Billi qed ikun diffiċli biex residenti ta' Triq iż-Żebbuġ l-Kalkara jirċievu servizzi essenzjali, jista' l-Ministru jikkunsidra li titwessa d-daħla għat-triq?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li Infrastructure Malta flimkien ma’ Transport Malta ser tikkonsidra din il-proposta u tkun f’pożizzjoni li tingħata risposta aktar ‘il quddiem.
Tista’ l-Ministru tgħid meta ser jibda u jitlesta l-proġett ta' parkeġġ ta' 450 karozza f'Birżebbuġa liema proġett kien tħabbar f'Mejju li għadda?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-perjodu tal-appelli għall-evalwazzjoni tal-offerta skada fis-6 ta’ Novembru u ma kien hemm l-ebda oġġezzjoni. Min-naħa tad-Dipartiment tal-Kuntratti ġie fformulat il-ftehim tal-kuntratt u dawn għaddewha lill-offerent.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser ikun lest il-proġett tal-ħażna tal-fuel f'Ħas-Saptan u meta ser jieqaf jopera d-depot tal-fuel f'Birżebbuġa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proġett tal-ħażna tal-fuel f’Ħas-Saptan hu proġettat li jitlesta matul is-sena 2021. Fl-istess żmien, l-impjant ta’ Birżebbuġa se jkun qiegħed “on cold standby” bl-għeluq definittiv tal-impjant ippjanat li jseħħ matul l-istess sena.
Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — Ħaddiema - Telework
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16814 u jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li applikaw għat-teleworking? Kemm minnhom ingħataw il-permess? Kemm minn dawk li applikaw kienu nisa u kemm minnhom irġiel? Kemm minn dawk li fil-fatt ħadmu (jew qed jaħdmu) permezz tat-teleworking kienu nisa u kemm minnhom irġiel?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Oorevoli Interpellant illi kien hemm 652 applikazzjoni minn ħaddiema tas-Settur Pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ ta’ dan il-Ministeru. L-applikazzjonijiet kollha kienu aċċettati. Fost l-applikanti kien hemm 317-il mara u 335 raġel.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — Ħaddiema - telework
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16818, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuni indikati fit-tabella hux qed jaħdmu bit-teleworking permezz ta’ ftehim li sar qabel il-bidu tal-pandemija (7 ta’ Marzu 2020)? Jista’ jgħid kemm hu n-numru totali ta’ ħaddiema li jaħdmu fl-entitajiet imsemmija fit-tabella?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija qegħda titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — Ħaddiema - telework
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16815, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuni indikati fit-tabella hux qed jaħdmu bit-teleworking permezz ta’ ftehim li sar qabel il-bidu tal-pandemija (7 ta’ Marzu 2020)? Jista’ jgħid kemm hu n-numru totali ta’ ħaddiema li jaħdmu fl-entitajiet imsemmija fit-tabella?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Tista' l-Onor. Interpellant tinfurmani għal liema tabella qiegħda tirreferi. It-tweġiba kienet ingħatat f'risposta tal-mistoqsija parlamentari 16815.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — Ħaddiema - telework
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16820, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuni indikati fit-tabella hux qed jaħdmu bit-teleworking permezz ta’ ftehim li sar qabel il-bidu tal-pandemija (7 ta’ Marzu 2020)? Jista’ jgħid kemm hu n-numru totali ta’ ħaddiema li jaħdmu fl-entitajiet imsemmija fit-tabella?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-figuri mogħtija fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 16820 jirrelataw ma’ applikazzjonijiet għal telework li ntlaqgħu mill-1 ta’ Marzu 2020 ‘il quddiem, skont it-taqsima 3.2 tal-Manwal fuq Mi¿uri ta’ Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja jew skont il-ftehim kollettiv rispettiv. Fit-tieni parti tar-risposta indikajt ukoll in-numru globali ta’ impjegati li qed jaħdmu b’telework taħt l-istess parametri, irrispettivament jekk l-applikazzjoni tagħhom għamluhiex qabel jew wara d-data msemmija. In-numru ta’ ħaddiema fl-entitajiet tal-Ministeru huwa ta’ seba’ mija u tlieta u tmenin (783).
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Ħaddiema - telework
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16816, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuni indikati fit-tabella hux qed jaħdmu bit-teleworking permezz ta’ ftehim li sar qabel il-bidu tal-pandemija (7 ta’ Marzu 2020)? Jista’ jgħid kemm hu n-numru totali ta’ ħaddiema li jaħdmu fl-entitajiet imsemmija fit-tabella?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi hemm total ta’ elf, mitejn u għoxrin (1,220) persuna impjegati ma’ dawn l-entitajiet.
