Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' impjegati tal-kumpanija Gozo Channel u kemm ikkuntrattat impjegati minn kuntratturi esterni fis-snin 2017, 2018 u 2019?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
In-Naxxar — Triq il-Kappella tax-Xagħra - triq one way - spezzjonijiet mill-pulizija
Question
Jista' l-Ministru jara li fi Triq il-Kappella tax-Xagħra fin-Naxxar, li ftit tal-ġimgħat ilu saret one way, isiru aktar spezzjonijiet regolari u frekwenti mill-pulizija/uffiċjali tal-Komunità (wardens) u dan peress li minkejja s-sinjali tat-traffiku mwaħħla fil-post, xorta baqa' jsir abbuż min-numru ta' sewwieqa fejn apparti l-periklu li qed jikkawżaw għalihom stess, qed jinħoloq ukoll periklu għar-residenti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kemm il-Pulizija kif ukoll l-Uffiċjali tal-Komunità huma konxji ta’ dak li qed isemmi l-Onorevoli Interpellant u se jsiru spezzjonijiet aktar frekwenti.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 17225 dwar jekk hemmx pjanijiet sabiex Malta titlob self mill-European Stability Mechanism, jista' l-Ministru jgħid x'użu għamlet Malta s'issa mill-erba' faċilitajiet imsemmijin fl-istess tweġiba u r-rata tal-imgħax li kienet applikabbli f'kull każ?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Malta ħadet self ta’ €120 miljun nominali taħt l-istrument SURE, li għadda lil Malta fis-17 ta’ Novembru 2020 bir-rati ta’ mgħax kif jidhru fit-tabella aktar ‘l isfel:
Self għall-perjodu ta’ 5 snin
Self għall-perjodu ta’ 30 sena
Ammount Nominali
€80,000,000
€40,000,000
Kupun
0%
0.30%
Rendiment
-
0.509%
0.317%
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jitlesta x-xogħol taż-żebgħa tal-ħadid fil-Bajja tal-Qbajjar, Għawdex, meta beda dan ix-xogħol, kemm hemm ħaddiema fuq dan ix-xogħol u kemm ser jiswa dan ix-xogħol?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol mistenni jitlesta f’dawn il-jiem li ġejjin. Hemm ħaddiem tal-Gvern li qiegħed jagħmel dan ix-xogħol u l-ispejjeż marbuta maż-żebgħa jlaħħqu madwar €164.40 (Vat eskluż).
Jista' l-Ministru jispjega għala x-xogħlijiet li qed isiru mill-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ, Għawdex fi Triq Santa Marija, Marsalforn fuq ir-riħ tal-breakwater ilhom weqfin għal bosta xhur u meta hemm ħsieb illi jitkomplew u jitlestew?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ li wara li ġie mħammel is-sit inqalgħu xi problemi tekniċi u l-Kunsill talab biex isir survey tal-blat. Kif il-Kunsill ikollu f’idejh is-survey ser jitkompla x-xogħol skont l-offerta u fl-iqsar żmien possibli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tfal ta' ġenituri li sseparaw fl-aħħar ħames snin ġew assenjati lill-omm? Kemm ġew assenjati lill-missier? Kemm ġew assenjati lill-konġunti?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li l-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati ma tiġborx din it-tip ta’ statistika.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm tfal tal-iskejjel li jingħataw lunch kuljum mill-iskola? Tista' tgħid x'tip ta' lunch jingħataw? Tista' tagħti rendikont skola bi skola u kulleġġ b'kulleġġ? Kemm minn dawn it-tfal qed ikunu assenti mill-iskola? X'jiġri f'dan il-każ?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li hemm 214-il student mill-iskejjel tal-Istat li qed jingħataw lunch kuljum mill-iskola matul din is-sena skolastika. Dan il-lunch ivarja bejn ħobża, wrap jew għaġin akkompanjat minn frotta friska u flixkun ilma.
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont skola bi skola u Kulleġġ b'Kulleġġ ta’ kemm-il
lunch
qed jitqassam kuljum. L-iskejjel jafu bit-tfal li mhux qed jieħdu l-
lunch
peress li mhux qed jattendu l-iskola din is-sena minħabba l-pandemija
.
