is-sena sal-aħħar t’Ottubru 2020.
Gozo Channel (Holding) Company Ltd u Gozo Channel (Operations) – kiri tal-MV Nikolaos – cost benefit analysis
Question
Jista' l-Ministru jindika jekk Gozo Channel (Holding) Company Ltd u/jew il-Gozo Channel (Operations) Ltd għamlux xi cost benefit analysis qabel ma’ ttieħdet id-deċiżjoni li jinkera l-MV Nikolaos? Jista’ jgħid għaliex ittieħdet id-deċiżjoni li jinkera dan il-vapur u li mhux jinxtara jew jinbena wieħed modern ladarba hemm il-ħtieġa tar-raba' vapur?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor Interpellant li din hija mistoqsija ta’ natura strettament kummerċjali u għalhekk, kwalsiasi risposta li tingħata tista tippreġudika l-andament kummerċjali tal-kumpanija. Apparti hekk, kwalunkwe informazzjoni li tingħata f’dan il-kuntest tista tikkawża preġudizzju ikbar kontra l-kumpanija fil-kuntest tat-tender għall-Kuntratt ta’ Konċessjoni Pubblika għat-transport bejn Malta u Ghawdex. Dan it-tender huwa mistenni li jinħareġ fiż-żmien li ġej u l-kumpanija għandha kull interess li tipparteċipa fih.
Dipartiment tas-Saħħa – ħażna tal-vaċċin kontra l-COVID-19
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid xi pjanijiet fassal id-Dipartiment tas-Saħħa sabiex jaħżen f'Malta u f'Għawdex il-vaċċin li qed jiġi żviluppat minn Pfizer u BioNTech meta jasal Malta u kif ser isir it-tilqim b'dan il-vaċċin?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment tas-Saħħa għamel l-arranġamenti neċessarji biex il-vaċċin imsemmi minnu f’eventwalita’ illi jkun żviluppat mill-kumpanija msemmija ikun maħżun skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-kumpanija u bil-Cold Chain iżgurata.
Jista' l-Ministru jindika jekk hemmx pjanijiet sabiex Malta titlob self mill-European Stability Mechanism?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern huwa parteċipi f’erba’ (4) programmi ta’ finanzjament minn istituzzjonijiet Ewropej, liema programmi huma:
SURE;
Pan European Guarantee Fund tal-EIB;
ESM;
u Recovery Resilience Facility.
Il-Gvern ser iħalli l-għażla miftuħa għal eventwalità li jkun jinħtieġ finanzjament taħt dawn il-programmi.
Jista' l-Ministru jindika għaliex il-Ministeru qed jippermetti li Gozo Channel (Operations) Ltd tikser it-termini tal-Public Service Obligation li għandha u ma toperax vjaġġi għall-merkanzija għall-Port il-Kbir Marsamxett? Jista’ jgħid meta ser jitnieda Public Service Obligation ġdid ġaladarba dak attwali ilu li skada mill-2017? Intalab xi permess mill-Kummissjoni Ewropea sabiex jiġi estiż it-terminu ta' dan il-Public Service Obligation?
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – nefqa fuq reklamar u marketing
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-ispiża ta' marketing u reklamar li ntefqet mill-2013 sal-lum, ma’ liema media houses jew production houses intefqu, bl-ammonti għal kull sena u jekk kenux reklamar fuq TV, print, stampar, internet jew radju jew stampar ta' materjal ta’ marketing?
Response (BONNICI, OWEN)
Filwaqt li ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li tlabt biex jinġabar it-tagħrif mitlub, ninfurmah li mistoqsija bħal din, fejn qed tintalab informazzjoni dettaljata fuq medda ta' tmien snin, tinħtieġ ħafna xogħol sabiex tinġabar. Kif dan it-tagħrif ikun disponibbli, inkun nista' nqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali – nefqa fuq reklamar u marketing
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-ispiża ta' marketing u reklamar li ntefqet mill-2013 sal-lum, ma’ liema media houses jew production houses intefqu, bl-ammonti għal kull sena u jekk kenux reklamar fuq TV, print, stampar, internet jew radju jew stampar ta' materjal ta’ marketing?
