Legislature:
Category:
Reset
Active:

MIP — concession fuq is-Sit tal-Malta Shipbuilding

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17147 u jgħid min awtorizza, u meta kien, li l-Malta Industrial Parks (MIP) ħarġet ittra lil dik li kienet Ablecare Oilfield Services Holding (illum Mediterranean Maritime Hub, u li fl-2016 ngħatat il-concession fuq is-sit li kien il-Malta Shipbuilding fil-Marsa) biex minflok l-użu jkun speċifikament limitat għal xogħol fuq vapuri (kif kien jgħid il-public tender tal-2016) jibda jsir ukoll storage u manutenzjoni ta’ yachts lokali? Min awtorizza l-bdil fl-użu tal-concession li ngħatat wara sejħa pubblika?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li l-informazzjoni għadha qed tingabar.
Leg 13 PQ #17330 Sitting 403 2020-11-23 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

MFSA – lista ta’ direct orders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17217 u jipprovdi lista ta' direct orders li ngħataw mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) inkluż ir-referenza għan-numru tal-kuntratt, in-natura tal-kuntratt u lil min ingħata, id-data li fih ingħata u d-data li l-kuntratt ġie approvat mill-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba d-domanda?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Organizzazzjonijiet volontarji għas-saħħa – għajnuna finanzjarja

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm qed jingħataw għajnuna finanzjarja l-organizzazzjonijiet volontarji għas-saħħa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minkejja li tingħata għajnuna finanzjarja lill-organizzazzjonijiet volontarji għas-saħħa, dawn irendu lura servizzi lill-gvern billi tingħata aktar għajnuna lill-pazjenti tagħna. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex ikun iktar speċifiku fil-mistoqsija parlamentari tiegħu.

Mediċini out of stock

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm, u liema huma, il-mediċini li hawn out of stock?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpllant illi bħalissa hemm 3 mediċini li l-istock tagħhom qiegħed fl-istores tal-Gvern, u hekk kif ikollhom l-approvazzjonijiet neċessarji jkunu jistaw jiġu mqassma lill-pazjenti kkonċernati.Barra minn dawn ma hemm l-ebda mediċina out of stock.

Grant of Citizenship by Merit for Exceptional Services Board – għoti ta’ ċittadinanzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċittadinanzi mill-2017 sal-lum taħt il-Grant of Citizenship by Merit for Exceptional Services Board?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Mill-informazzjoni li ngħatat lili jirri¿ulta li mill-2017 sal-lum, tliet (3) persuni ngħataw iċ-ċittadinanza taħt il-Grant of Citizenship by Merit for Exceptional Services. Tnejn minn dawn il-persuni ġejjin mill-qasam tal-arti u kultura, u persuna oħra mill-qasam sportiv.

Grant of Citizenship by Merit for Exceptional Services Board

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mil-liema setturi tas-soċjetà jew x’valur miżjud ħallew min ingħata ċ-ċittadinanza mill-Grant of Citizenship by Merit for Exceptional Services Board?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 17335.
Leg 13 PQ #17338 Sitting 403 2020-11-23 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuni ta’ ’l fuq minn 65 sena li għadhom jaħdmu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm nies ta’ ’l fuq minn 65 sena li għadhom jaħdmu, jew qegħdin fuq il-payroll tal-Gvern u kemm minnhom huma persons of trust?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li huma tmienja l-persons of trust fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru li huma l-fuq minn 65 sena li għadhom jaħdmu u l-ebda wieħed minnhom ma hu uffiċjal pubbliku.

Għawdex – Rapid Testing Hub għall-COVID-19

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispjega għaliex Għawdex għadu mingħajr Rapid Testing Hub għall-coronavirus COVID-19? Xi pjanijiet hemm biex dan il-hub jinfetaħ?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sar it-taħriġ neċessarju sabiex fil-jiem li ġejjin ikun jista’ jibda jsir ir-Rapid Testing għal-Covid-19 f’Għawdex.
Leg 13 PQ #17343 Sitting 403 2020-11-23 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Għawdex — skola sekondarja ta’ Victoria – dawl u sigurtà fil-parkeġġ

Question

Tista' l-Ministru tiżgura li fil-parkeġġ li hemm taħt l-iskola sekondarja ta' Victoria, Għawdex ikun hemm dawl u sigurtà adegwata sabiex ma jkunx hemm vandaliżmu tal-karozzi pparkjati?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li fil-parkeġġ ta' taħt l-iskola Sekondarja hemm servizz ta' security erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, li huwa mħallas mill-Ministeru għal Għawdex. Hemm ukoll sistema ta' fire alarm li hija konnessa mal-iskola Sekondarja. Meta d-dwal tal-parkeġġ ikollhom bżonn jinbidlu, dan ix-xogħol isir mill-ħaddiema tal-Kulleġġ t'Għawdex.
Leg 13 PQ #17344 Sitting 403 2020-11-23 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Sports Complex