Attachments:PQ 17420 - Tfal tal-iskejjel li jingħataw lunch.pdf
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kilometru ta’ toroq ġodda jew bini mill-ġdid ta’ toroq saru mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari (għal kull sena separatament), kif ukoll jgħid:
(a) kemm minnhom kienu toroq arterjali u distributorji;
(b) kemm minnhom tlestew kompletament u liema minnhom għadhom mhux lesti;
(c) f'każ ta' dawk it-toroq li għadhom mhux lesti, x'persentaġġ ta' xogħol fadal u meta jaħseb li ser jitlesta dan ix-xogħol;
(d) x'tip ta' servizzi nbidlu (dawl, mains tal-ilma tax-xorb, mains tad-drenaġġ, eċċ.);
(e) fejn saru water culverts u x'tulijiet ta' waterculverts saru f'kull triq; u
(f) kemm kien stmat li tiġi tiswa kull triq u kemm fil-fatt ġiet l-ispiża?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawn żewgt domandi mressqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.
Designed Speed ta’ Toroq Arterjali u Distributorji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu d-'design speed' ta’ kull triq, arterjali u distributorja, li tlestiet u kemm hu l-'ispeed’' mandatorju f’dawn it-toroq (għal kull triq separatament)?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor Interpellant sabiex jissottometti l-lista ta’ ismijiet tat-toroq li ghalihom qed jirreferi sabiex inkun f’posizzjoni li ngħaddi l-informazzjoni kollha mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux 'safety audits' minn Transport Malta f'kull triq arterjali u distributorja separatament u x'kien l-eżitu ta' dawn is-'safety audits'? X’kienet l-opinjoni ta’ Transport Malta fuq il-fatt li l-karozzi jingħaqdu mat-traffiku prinċipali permezz ta’ 'merging lane' (jew anke fl assenza tal-'merging lane') min-naħa tax-xellug, jiġifieri min-naħa tal passiġġier? X'kienet l-opinjoni ta' Transport Malta fuq il-wesgħat ta’ bankini, u aspetti oħra ta’ sigurtà għal kull min juża t-triq?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorita’ tat-Trasport, li Safety Audits huma obbligatorji f’toroq li huma kklassifikati bħala TEN-T. Dawn l-Audits isiru wara applikazzjoni skont ir-rekwiziti applikabbli. L-awditjar isir skont il-parametri tal-liġi u linji gwida stabbiliti, u jkun ibba¿at fuq is-sigurta` tal-utenti tat-triq. Fejn ikun meħtieġ, isiru rakkomandazzjonijiet għat-titjib neċessarju.
Il-lista ta’ hawn taħt tinkludi l-proġetti li għalihom saret talba lill-Awtorita` tat-Trasport għal Safety Audit sal-aħħar ta’ Ottubru 2020.
Item
Locality
Street
Proposal
1
Luqa
Council of Europe & Garibaldi Avenue
Reconstruction of Council of Europe Road and Garibaldi Avenue
2
Marsa
Xatt l-Ghassara tal-Gheneb
Reconstruction of Xatt l-Għassara tal-Għeneb
3
Gozo - Rabat & Xewkija
Mgarr Road
Re-construction of Mġarr Road, Victoria Gozo
4
Mellieha
Marfa Road
Re-construction of Marfa Road Mellieħa
5
Mellieha
Dawret il-Mellieha
Re-Design & Re-Construction of Mellieħa bypass
6
Marsa
Dicembru 13 + Underpass
Construction of underpass from Diċembru 13 Road to Menqa
7
Qormi
Mriehel Bypass
Proposed Pedestrian Bridge
8
Naxxar
Coast Road
Reconstruction of Coast Road
9
Naxxar
Vjal il-Labour j/w Triq Frangisku Pisani
Proposed roundabout
10
Marsa
Marsa/Hamrun bypass
Widening of Road
11
Luqa
Vjal l-Avjazzjoni
Widening of northbound carriageway from 2 to 3 lanes
12
Marsa/Paola
Addolorata junction
Proposed grade separated junction
13
Mellieha
Triq Louis Wettinger
Redesign of Triq Louis Wettinger (Bypass)
14
San Gwann
Kappara Junction
Re-construction of grade-separated junction
15
Santa Lucija
Vjal Santa Lucija
Proposed roundabout + underpass at Santa Luċija
16
Luqa
Triq Ħal Qormi, Triq San Tumas
Proposed widening of road and upgrade of junctions between Dinitrol R'about and Express Trailers R'about
17
Rabat
Triq Buqana
Widening of Triq Buqana from Mtarfa r'about up to Qliegha r'about
18
Attard
Triq Valletta, Triq Nutar Zarb, Triq Zagħfran, Triq Tumas Chetcuti, Triq Mdina
Re-design, widening and construction of new schemed road - Central Link Project
19
Marsa
Triq is-Salib tal-Marsa
Footbridge and ramps linking bus stops
20
Paola
Triq il-Perit Dom Mintoff
Footbridge near MCAST linking Telgha ta' Rahal Gdid with Triq Kordin through Gnien Mediterran
21
Luqa
Vjal l-Avjazzjoni
Footbridge
22
Floriana
Triq l-Assedju l-Kbir junction with Triq it-Trunciera ta' Tramuntana
Upgrade of junction and parking area
23
Marsa
Marsa/Hamrun bypass Phase 2
Widening of Road + link with St Venera Canon Road
24
Zebbug Gozo
Triq Marsalforn
Design of link between Rabat and Marsalforn
25
Mgarr Gozo
Triq Imgarr
New schemed Road and junction improvement
26
Nadur/Ghajnsielem Gozo
Triq l-Imgarr, Triq Sant Antnin
Re-design and re-construction of existing roads and upgrading of junction.
