Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #17454 Sitting 406 2020-12-01 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Chairmen ta’ Bordijiet — spejjeż

Question

Jista’ l-Prim Ministru jelenka l-ispejjeż tas-safar, mowbajls u fjuwil, miċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu taħtu minn mindu ġew maħtura?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15317.

Pulizija – staff complement

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-istaff complement attwali tal-pulizija u kemm se jirtiraw bis-servizz?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi attwalment l-istaff complement tal-pulizija huwa ta’ elfejn, mitejn u disa’ u erbgħin (2249). Sal-lum mija u tlieta u tletin (133) membru tal-korp għamlu talba biex jirtiraw bis-servizz.

Proprjetà liċenzjati għall-kiri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il proprjetà hija liċenzjata biex tinkera lill-Maltin u/jew lill-barranin?

Response (GALDES, RODERICK)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 13 PQ #17458 Sitting 406 2020-12-01 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Pandemija – assenteiżmu fl-iskejjel

Question

Tista’ l-Ministru tgħid minn liema belt jew raħal ġie esperjenzat l-iktar assenteiżmu fl-iskejjel f’dan iż-żmien ta’ pandemija?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li l-lokalità bl-ogħla persentaġġ ta’ assenteiżmu fl-iskejjel f’dan iż-żmien ta’ pandemija kienet il-Belt Valletta. Fl-istess waqt aħna qed inħeġġu lil dawk il-ġenituri kollha li mhux qed jibagħtu t-tfal l-iskola għal raġunijiet li m'humiex dawk ta’ vulnerabbilità tal-istudent jew għixien f'kuntest ta' vulnerabbilità biex jibagħtu t-tfal tagħhom l-iskola għaliex hu fil-klassi li student jieħu l-aqwa edukazzjoni.

Kunsill Lokali Mellieħa – Triq il-Port Ruman u Triq il-Manikata – dawl u bozoz

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa jforni b’dawl/bozoz ġodda (jew jagħmel il-manutenzjoni meħtieġa) fi Triq il-Barkazza kantuniera ma’ Triq il-Port Ruman fil-Mellieħa kif ukoll fi Triq il-Manikata fil-Manikata biswit il-bus stop li hemm fl-istess żona?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa għamel talba lill-Awtorità tal-Ippjanar sabiex iwettaq proġett dwar l-introduzzjoni ta’ dwal ġodda li jinvolvi numru ta’ toroq, fosthom Triq il-Barkazza. Dan ser isir permezz ta’ finanzjament mid-Development Planning Fund amministrat mill-Awtorità tal-Ippjanar. Il-kuntatti waslu fi stadju avvanzat u l-ftehim relattiv mistenni li jiġi ffirmat ma jdumx, u sussegwentement jiġu nstallati d-dwal. Ninsab infurmat wkoll li l-lampa tat-triq li kien hemm installata quddiem il-bus stop ta’ Triq il-Biedja k/m Triq il-Manikata, inqalgħet billi l-bini li miegħu kienet imwaħħla, twaqqa’ u qed jinbena mill-ġdid. Bħala rimedju ser titwaħħal lampa ġdida ma’ arblu e¿istenti li hemm biswit il-bus stop.

Ix-Xemxija – Żona tal-Fekruna – attenzjoni u tindif

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-post/żona (wesgħa pubblika) magħrufa bħala l-Fekruna li jinsab fil-limit tax-Xemxija jingħata l-attenzjoni xierqa billi jitneħħa l-periklu li hemm u possibbilment jitnaddaf u jkun jista’ jitgawda mill-pubbliku?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru ikkonċernat.

Ix-Xemxija – Żona tal-Fekruna – attenzjoni u tindif

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-post/żona (wesgħa pubblika) magħrufa bħala l-Fekruna li jinsab fil-limit tax-Xemxija jingħata l-attenzjoni xierqa billi jitneħħa l-periklu li hemm u possibbilment jitnaddaf u jkun jista’ jitgawda mill-pubbliku?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li ż-żona tal-Fekruna hi vasta ħafna. Il-parti miż-żona tal-Fekruna magħrufa bħala x-Xagħra tal-Kortin Sit Natura 2000 hija regolata b’ Conservation Order Regulation 17, u tinsab taħt il-ħarsien ta’ Ambjent Malta. Il-Kunsill qiegħed f’diskussjonijiet ma’ Ambjent Malta sabiex jitnaddaf il-post u jsir embellishment taż-żona skont il-Conservation Order. Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal xi parti oħra, ġentilment mitlub ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.