Qabel il-bidu tal-pandemija, kien hemm sitta u tmenin (86) persuna li kellhom arranġamenti ta’ teleworking, li ġew estiżi hekk kif faqqgħet il-pandemija.
Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — Ħaddiema - telework
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16819, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuni indikati fit-tabella hux qed jaħdmu bit-teleworking permezz ta’ ftehim li sar qabel il-bidu tal-pandemija (7 ta’ Marzu 2020)? Jista’ jgħid f’liema dipartiment/awtoritajiet jaħdmu dawn il-persuni indikati? Jista’ jgħid kemm hu numru totali ta’ ħaddiema li jaħdmu fl-entitajiet imsemmija fit-tabella?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sas- 6 ta’ Novembru 2020.
Ninforma li t-totali ma jaqblux ma dawk miġbura f’PQ 16819, għaliex l-informazzjoni dwar l-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data ma ġewx mniżżla fit-tweġiba tal-PQ preċedenti pero ġew inklużi f’din it-tweġiba.
Ministeru għall-Ekonmija u l-Industrija – nefqa fuq reklamar u marketing
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-ispiża ta' marketing u reklamar li ntefqet mill-2013 sal-lum, ma’ liema media houses jew production houses intefqu, bl-ammonti għal kull sena u jekk kenux reklamar fuq TV, print, stampar, internet jew radju jew stampar ta' materjal ta’ marketing?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni għadha qed tingabar.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – nefqa fuq reklamar u marketing
Question
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-ispiża ta' marketing u reklamar li ntefqet mill-2013 sal-lum, ma’ liema media houses jew production houses intefqu, bl-ammonti għal kull sena u jekk kenux reklamar fuq TV, print, stampar, internet jew radju jew stampar ta' materjal ta’ marketing?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 2291, 2306, 2308, 2321, 2323, 2336, 2338, 2351, 2353, 2366, 2411 u 5329, ngħarrfu li tlabt biex jinġabar il-bqija tat-tagħrif. Appena dan ikun disponibbli, inkun nista’ npoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – nefqa fuq reklamar u marketing
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-ispiża ta' marketing u reklamar li ntefqet mill-2013 sal-lum, ma’ liema media houses jew production houses intefqu, bl-ammonti għal kull sena u jekk kenux reklamar fuq TV, print, stampar, internet jew radju jew stampar ta' materjal ta’ marketing?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw diġà għall-Mistoqsijiet Parlamentari 181, 786, 7531, 8256, 9761, 10371 u 12229 tat-Tlettax-il Leġislatura u 2270, 20346, 21072, 21081 u 22555 tat-Tnax-il Leġislatura. Fir-rigward tal-Awtorità tal-Ippjanar l-informazzjoni mogħtija b’risposta għall-mistoqsijiet preċedenti hija inklu¿a fit-tweġiba għall-PQ 17238. Ngħarrfu li sadanittant tlabt biex jinġabar il-bqija tat-tagħrif. Appena dan ikun disponibbbli, inkun nista’ npoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għal Għawdex – nefqa fuq reklamar u marketing
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-ispiża ta' marketing u reklamar li ntefqet mill-2013 sal-lum, ma’ liema media houses jew production houses intefqu, bl-ammonti għal kull sena u jekk kenux reklamar fuq TV, print, stampar, internet jew radju jew stampar ta' materjal ta’ marketing?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 185, 8736, 10256, 11994, ngħarrfu li tlabt biex jinġabar il-bqija tat-tagħrif. Appena dan ikun disponibbli, inkun nista’ npoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi – nefqa fuq reklamar u marketing
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-ispiża ta' marketing u reklamar li ntefqet mill-2013 sal-lum, ma’ liema media houses jew production houses intefqu, bl-ammonti għal kull sena u jekk kenux reklamar fuq TV, print, stampar, internet jew radju jew stampar ta' materjal ta’ marketing?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw diġà għall-PQs 179, 180, 184, 252, 1040, 1042, 2273, 2312, 2405, 4130, 5646, 6242, 7521, 7529, 7533, 8042, 8248, 8730, 8731, 9426, 10253, 10254, 10380, 10381, 11989, 11993 u 12232. Il-bqija tat-tagħrif għadu qed jinġabar.
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 11353 u 15104, jista' l-Ministru jgħid liema xogħol sar minn mindu twieġbet il-mistoqsija parlamentari 15104, b'mod partikolari jista' jgħid jekk saritx il-konsultazzjoni pubblika li għaliha hemm referenza fit-tweġiba, u jekk le, meta se ssir din il-konsultazzjoni pubblika u liema forma se tieħu?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-emendi għall-Att dwar il-Kompetizzjoni u għall-Att dwar l-Awtorita` ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur kif ukoll ir-Regolamenti dwar l-Immunita` mill-Penali u t-Tnaqqis tal-Penali f’Investigazzjonijiet dwar Kartelli u r-Regolamenti dwar l-assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni, tressqu għall-konsultazzjoni pubblika onlajn li fetħet fit-2 ta’ Ottubru u għalqet fit-30 ta’ Ottubru.