27
Xewkija Gozo
Triq ta' Hamet
Proposed junction re-design
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-maġġor parti ta' ftuħ fil-mini ta' Ħal Kirkop, li kienu jagħtu aċċess lin-nies biex f'każ ta' inċident jgħaddu minn karriġġata għal oħra, ingħalqu? Sar 'safety audit' ta' din il-mina qabel ma' ttieħdet din id-deċiżjoni? Min ipprepara s-safety audit?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet fil-mini ta’ Ħal Kirkop jinkludu l-introduzzjoni ta’ diversi miżuri ta’ sigurtà. Qabel ma bdew ix-xogħlijiet, Infrastructure Malta kienet ikkumissjonat konsulenti biex jassistu fid-disinn u l-ispeċifikazzjonijiet ta’ dawn l-istess miżuri u saru wkoll diversi diskussjonijijet mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li pparteċipaw b’mod attiv fit-tħejjija tal-miżrui li għandhom x’jaqsmu speċifikament ma’ sigurezza kontra n-nirien (fire safety).
Din il-konsultazzjoni wasslet għad-deċiżjoni biex l-aperturi li hemm bejn iż-żewġ mini jingħalqu għajr tnejn u dawn tal-aħħar ser ikunu mgħammrin fost affarijiet oħrajn b’bibien apposta kontra n-nirien (fire doors) u l-indikazzjonijiet tal-pożizzjoni tagħhom huma skont l-istandards u linji gwida f’dan il-qasam. Dan se jsir biex f’każ li jkun hemm nar f’waħda mill-mini, il-mina l-oħra tkun tista’ tintuża bħala waħda mill-ħruġ f’każ t’emerġenza (escape routes). In-numru tal-aperturi li nżammew miftuħin huwa wkoll skont standards u linji gwida fejn tidħol sigurezza kontra n-nirien għall-mini.
Jista’ l-Ministru jgħid x'xogħol qed isir fil-mini ta' Ħal Kirkop peress li x-xogħol ilu ammont ta' żmien għaddej?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta qed tirrestawra l-erba’ strutturi tal-mini prinċipali li għandna fis-sistema tat-toroq tagħna biex tassigura s-sigurtà u l-istabbilità tagħhom għal tul ta’ żmien. Ix-xogħlijiet ta’ dan il-proġett bdew f’Awwissu fl-erba’ strutturi f’daqqa wara li ntemm il-proċess tal-għażla. Billi dawn il-mini jinsabu f’rotot kruċjali għas-sistema tal-ivvjaġġar ta’ pajji¿na u minnhom jgħaddu ħafna karozzi, il-periti ta’ Infrastructure Malta ppjanaw li l-kuntratturi jagħmlu ħafna mix-xogħol fihom fi tmiem il-ġimgħa u bil-lejl. B’hekk, jonqos kemm jista’ jkun l-inkonvenjent għall-pubbliku.
