Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jelenka kemm u lil min ingħataw direct orders mill-Ministeru tiegħu mill-2019 sal-lum?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni miġbura mid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza – direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jelenka kemm u lil min ingħataw direct orders mill-Ministeru tiegħu mill-2019 sal-lum?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ġabra tal-informazzjoni rikjesta tirrikjedi xogħol amministrattiv konsiderevoli; u per konsegwenza tali informazzjoni għadha qed tiġi ikkompilata b’mod konkret.
Ħruġ ta’ permessi ta’ xogħol għall-persuni ta’ nazzjonalità Filippina
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi ta’ xogħol għall-persuni ta’ nazzjonalità Filippina mill-2013 sal-lum?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nixtieq nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella t’hawn taħt, li skont l-informazzjoni miġbura n-numru ta’ permessi ġodda ta’ residenza u xogħol maħruġa liċ-ċittadini tal-Filippini bejn l-2013 u l-2019 kien jammonta għal:
Sena
Persuni
2013
259
2014
419
2015
660
2016
623
2017
1091
2018
1556
2019
1661
Dawn il-permessi huma ta’ natura temporanja u jiddependu fuq l-impjieg.
Enemalta – sospensjoni tal-provvista ta’ dawl u ilma ta’ stabilimenti kummerċjali
Question
Tista' l-Ministru tgħid, mill-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din id-domanda, kemm kien in-numru ta' stabbilimenti kummerċjali li l-Korporazzjoni Enemalta ssospenditilhom il-provvista tad-dawl u l-ilma f'Malta u Għawdex separatament?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali, izda nista nikkonferma li tul dawn l-aħħar tlett snin, kien hemm tnaqqis sostanzjali fin-numru ta’ stabbilimenti kummerċjali li l-Korporazzjoni Enemalta ssospenditilhom il-provvista tad-dawl u l-ilma.
Ngħarraf lill-Interpellant ukoll, li minħabba l-pandemija dan l-proċess ġie sospiż b’mod temporanju.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Bordijiet - attendenza ta' membri
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħu matul din il-leġiżlatura?
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — Bordijiet - attendenza ta' membri
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħu matul din il-leġiżlatura?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ġejt infurmat li l-attendenza tal-membri fil-laqgħat ta’ kull bord li jaqgħa taħt ir-responsabilita ta’ dan il-Ministeru matul din il-leġiżlatura huma kif ġejjin:
·
Bord tal-Gvernaturi tal-Fondazzjoni Anna Lindh:
Uffiċjali tal-Ministeru pparteċipaw f’kull laqgħa tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Fondazzjoni Anna Lindh li jsiru perjodikament, inkluż b’mod virtwali matul l-2020. Dan il-bord jiddiskuti l-ħidma u l-amministrazzjoni tal-Fondazzjoni. L-aħħar laqgħa saret fit-22 ta’ Lulju 2020.
· Bord tal-Gvernaturi tal-Fondazzjoni Asja-Ewropa: Uffiċjali tal-Ministeru pparteċipaw f’kull laqgħa tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Fondazzjoni Asja-Ewropa li jsiru perjodikament, inkluż b’mod virtwali matul l-2020. Din il-Fondazzjoni sservi ta’ pont bejn is-soċjetà ċivili u l-gvernijiet tar-reġjun Asjatiku-Ewropew. L-aħħar laqgħa saret bejn il-11-12 ta’ Ġunju 2020.
· Bord tal-Gvernaturi tal-Fondazzjoni EU-LAC: Uffiċjali mill-Ministeru jattendu dan il-Bord, li ġeneralment jiltaqa’ darbtejn fis-sena. L-aħħar laqgħa saret b’mod virtwali fis-26 ta’ Novembru 2020, fejn fost affarijiet oħra ġew diskussi l-Programm ta’ Ħidma Annwali u l-baġit għall-2021 u n-nomina tas-Sinjura Leire Pajín Iraola (Spanja) bħala l-President il-ġdid tal-Fondazzjoni EU-LAC.
· Bord tad-Diplomazija Kulturali: Il-Bord jigi maħtur Ad Hoc skont il-bżonn u l-attendenza hija dejjem sħiħa. Il-Bord jiltaqa biex jiddeċiedi dwar għazla ta’ proġetti.