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-intenzjoni dwar l-Isports Complex f’Għawdex u jispjega għala nqala' s-saqaf li sar ftit tas-snin ilu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 16883.
Leg 13 PQ #17345 Sitting 403 2020-11-23 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Villa Rundle — manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'manutenzjoni qed issir b'mod regolari fil-Villa Rundle u kemm hemm impjegati dedikati għal dan ix-xogħol?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onerevoli Interpellant li fil-Villa Rundle ssir manutenzjoni b`mod regolari kemm f’dak li jirrigwardja s-soft areas u kif ukoll fuq l-infrastruttura tal-post. Il-manutenzjoni tas-siġar u soft areas issir minn 28 ħaddiem, inkluż l-amministrazzjoni, li huma impjegati mad-Direttorat għall-Affarijiet Rurali u li huma dedikati speċifikament għal dan ix-xogħol, li jinkludi; - Taħwwil u żamma ta` pjanti staġjonali, - Manutenzjoni tas-siġar u arbuxelli, - Manutenzjoni fuq is-sistema ta` irrigazzjoni, - Tindif tal-post. Ix-xogħlijiet relatati mal-manutenzjoni tal-infrasstruttura tal-post imsemmija hawn taħt issir minn sezzjonijiet varji fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u minn entitajiet privati skont in-natura tax-xogħol, li jinkludi fost oħrajn; - Tikħil u tqegħied ta` ċagħaq fil-passaġġi, - Manutenzjoni tad-dwal, - Manutenzjoni tal-għamara u aċċessorji oħra, - Tindif u manutenzjoni tal-funtana u l-monumenti f’dan il-ġnien
Leg 13 PQ #17346 Sitting 403 2020-11-23 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Victoria Għawdex – Pjazza San Franġisk – funtana

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ser isir mill-funtana li l-familja, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kienet tat lill-Istat u li kienet fi Pjazza San Franġisk, Victoria qabel ma sar ix-xogħol ta' pavimentar?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 14244.
Leg 13 PQ #17347 Sitting 403 2020-11-23 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – nefqa fuq studji dwar il-bini ta’ qorti ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq studji dwar il-bini tal-Qorti li kellu jinbena fi Triq Ġorġ Borg Olivier Rabat Għawdex kif ukoll dak li kellu jinbena fis-sit li qabel kien il-Pixkerija? X'sar minnhom dawn il-pjanijiet u meta ser jibda x-xogħol fuq qorti ġdid f'Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 13038.

Birżebbuġa – ħut mejjt fil-bajja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhu jikkawża l-mewt ta' ħafna ħut fil-bajja ta' Birżebbuġa? X'inhu jagħmel il-Ministeru biex din il-problema frekwenti tissolva?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat illi minn spezzjonijiet li għamlet l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi fil-Bajja ta’ Birżebbugia u l-madwar ma nstabet ebda evidenza viżiva li tindika li dan il-fenomenu qiegħed jiġi kkawzat minn xi tniġġiż jew sustanzi oħra u lanqas ma kien hemm evidenza viżiva ta’ sustanzi jew fenomeni naturali fil-baħar li setgħu jindikaw li l-ħut mietu minħabba fihom. Sadanittant ikun tajjeb li l-Awtorita’ tkun infurmata mill-ewwel meta jiġru avvenimenti bhal dawn halli tkun tista’ tiskatta proċess ta’ berifika u analiżi anke ma’ awtoritajiet ohra kompetenti fir-rigward.

Ċimiterju tal-Addolorata – tiġdid ta’ konvenji fuq oqbra

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk humiex ser jiġġeddu konvenji fuq oqbra fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata li mistennija jiskadu fil-ġimgħat li ġejjin?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-konvenji fuq oqbra fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata li se jiskadu se jiġu mġedda. Fl-aħħar ta’ din is-sena mistennija jsiru l-ewwel kuntratti fuq oqbra fl-imsemmi ċimiterju.
Leg 13 PQ #17366 Sitting 403 2020-11-23 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Compliance Monitoring Committee fl-FIAU