L-aġenzija qed tagħmel xogħlijiet estensivi u tiswijiet li hemm bżonn biex jiġu msaħħin l-istrutturi tal-mini li hemm f’Ħal Kirkop, Santa Venera, Tal-Qroqq u Ta’ Giorni. Kull struttura hija magħmulha minn żewġ mini li jagħtu lejn direzzjonijiet opposti, u kull waħda fiha żewġ korsiji li flimkien iġibu total ta’ 4.8 kilometri tas-sistema ta’ toroq arterjali li hawn fil-pajjiż. L-eqdem struttura hija dik Ta’ Ġiorni, li nbniet fl-1967. Waqt li l-mini f’Tal-Qroqq huma l-iżjed riċenti u nbnew fl-1996.
Minn dawn il-mini jgħaddu eluf ta’ persuni kull siegħa. Għalhekk, it-titjib ta’ dawn il-mini jingħaqad mal-investiment bla preċedent li qed isir minn Infrastructure Malta f’ħafna toroq arterjali oħrajn, fosthom dawk li jagħtu għall-istess strutturi, biex pajjiżna jkollu infrastruttura tal-ivvjaġġar aktar sigura, aktar effiċjenti u aktar sostenibbli.
Minn studji tekniċi li ġew ikkummissjonati ħareġ li għalkemm strutturalment jinsabu f’qagħda tajba, il-mini jeħtieġ li ssirilhom manutenzjoni sostanzjali u tiswijiet. Fost affarijiet oħrajn irriżulta li s-sistema tal-elettriku u tad-dwal hija antikwata u jeħtieġ li tinbidel biex tkun skont standards internazzjonali. Hemm bżonn ukoll li jsir titjib kbir fis-sistemi ta’ sigurtà u dawk ta’ kontra n-nirien, kif ukoll fil-passaġġi u l-bibien tal-ħruġ mill-mini f’każ ta’ emerġenza.
Wara tindifa lill-ħitan biex jitneħħa n-nugrufun li tħalla jinġema għal għexieren ta’ snin se jsiru tiswijiet tal-istruttura tagħhom u tinbidel is-sistema tad-dwal biex il-mini ma jibqgħux imdallmin. Il-ħitan se jinksew b’materjal apposta li jsebbaħhom u jdawwalhom aktar. Minbarra li jipprovdi vi¿ibilità aħjar fil-mini, dan il-materjal għandu jiffaċilita wkoll it-tindif u l-manutenzjoni li jkun hemm bżonn isiru kull tant żmien.
Bis-sistema l-ġdida li se tiġi nstallata l-qawwa tad-dawl ġewwa l-mini se tinbidel mal-ġurnata, billi jitbaxxa jew jogħla mal-ħin, ħalli l-għajnejn joqgħodu mill-ewwel meta tidħol fihom.
F’kull mina se tinbena kamra tal-kontroll li minnha jiġu kkontrollati sistemi ġodda ta’ cameras, alarms ta’ kontra n-nirien, apparat li jkejjel il-kwalità tal-arja, tabelli elettroniċi u tagħmir ta’ emerġenza. Dawn se jkunu wkoll imqabbdin maċ-Ċentru Nazzjonali għall-Kontroll tat-Traffiku biex ikun hemm monitoraġġ kontinwu. Il-cameras se jkollhom sistema li awtomatikament tinforma lill-awtoritajiet jekk ikun hemm diffikultajiet, bħal xi karozza wieqfa fil-mina, biex tintbagħat l-għajnuna minnufih.
Il-ħruġ ta’ emerġenza minn kull mina se jiġi mtejjeb b’diversi apparat bħalma huma bibien re¿istenti għan-nirien u apparat biex iċċempel għall-għajnuna bħal dak li nsibu fil-liftijiet, kif ukoll sinjali u dwal li jidderiġuk minn fejn għandek toħroġ. F’kull mina se jiġu nstallati wkoll sistemi ta’ kanen li l-pumpieri jkunu jistgħu jgħaqqdu magħhom għal provvista tal-ilma minn fuq il-post stess u apparat ieħor għal kontra n-nirien bħalma huma fire extinguishers.
Anke l-faċċata ta’ kull waħda mit-tmien mini se jsirulha tiswijiet fil-ġebla u se tingħata dehra aħjar estetikament. B’hekk, kuntrarjament għall-istat li jinsabu fihom bħalissa, l-ambjent u d-dehra tagħhom ikunu jilqgħuk minn qabel tidħol fihom.