Il-konsultazzjoni pubblika kif ukoll ir-rapport finali rigward il-konsultazzjoni pubblika jistgħu jiġu aċċessati minn fuq il-link segwenti:
https://meae.gov.mt/en/Public_Consultations/MTCP/Pages/Consultations/NationalimplementationoftheECNDirective20191intoMalteseCompetitionlawandotherproposedamendmentstotheCo.aspx
Kopja tal-iscreenshot tal-link imsemmi qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fl-ambitu tal-artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2019/1, tista' l-Ministru tgħid x'passi qed jitqiesu biex tkun garantita l-indipendenza tat-tmexxija tal-MCCAA u li min hu responsabbli għat-tmexxija jintgħażel abbażi ta' proċeduri trasparenti u ċari?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li b’referenza għall-artiklu 4 tad-Direttiva 2019/1, il-kariga li għaliha jirreferixxi dan l-artiklu hi dik tad-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni, l-indipendenza ta’ min diġa’ hija garantita bid-dispożizzjonjiet preżenti fl-Att dwar l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur, cioè l-artikoli 7(3), 11(1)(d) u 12(2) sa (4) tal-imsemmi Att.
Din l-indipendenza tad-Direttur Ġenerali u tal-Uffiċċju ser tkompli tissaħħaħ billi ser jiġu trasposti u implimentati fil-liġi Maltija id-dispożizzjonjiet preżenti fl-artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2019/1 u dan kif huwa evidenti fl-abbozz ta’ liġi li ġie ippreżentat għall-konsultazzjoni pubblika. Fil-fatt l-Artiklu 13A tal-Abbozz jispeċifika fost affarijiet oħrajn li d-Direttur Ġenerali għandu jwettaq dmiru b’mod indipendenti minn influwenza politika u ma jieħux struzzjonijiet mill-Gvern u jastjeni milli jieħu kwalunkwe azzjoni li ma tkunx kompatibbli mat-twettieq ta’ dmirijietu.
Rigward il-ħatra tat-tmexxija tal-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni, huwa kkunsidrat li l-liġijiet nazzjonali diġa’ jipprovdu għall-proċedura ċara u transparenti, permezz ta’ dispożizzjonjiet preżenti fil-Kostituzzjoni ta’ Malta, l-Att dwar is-servizz ta’ impjieg u taħriġ u l-Att dwar l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur.
Jista' l-Ministru jgħid minn Jannar 2020 sal-aħħar ta' Ottubru 2020 kemm kien in-numru totali ta' persuni f'impjieg full-time fl-aħħar ta' kull xahar u kemm kien in-numru totali ta' persuni f'impjieg part-time fl-aħħar ta' kull xahar? Kemm minn dawn kienu ċittadini Maltin u kemm kienu dawk li ma kellhomx ċittadinanza Maltija?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni barranin u Maltin jaħdmu f’Malta u Għawdex fuq bażi full-time u part-time sal-aħħar ta’ Jannar 2020 (l-aħħar ċifra ppubblikata) huwa kif muri fit-tabella t’hawn taħt:
Jannar 2020
Barranin
Maltin
Total
Full-time
63,572
164,032
227,604
Part-time
5,675
28,838
34,513
Total
69,247
192,870
262,117
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-billboards li tpoġġew mill-Ministeru għal Għawdex xi xhur ilu ġewwa Triq iż-Żewwieq fil-Qala Għawdex u fil-parti ta' isfel ta' Triq l-Imġarr fin-Nadur, li ilha iktar min sentejn magħluqa, biex jirreklamaw xogħol li sar u li qed issir mill-Ministeru għal Għawdex għandhomx il-permessi meħtieġa tal-Awtorità tal-Ippjanar u entitajiet oħra kompetenti u jekk iva jpoġġi kopja ta' dawn il-permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawn il-billboards qegħdin skont is-Subsidiary Legislation 552.28.
Persuni li ttrasferew il-Karta tal-Identità minn Malta għal Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' persuni li ttrasferew ir-residenza u l-Karta tal-Identità tagħhom minn Malta għal Għawdex xahar b'xahar, mit-8 ta' Marzu 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hi n-nefqa s'issa taħt kull item of expenditure għal din is-sena sew kapitali kif ukoll rikorrenti tal-Ministeru tiegħu? Kemm hu l-ammont kommess għan-nefqa taħt kull item u li s'issa għadu ma tħallasx? Saru xi trasferimenti ta' fondi minn item għal ieħor u jekk iva kemm kien dan l-ammont?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.