Question

Jista' l-Ministru jgħid min jappunta l-Compliance Monitoring Committee fi ħdan il-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU)? Min poġġa fuq dan il-kumitat fl-2019 u 2020? Min ipoġġi fuq dan il-kumitat, jirċievi dħul ieħor minbarra l-paga?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Compliance Monitoring Committee (CMC) huwa kumitat intern tal-FIAU u mhux xi entita separata. Is-CMC twaqqaf permezz ta’ proċeduri interni f’Diċembru 2011 bi l-għan li jikkonsidra l-findings tas-supervizjoni li tkun saret fuq subject persons u r- representations li jkunu għamlu, jiddetermina jekk hemmx ksur ta’ obbligi kontra l-ħasil ta’ flus jew finanzjar tat-terrorizmu, u jiddeċiedi dwar liema mizuri amministrattivi, inkluzi penali, għandhom jiġu imposti mill-FIAU skont il-liġi fuq subject persons. Skont il-proċeduri interni l-membri li jpoġġu fuq is-CMC huma d-Direttur u d-Deputat Direttur tal-FIAU, Senior Officer (jew persuna li tokkupa kariga għolja), mill-Legal Affairs Section, u Senior Officer (jew persuna li tokkupa kariga għola), mill-Enforcement Section. L-uffiċjali li jpoġġu fuq is-CMC huma impjegai tal-FIAU u ma jirċievu ebda dħul ieħor għajr il-paga tagħhom.
Leg 13 PQ #17367 Sitting 403 2020-11-23 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Compliance Monitoring Committee fl-FIAU — laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jinforma meta ltaqa’ l-Compliance Monitoring Committee tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) fl-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din id-domanda? Min jiddetermina l-aġenda li jkollu quddiemu l-kumitat? Jittieħed vot fil-kumitat dwar deċiżjonijiet li jittieħdu? Jinżammu minuti tal-laqgħat u min jieħu l-minuti?Jista’ jgħid ukoll min jiskrutinja x-xogħol ta' dan il-kumitat?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Enforcement Section tal-FIAU tieħu ħsieb issejjaħ il- laqgħat tas-CMC u tipprepara l-Agenda. Jinzammu minuti ta’ kull laqgħa fejn uffiċjal mill-Enforcement Section jieħu l-minuti. Id-deċizjonijiet tas-CMC jittieħdu b’konsensus u ħafna drabi bi qbil unanimu. F’kaz fejn ma jintlaħaqx konsensus id-deċi¿jonijiet jittieħdu b’vot li jkun jeħtieġ maġġoranza sempliċi. Ix-xogħol tas-CMC jigi skrutinizzat b’mod regolari minn istituzzjonijiet internazzjonali bħal ma huma l-Kummissjoni Ewropea, il- European Banking Authority , l- International Monetary Fund u l-MONEYVAL. Matul l-2020 (sat-18 ta’ Novembru) il- Compliance Monitoring Committee (CMC) iltaqa’ 28 darba fid-dati murija hawn taħt: 24/01/2020 04/03/2020 06/03/2020 12/03/2020 01/04/2020 15/04/2020 22/04/2020 21/05/2020 11/06/2020 18/06/2020 26/06/2020 30/06/2020 07/07/2020 15/07/2020 16/07/2020 21/07/2020 22/07/2020 28/07/2020 05/08/2020 12/08/2020 01/09/2020 15/09/2020 14/10/2020 23/10/2020 26/10/2020 30/10/2020 03/11/2020 10/11/2020
Leg 13 PQ #17368 Sitting 403 2020-11-23 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

FIAU – komunikazzjonijiet ta’ deċiżjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif il-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) tikkomunika d-deċiżjonijiet li jieħu (enforcement measures) lill-kumpaniji jew individwi milquta? Kif ġew ikkomunikati dawn id-deċiżjonijiet bejn l-2015 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista' jagħti break down xahar b’xahar ta' kemm-il deċiżjoni ġiet komunikata bil-fomm jew permezz ta' laqgħa mill-2015 sal-lum? Jista' jgħid liema deċiżjonijiet ġew mgħoddija lil mezzi tax-xandir permezz ta' e-mail mill-FIAU jew rappreżentanti tagħha u meta?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-FIAU jikkomunika d-deċi¿jonijiet dwar enforcement lil subject persons bil-miktub (permezz ta’ email u posta reġistrata jew konsenja bl-idejn). F’ċirkostanzi eċċezzjonali fejn il-komunikazzjoni bil-miktub ma tasalx, l-FIAU isejjaħ lis- subject person sabiex jattendi laqgħa fl-uffiċċji tal-FIAU u matul dik il-laqgħa tingħatalu personalment id-deċizjoni tal-FIAU bil-miktub. Id-deċizjonijiet kollha dwar enforcement li ttieħdu mis-CMC kemm ilu mwaqqaf mill-2011 sal-lum dejjem ġew kominikati lil subjcet persons bil-miktub. Il-penali li jimponi l-FIAU jiġu ppubblikati fuq il- website tal-FIAU skont l-artiklu 13C tal- Prevention of Money Laundering Act u skont il- policies u proċeduri dwar il-pubblikazzjoni ta’ penali stabbiliti mill-Bord (li qegħdin ukoll fuq il- website tal-FIAU). L-FIAU qatt ma jinforma l-media dwar il-penali li jkunu ġew imposti u ppubblikati.
Leg 13 PQ #17369 Sitting 403 2020-11-23 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Studenti li fallew l-iskola

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17255, tista’ l-Ministru tispjega u tiċċara xi jfisser eżatt meta jgħid “Data on Monday 16th November 2020”? L-assenteiżmu kkwotat huwa biss għall-ġurnata msemmija jew huwa l-assenteiżmu regolari li kien hemm f’kull skola u kulleġġ minn Settembru sal-lum? Jekk l-informazzjoni li ngħatat kienet biss l-assenteiżmu għall-ġurnata waħda biss, tista’ tagħti l-informazzjoni kollha tal-assenteiżmu kollu b’averages u persentaġġi kulleġġ b’kulleġġ u skola bi skola minn Settembru sal-lum? Tista’ tgħid kemm minn dan l-assenteiżmu kien ikkwalifikat u ġġustifikat minħabba vulnerabilità u kemm le?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. interpellant hu kif muri fit-tabella li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.