Learning Support Educator li ma jirrapurtawx għax-xogħol
Question
Fid-dawl ta' każ ieħor li seħħ din il-ġimgħa fil-kulleġġ ta' Għawdex, fejn student b'diżabiltà ntalab jibqa’ d-dar għas-sempliċi raġuni li l-Learning Support Educator li tassistih ma marritx xogħol, tista' l-Ministru tgħid kemm ser idum iħalli din l-inġustizzja ma' studenti b'diżabilità tippersisti? Tista’ tgħid x'qed tagħmel biex f'Għawdex ikun hemm pool ta' Learning Support Educators li jkunu jistgħu jissostitwixxu Learning Support Educators oħrajn meta dawn tal-aħħar ma jmorrux xogħol, dan naturalment biex studenti b'diżabilità jkunu jistgħu jibqgħu l-iskola bħal studenti oħra?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant jifhem li ċ-ċirkostanzi bla preċedent, li qed ngħixu llum, ħolqu sitwazzjonijiet li qed jiġu mitigati bl-aħjar mod possibbli. Ngħarrfu wkoll li pool ta’ LSEs li jkunu jistgħu jissostitwixxu lil kollegi tagħhom, inkluż f’każ ta’ mard, ilu jeżisti. Bħalma kien jiġri dejjem dan il-pool jilqa’ fih ukoll LSEs Għawdxin li, fil-perjodu ta’ tqala, jitħallew jaħdmu mill-gżira Għawdxija stess biex jiffrankaw l-iskariġġ. Fil-fatt bħalissa hemm 20 LSE li qed igawdu minn tali arranġament.
Kontra l-proċedura tas-soltu, iżda, din is-sena ma setgħux ikunu parteċipi wkoll fil-pool, ladarba huma meqjusin mill-Awtorità tas-Saħħa bħala persuni vulnerabbli.
Learning Support Educators fil-Kulleġġ ta’ Għawdex li nqabdu jabbużaw minn sustanzi illeċti
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk fil-kulleġġ ta' Għawdex kienx hemm każijiet ta' Learning Support Educators li nqabdu jabbużaw minn sustanzi illeċti fl-aħħar tliet snin skolastiċi? Jekk iva, kemm kien hemm każijiet minn dawn u x'passi ħa l-Ministeru biex jindirizza l-problema?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li jien infurmata li ma kien hemm l-ebda rapport li LSEs fil-Kulleġġ t’Għawdex inqabdu jabbużaw minn sustanzi illeċti matul dawn l-aħħar tliet snin skolastiċi.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm Learning Support Educators li fil-preżent qed jaħdmu Għawdex minħabba li għandhom każ umanitarju? Tista’ l-Ministru tispjega wkoll minn min hu kompost il-bord li jiddeċiedi fuq każijiet umanitarji simili? Tista’ tispjega wkoll xi proċedura jew kriterji jsegwi dan il-bord biex jistabbilixxi jekk Learning Support Educator b'każ umanitarju timmeritax li taqbeż il-waiting list u tmur taħdem direttament f'Għawdex?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li fil-preżent hemm sittax-il Learning Support Educator li qed jaħdmu Għawdex minħabba li għandhom każ umanitarju.
Huwa l-bord mediku li jistabbilixxi jekk Learning Support Educator b'każ umanitarju timmeritax li taqbeż il-waiting list u tmur taħdem direttament f'Għawdex. Il-bord mediku jagħti r-rakkomandazzjoni tiegħu u d-Direttur tar-Riżorsi Umani ssegwi bl-azzjoni meħtieġa.
Iż-Żejtun – Hub tal-Posta fi Triq id-Duluri — trasferiment
Question
Jista’ l-Ministru jispjega x’passi qed jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti dwar il-ħafna ilmenti li qed ikun hemm minn residenti ta’ Triq id-Duluri ġewwa ż-Żejtun in konnessjoni mal-hub tal-posta ġewwa din it-triq, peress li dawn l-ilmenti qed ikunu ta’ spiss u b’mod frekwenti minħabba l-istorbju li jirriżulta minħabba l-ħidma kontinwa u ma taqta’ xejn 24 siegħa kuljum li ssir ġewwa dan il-hub tal-Posta li hemm f’din it-triq? Filwaqt li wieħed jifhem in-neċessità li jkun hemm din l-attività kontinwa lejl u nhar minħabba n-natura tax-xogħol, wieħed ma għandux jinsa li din hija żona residenzjali u mhux industrijali u għaldaqstant l-interessi tar-residenti għandhom jiġu l-ewwel u qabel kollox, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet min-naħa tal-awtoritajiet sabiex jibdew it-taħditiet mal-management tal-kumpanija li tmexxi s-servizzi postali f’Malta bl-iskop li tinstab soluzzjoni dejjiema għal din il-problema? Jista’, permezz tal-awtoritajiet konċernti flimkien mal-management tal-kumpanija postali, jistudjaw u jesploraw il-possibilità u l-fiżibiltà li dan il-hub jiġi mmexxi għal xi żona industrijali li tinsab fil-viċin bħaż-żona industrijali ta’ Bulebel fiż-Żejtun u ġaladarba jidher li diġà ġie deċiż li s-servizz tal-counter se jimxi għal pjazza ewlenija taż-Żejtun fejn qabel kien hemm il-fergħa tal-Mid-Med Bank?