· Bord dwar Overseas Development Assistance: Il-Bord jiġi maħtur Ad Hoc skont il-bżonn u l-attendenza hija dejjem sħiħa. Il-Bord jiltaqa biex jiddeċiedi dwar għazla ta’ proġetti.
· Bord tas-Sanzjonijiet: Dan huwa Bord mwaqqaf skont il-Kapitlu 365 tal-Liġijiet ta’ Malta. Ninsab infurmat li ġeneralment l-membri tal-Bord dejjem attendew għal kull laqgħa li huma ġew mistiedna għaliha. Id-data tal-meeting tiġi kkordinata minn qabel mal-membri konċernati u l-Bord jiltaqa’ meta jkun hemm bżonn.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li fl-isptar il-ġdid li ser jinbena fin-Nofsinhar ta' Malta ser jkun hemm il-faċilità ta' MRI u CT scan?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fic-Ċentru Reġjonali tal-Kura tas-Saħħa Primarja Vincent Moran ser ikunu qed jingħataw diversi servizzi fosthom X-Ray imaging, Echocardiography, Ultrasound kif ukoll Bone Densitometry.
Għawdex: Marsalforn – Triq Santa Marija — asfaltar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta għandu l-ħsieb li jasfalta mill-ġdid Triq Santa Marija, Marsalforn li tinsab fi stat terribbli?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm l-ħsieb li x-xogħol f’din it-triq ser isir is-sena dieħla. Il-prijorità ta’ dan il-Gvern huwa li jirranġa jew saħansitra jibni mill-ġdid it-toroq kollha fil-pajjiż, inkluż dawk f’Għawdex. Ir-riżultati s’issa, kif qed jara kulħadd, huma inkoraġġanti u jagħtu fiduċja li ninsabu fit-triq it-tajba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm appelli pendenti quddiem l-Arbitru għas-Sigurtà Soċjali, kif ukoll kemm ġew deċiżi tul din is-sena u kemm ġew irtirati?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba jew ingħataw b’donazzjoni għal-librerija pubblika tal-Fgura tul din is-sena? Jista' jinforma l-kamra kemm ġew mislufa kotba?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi l-librerija tal-Fgura akkwistat 174 ktieb din is-sena f’xiri u donazzjonijiet. 868 ktieb ġew mislufa minn din il-librerija.
Ħal Tarxien, Raħal Ġdid, il-Gudja, Santa Luċija u l-Fgura — persuni li jirċievu l-għajnuna soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali sal-aħħar ta’ Ottubru 2020 li huma reġistrati li jgħixu Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, il-Gudja, Santa Luċija, u l-Fgura, kif ukoll kemm applikaw u kemm ma baqgħux jirċievu dan? Jista’ jindika dan kollettivament u skont il-lokalità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm deheb depositat taħt l-iskema ta' rahan f’idejn il-Gvern fil-Monte Di Pieta? Jista' jindika liema huwa l-ixjeħ rahan li ngħata u li għadu veljanti u ma nġabarx sal-aħħar ta’ Novembru 2020?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sal-aħħar ta’ Novembru 2020 kien hemm 4,293 rahan depozitati fil-Monte di Pieta, bl-ixjaħ rahan imur lura għas-26 ta’ Marzu 1984.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm student registrati fl-iskola Primarji f’Ħal Tarxien għas-sena akkademika 2020/2021 u kemm kien hemm għalliema fl-istess skola?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li fl-iskola primarja ta’ Ħal Tarxien hemm 17-il Għalliem u 8 Kindergarten Educators. In-numru ta’ studenti huwa 283 fil-Primarja u 101 fil-Kinder.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba jew ingħataw b’donazzjoni għal-librerija pubblika f'Raħal Ġdid tul din is-sena? Jista' jinforma l-kamra kemm ġew mislufa kotba?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi l-librerija ta’ Raħal Ġdid akkwistat 408 ktieb din is-sena f’xiri u donazzjonijiet. 2,479 ktieb ġew mislufa minn din il-librerija.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — ħaddiema infettati bil-Covid-19
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16836, jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna kellha toħroġ fuq kwarantina minħabba dawn il-każijiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Bi tweġiba għal din il-mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — ħaddiema infetatti bil-Covid-19
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16837, jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ħarġet fuq kwarantina minħabba dawn il-każijiet?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li minħabba l-każijiet li ġew msemmija fil-mistoqsija parlamentari 16837, kien hemm 6 persuni li ħarġu fuq kwarantina.