Response (BORG, IAN)
Waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw diġà għall-PQs 184, 252, 2312, 2327, 2342, 2417, 7533, 8688, 10254 u 11993, ngħarrfu li tlabt biex jinġabar il-bqija tat-tagħrif. Appena dan ikun disponibbbli, inkun nista’ npoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – nefqa fuq reklamar u marketing
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-ispiża ta' marketing u reklamar li ntefqet mill-2013 sal-lum, ma’ liema media houses jew production houses intefqu, bl-ammonti għal kull sena u jekk kenux reklamar fuq TV, print, stampar, internet jew radju jew stampar ta' materjal ta’ marketing?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tinghata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza– nefqa fuq reklamar u marketing
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-ispiża ta' marketing u reklamar li ntefqet mill-2013 sal-lum, ma’ liema media houses jew production houses intefqu, bl-ammonti għal kull sena u jekk kenux reklamar fuq TV, print, stampar, internet jew radju jew stampar ta' materjal ta’ marketing?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw diġà għall-PQs 8727 u 8731, ngħarrfu li tlabt biex jinġabar il-bqija tat-tagħrif. Appena dan ikun disponibbbli, inkun nista’ npoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – nefqa fuq reklamar u marketing
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-ispiża ta' marketing u reklamar li ntefqet mill-2013 sal-lum, ma’ liema media houses jew production houses intefqu, bl-ammonti għal kull sena u jekk kenux reklamar fuq TV, print, stampar, internet jew radju jew stampar ta' materjal ta’ marketing?
Response (REFALO, ANTON)
Waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw diġà għall-PQs 181, 786, 2294, 2309, 2324, 2339, 7531, 8256, 8274, 8684, 8732, 9427, 9761, 10249, 10250, 10371, 10372, 11991, 12229, 16806, 16932 ta' din il-leġislatura kif ukoll PQs 21072, 21081, 21343, 22555, 24188 tat-12-il leġislatura, ngħarrfu li tlabt biex jinġabar il-bqija tat-tagħrif. Appena dan ikun disponibbli, inkun nista’ npoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali – nefqa fuq reklamar u marketing
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-ispiża ta' marketing u reklamar li ntefqet mill-2013 sal-lum, ma’ liema media houses jew production houses intefqu, bl-ammonti għal kull sena u jekk kenux reklamar fuq TV, print, stampar, internet jew radju jew stampar ta' materjal ta’ marketing?
Response (GALDES, RODERICK)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-Mistoqsijiet Parlamentari 1652, 2419 u 12720 tal-Leġiżlatura XIII u 20351 u 22553 tal-Leġiżlatura XII.
Il-kumplament tal-informazzjoni ser ikun qiegħed jinġabar u jingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar tliet snin x'għajnuna finanzjarja ngħatat lill-Assoċjazzjonijiet tal-Għaqdiet Non Governattivi f'Għawdex (Gozo NGOs Association)? Jista' jgħid f'kull każ, x'kien l-iskop tal-għajnuna li ngħatat?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Marzu 2020, l-Għaqda Gozo NGOs Association kellha ittela attività Celebrating Harmony in Diversity, pero’ l-istess attivita’ kellha titħassar akkawża tar-restrizzjonijiet ta’ saħħa li ġew implimentati minħabba l-pandemija li għaddejjin minna.
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, f'dawn l-aħħar ħames snin, il-Gvern permezz ta' entitajiet tiegħu xi flus għadda, li ma kienx ħlas għall-biljetti tal-vapur lill-Gozo Channel jew kumpanija tagħha? Jista' jgħid f'kull każ, x'kien l-iskop u għaliex għaddew dawn il-flus mill-Gvern Ċentrali jew entità tiegħu lil Gozo Channel?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-flus li rċeviet il-Gozo Channel mill-Gvern f’dawn l-aħħar ħames snin kienu prinċipalment dawk dovuti lill-Gozo Channel taħt il-Kuntratt ta’ Konċessjoni Pubblika għat-transport bejn Malta u Għawdex u l-emendi li saru taħt l-istess kuntratt, liema kuntratt u emendi kienu approvati mill-iState Aid Monitoring Board.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk talabx li l-frontliners fis-settur tas-Saħħa jingħataw xi tip ta’ kumpens fil-budget li nesihom kompletament?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħal ma taf hi l-pandemija tal-Covid-19 għadha għaddejja. Waqt li l-gvern jinsab grat ħafna għax-xogħol dedikat, professjonali u kompetenti, li qed juru l-frontliners tagħna, mhux jeskludi li jkun hemm diskussjoni mal-Unions ikkonċernati jekk jirri¿ulta li hemm il-lok ta’ tibdil fil-ftehim settorjali rispettivi.