Iż-Żejtun – Hub tal-Posta fi Triq id-Duluri — trasferiment
Question
Jista’ l-Ministru jispjega x’passi qed jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti dwar il-ħafna ilmenti li qed ikun hemm minn residenti ta’ Triq id-Duluri ġewwa ż-Żejtun in konnessjoni mal-hub tal-posta ġewwa din it-triq, peress li dawn l-ilmenti qed ikunu ta’ spiss u b’mod frekwenti minħabba l-istorbju li jirriżulta minħabba l-ħidma kontinwa u ma taqta’ xejn 24 siegħa kuljum li ssir ġewwa dan il-hub tal-Posta li hemm f’din it-triq? Filwaqt li wieħed jifhem in-neċessità li jkun hemm din l-attività kontinwa lejl u nhar minħabba n-natura tax-xogħol, wieħed ma għandux jinsa li din hija żona residenzjali u mhux industrijali u għaldaqstant l-interessi tar-residenti għandhom jiġu l-ewwel u qabel kollox, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet min-naħa tal-awtoritajiet sabiex jibdew it-taħditiet mal-management tal-kumpanija li tmexxi s-servizzi postali f’Malta bl-iskop li tinstab soluzzjoni dejjiema għal din il-problema? Jista’, permezz tal-awtoritajiet konċernati flimkien mal-management tal-kumpanija postali jistudjaw u jesploraw il-possibilità u l-fiżibiltà li dan il-hub jiġi mmexxi għal xi żona industrijali li tinsab fil-viċin bħaż-żona industrijali ta’ Bulebel fiż-Żejtun u ġaladarba jidher li diġà ġie deċiż li s-servizz tal-counter se jimxi għal pjazza ewlenija taż-Żejtun fejn qabel kien hemm il-fergħa tal-Mid-Med Bank?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Iż-Żejtun – Hub tal-Posta fi Triq id-Duluri — trasferiment
Question
Jista’ l-Ministru jispjega x’passi qed jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti dwar il-ħafna ilmenti li qed ikun hemm minn residenti ta’ Triq id-Duluri ġewwa ż-Żejtun in konnessjoni mal-hub tal-posta ġewwa din it-triq, peress li dawn l-ilmenti qed ikunu ta’ spiss u b’mod frekwenti minħabba l-istorbju li jirriżulta minħabba l-ħidma kontinwa u ma taqta’ xejn 24 siegħa kuljum li ssir ġewwa dan il-hub tal-Posta li hemm f’din it-triq? Filwaqt li wieħed jifhem in-neċessità li jkun hemm din l-attività kontinwa lejl u nhar minħabba n-natura tax-xogħol, wieħed ma għandux jinsa li din hija żona residenzjali u mhux industrijali u għaldaqstant l-interessi tar-residenti għandhom jiġu l-ewwel u qabel kollox, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet min-naħa tal-awtoritajiet sabiex jibdew it-taħditiet mal-management tal-kumpanija li tmexxi s-servizzi postali f’Malta bl-iskop li tinstab soluzzjoni dejjiema għal din il-problema? Jista’, permezz tal-awtoritajiet konċernati flimkien mal-management tal-kumpanija postali jistudjaw u jesploraw il-possibilità u l-fiżibiltà li dan il-hub jiġi mmexxi għal xi żona industrijali li tinsab fil-viċin bħaż-żona industrijali ta’ Bulebel fiż-Żejtun u ġaladarba jidher li diġà ġie deċiż li s-servizz tal-counter se jimxi għal pjazza ewlenija taż-Żejtun fejn qabel kien hemm il-fergħa tal-Mid-Med Bank?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.