Ix-Xemxija – Żona tal-Fekruna – attenzjoni u tindif

Question

Tista’ l-Ministru tara li l-post/żona (wesgħa pubblika) magħrufa bħala l-Fekruna li jinsab fil-limit tax-Xemxija jingħata l-attenzjoni xierqa billi jitneħħa l-periklu li hemm u possibbilment jitnaddaf u jkun jista’ jitgawda mill-pubbliku?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Ix-Xemxija – Żona tal-Fekruna – attenzjoni u tindif

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-post/żona (wesgħa pubblika) magħrufa bħala l-Fekruna li jinsab fil-limit tax-Xemxija jingħata l-attenzjoni xierqa billi jitneħħa l-periklu li hemm u possibbilment jitnaddaf u jkun jista’ jitgawda mill-pubbliku?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Is-Siġġiewi — Triq il-Providenza - wiċċ ġdid tat-triq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Infrastructure Malta hiex beħsiebha tagħti wiċċ ġdid lil Triq tal-Providenza mill-Kappella tal-Providenza sad-Dar tal-Providenza fil-limiti tas-Siġġiewi?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru ikkonċernat.

Persuni li jbatu mill-multiple sclerosis — għajnuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna soċjali tingħata lill-persuni li jbatu mill-marda tal-multiple sclerosis? Kemm hi l-għajnuna? Kemm persuni jirċievu din l-għajnuna? Xi kriterji jrid jissodisfa min ikun eliġibbli għal din l-għajnuna?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, persuni li jbatu minn Multiple Sclerosis huma intitolati għall-Assistenza għal Diżabilita` Severa li tammonta sa €107.18 fil-ġimgħa jekk hija persuna taħt is-60 sena u €120.02 fil-ġimgħa jekk ‘il fuq minn 60 sena. F’każ li l-benefiċjarju assolutament ma jistax jaħdem minħabba d-diżabilita` tiegħu, ikun intitolat għall-Assistenza Miżjuda għal Diżabilita` Severa li hija €161.40 fil-ġimgħa. Ma tinżammx statistika ta` kemm hemm persuni ibagħtu minn din id-diżabilita`. Id-Diżabilta` msemmija hija elenkata fid-definizzjoni fl-Artiklu 2 (Persuna Gravament Diżabilitata) fl-Att dwar is-Sigurta` Soċjali (Kap 318).

Ħlas fuq vjaġġ u akkomodazzjoni ta’ persuna għal laqgħa fil-Qatar

Question

Tista' l-Ministru tgħid min ħallas il-vjaġġ u akkomodazzjoni għall-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament sabiex attenda laqgħa mal-ex Ministru li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, ġewwa l-Qatar fl-2013? Kemm swew il-vjaġġ u l-akkomodazzjoni? X'ħareġ minn din il-laqgħa? Min approva dawn il-pagamenti?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinghata f’xi seduta ohra.

Magħtab/Għallis – ammont ta’ gass maqbud

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma l-ammonti ta' gass li ġew maqbuda s'issa (xahar, xahar u sena, sena) mill-impjant tal-Magħtab/Għallis? X'sar minnu dan il-gass? Jista' jgħid ġiex iġġenerat xi elettriku minn dan is-sors ta' enerġija?

Response (FARRUGIA, AARON)

> Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f'seduta oħra.

Enemalta – każijiet li rċeviet minħabba ħsarat bil-qtugħ tal-provvista tad-dawl

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' każijiet li tressqu lill-Korporazzjoni Enemalta dwar spejjeż kawżati lil djar f' Malta u Għawdex kawża ta' ħsarat fil-provvista tad-dawl minħabba qtugħ tal-provvista jew xorta oħra mill-Korporazzjoni Enemalta jew powerstation, mill-2017 sal-lum, xahar b'xahar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra

ARMS/Enemalta – kumpens lill-familji li jiġġeneraw l-elettriku bis-sistemi fotovoltajiċi

Question

Tista' l-Ministru tagħti ċ-ċifra tal-flus globali li l-ARMS u/jew l-Enemalta għandha tħallas bħala kumpens għall-elettriku ġġenerat permezz tas-sistemi fotovoltajici lill-familji li stallaw fid-djar privati tagħhom u/jew fi stabilimenti kummerċjali? Tista’ tgħid meta fil-fatt se jitħallsu? Jekk hemm xi dewmien, tista' tgħid għaliex għadhom ma tħallsux?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onorevoli nterpellant illi l-ARMS tħallas dak li hu dovut fi flus lill-klijenti kollha tagħha fil-ħin. Sabiex ikompli jitħaffef il-proċess tal-ħlas, il-klijenti huma mħeġġa li jgħatu d-dettalji tal-kont bankarju tagħhom lill-ARMS u b’hekk jiġu mħallsa 15-il ġurnata wara li jkun ħareġ il-kont. Jekk il-klijent ma jkunx applika biex jitħallas direttament fil-kont bankarju, wieħed ikun irid jinforma lill-ARMS u l-ħlas jiġi mibgħut lilu permezz ta’ cheque.

Ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea — proċeduri mid-Dipartiment tad-Dwana

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi u x’proċeduri ttieħdu mid-Dipartiment tad-Dwana tul din s-sena sabiex wieħed jilqa' għall-isfida tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewrpea?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hekk kif wara l-perjodu tranzitorju sal-aħħar tas-sena 2020, ir-Renju Unit ikun meqjus bħala pajjiz li ma jiffurmax aktar parti mill-Unjoni Ewropeja, il-proċeduri prezenti relatati ma importazzjoni u esportazzjoni minn u lejn ir-Renju Unit ikunu ttrattati bħal f’kull pajjiz ieħor terz. Dan ifisser li l-formalitajiet kollha tad-Dwana jkunu jridu jibdew isiru ukoll għar-Renju Unit u d-dazji u taxxi dovuti kollha jitħallsu skont kif stipulat fil-liġi tal-Unjoni Ewropea. Sa mill-2018, id-Dipartiment tad-Dwana ħejja għall-eventwalita li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropja mingħajr ftehim. Id-Dipartiment tad-Dwana kompla jħejji ruħu għal din l-eventwalita billi ħejja laqgħat speċifikati ma’ stakeholders prinicpali, bħac- Chamber of Commerce , il-Karma tal-Intrapprizi z-Zgħar, il- Unions u l-assocjazzjonijiet tal-burdnara u tal-operaturi. Inħargu wkoll diversi komunikazzjonijiet lill-mezzi tax-xandir biex il-poplu in ġenerali ikun infurmat tajjeb. Sar ukoll investiment f luggage scanner ġdid għall-ajruport biex iktar jgħin fl-iċċekkjar tal-bagalji. Dan kien meħtieġ biex jilqa’ aħjar għall-influss tal-passiġġieri li jiġu minn u jitilqu lejn ir-Renju Unit. Sar investiment qawwi fuq is-sistemi tad-Dwana ta’ Importazzjoni u Esportazzjoni u ġie offrut training fuq is-sistemi għal 80 individwu fil-privat u għall-impjegati kollha tad-Dwana. Id-Dipartiment tad-Dwana baqa joffri l-possibilta’ ta’ training lil dawk l-operaturi li xogħolhom huwa esklussivament mar-Renju Unit u l-Unjoni Ewropeja.

Żona Industrijali ta' Kordin — Cleansing Section - rilokazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji sabiex ż-żona Industrijali ta’ Kordin tiġi mnaddfa iktar u li l-Cleansing Section li hemm fil-bidu tiġi rilokata għax qed jinġema l-iskart u qed iġibu l-ġrieden ?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ż-żoni f’Kordin li jaqgħu taħt ir-responsabilita’ ta’ Indis Malta Ltd jiġu mnadfa regolarment. Inkwantu għal parti tal-mistoqsija rigward il-Cleansing Section nitlob lill-Onorevolli Interpellant jirreferi l-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Libreriji Pubbliċi — xiri ta' kotba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba mil-Libreriji Pubblici minn Jannar sa Novembru 2020? Jista’ jindika ukoll kemm kienu bil-lingwa Franċiza u Taljana?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li sal-aħħar t’Ottubru inxtraw 10,661 ktieb, inkluż ebooks. Minn dawn kien hemm ħdax-il ktieb bil-lingwa Taljana. Ma kienx hemm xiri ta’ kotba bil-lingwa Franċiża.

Monte di Pieta — deheb depositat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm deheb depositat taħt l-iskema ta' rahan f’idejn il-Gvern fil-Monte Di Pieta? Jista' jindika liema huwa l-ixjeħ rahan li ngħata u li għadu veljanti u ma nġabarx sal-aħħar ta’ Dicembru 2019?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sal-aħħar ta’ Diċembru 2019 kien hemm 4,246 rahan depo¿itati fil-Monte di Pieta, bl-ixjaħ rahan imur lura għas-26 ta’ Marzu 1984.