Legislature:
Category:
Reset
Active:

Appelli Ċivili Superjuri pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ Appelli Ċivili Superjuri pendenti fl-1 ta’ Jannar 2019, fl-1 ta’ Jannar 2020 u fl-1 ta’ Dicembru 2020?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li L-Appelli Ċivili Superjuri pendenti fl-1 ta’ Jannar 2019, fl-1 ta’ Jannar 2020 u fit-3 ta’ Diċembru 2020 kienu 1544, 1460, 1362 rispettivament. Dawn il-figuri ma jinkludux Appelli kostituzzjonali u rikorsi dwar ratifika tad-deċiżjoni tat-Tribunal Ekklesjastiku.

Awtorità tal-Artijiet – proċess ta’ digitisation

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex għaddej proċess fl-Awtorità tal-Artijiet biex il-files kollha li hemm ikunu digitised b’mod intelliġenti (jiġifieri, mhux scanned)?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tal-Artijiet tinsab fil-proċess ta’ scanning tal-files kollha għad-dispożizzjoni tagħha, bħala parti mit-tħejjija ta’ strateġija ‘paperless’. Dan qed tagħmlu sabiex tnaqqas l-użu ta’ files fiżiċi.

Naxxar – proġett tal-iżvilupp tat-Trade Fair Grounds

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti kif l-aħħar li ġew emendati għall-proġett tal-iżvilupp tat-Trade Fair Grounds fin-Naxxar? Jista’ jgħid: 1. Kemm ser ikun hemm units residenzjali? 2. Kemm ser ikun hemm units kummerċjali? u 3. Kemm ser tiżdied il-popolazzjoni f’din iż-żona tan-Naxxar?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat fil-Mistoqsija Parlament 16096.

Naxxar – Proġett taż-żona Trade Fair Grounds – environment impact assessment

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Environment Impact Assessment u l-pjan tal-immaniġġjar tat-traffiku marbuta mal-proġett ta’ żvilupp taż-żona tat-Trade Fair Grounds fin-Naxxar?

Response (FARRUGIA, AARON)

Kif diġà ngħatat tweġiba fil-Mistoqsija Parlamentari 16096, l-applikazzjoni ġiet irtirata. Ninforma lill-Onor Interpellant li sottomissjonijiet kemm tal-Enviroment Impact Assessment kif ukoll il-pjan tal-immaniġjar tat-traffiku ma jiqbgħux relevanti għal xi applikazzjonijiet oħra li jistgħu jsiru ‘l quddiem.

Naxxar – Trade Fair Grounds – proġett tar-Reach

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar pjanti tal-proġett tar-Reach fiż-żona ta’ Triq il-Markiż Scicluna u l-parkeġġ tat-Trade Fair Grounds fin-Naxxar?

Response (FARRUGIA, AARON)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-aħħar pjanti tal-proġett tar-Reach fiż-żona ta’ Triq il-Markiż Scicluna u l-parkeġġ tat-Trade Fair Grounds fin-Naxxar skond kif huwa propost fl-applikazzjoni PA6042/19.

Naxxar — Triq Francis Attard, Triq il-Konti Manduka, Triq il-Markiż Ċensu Depiro, Triq il-Milizzja Nafra u Triq is-Senaskalk – pjan

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan għat-toroq eżistenti u ġodda fiż-żona ta’ Triq Francis Attard, Triq il-Konti Manduka, Triq il-Markiż Ċensu Depiro, Triq il-Milizzja, Triq in-Nafra u Triq is-Seneskalk fin-Naxxar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza, s-sostenibilità u s-sigurezza tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Bħala parti minn dan l-investiment, Infrastructure Malta bħalissa qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 470 triq. Fl-ewwel għaxar xhur ta’ din is-sena, Infrastructure Malta bniet mill-ġdid 120 triq residenzjali. It-toroq indikati diġà kienu ppjanati mill-aġenzija biex jinbnew mill-ġdid fiż-żmien li ġej flimkien ma’ diversi toroq oħrajn. Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.

Naxxar – Triq il-Milizzja Nafra u Triq is-Senaskalk – pjan ta’ żvilupp

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan ta’ żvilupp li beda u qed jitkompla fiż-żona ta’ Triq il-Milizzja, Triq in-Nafra u Triq is-Seneskalk fin-Naxxar?

Response (FARRUGIA, AARON)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-pjanti approvati permezz tal-applikazzjonijet għall-kontroll tal-iżvilupp PC48 tal-2016 u PC22 tal-2009 li jkopru ż-żona msemmijja.

Att dwar is-Sigurtà Soċjali – dħul tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien id-dħul tal-gvern kull sena mill-2013 'il hawn minn Malta u Għawdex separatament: i) taħt l-Artiklu 93 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, mill-anzjani li jirċievu servizz residenzjali finanzjat mill-istat; u ii) taħt l-Artiklu 95 tal-istess att mill-persuni li jibbenefikaw minn servizzi ta' kura/għajnuna mogħtija fid-djar? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm sodod f'istituzzjonijiet, djar, eċċ. għall-anzjani li huma finanzjati mill-gvern? Jista' jagħti din l-informazzjoni, istituzzjoni istituzzjoni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fi tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #17322 Sitting 407 2020-12-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – bini ta’ Qorti ġdida

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna l-Kamra dwar l-aħħar żviluppi dwar il-bini ta’ Qorti ġdida ġewwa Għawdex u jgħid x'sar f'dawn l-aħħar ġimgħat u x'inhu jsir bħalissa biex dan il-proġett li ilu mwiegħed seba' snin, isir? Fejn ser isir dan il-Qorti ġdid u meta hu mistenni jibda x-xogħol? Sadanittant x'qed jagħmel il-Ministeru għal Għawdex biex jassigura li l-Qorti fiċ-Ċittadella jkun aċċessibbli għal kulħadd?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 13038.

Ħal Far – Proġett ta’ Ċentru ta’ distribuzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-proġett li kien tħabbar f’Marzu 2017 li kien jikkonsisti minn Ċentru ta’ distribuzzjoni ġewwa Ħal Far minn kumpanija ta’ Supermarkets internazzjonali? Jista’ jikkonferma jekk dan il-proġett hux ser isir jew le u jekk iva meta hu ppjanat li jibda u jitlesta dan l-imsemmi proġett u kemm hu ppjanat li jħaddem nies?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru ikkonċernat.

Informazzjoni fuq raħħala

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar ta' kull sena mill-2013 sal-aħħar ta' Ottubru 2020 f'Għawdex: 1. kemm kien in-numru ta' raħħala skont l-età tagħhom; 2. kemm kien in-numru ta' merħliet ta' baqar u x'kien id-daqs tagħhom; 3. kemm kien in-numru ta' merħliet ta' nagħaġ u mogħoż u x'kien id-daqs tagħhom; 4. x'kienet il-produzzjoni ta' laħam taċ-ċanga matul kull sena; u 5. x'kienet l-ispiża tal-produzzjoni u x'kien il-valur tal-bejgħ tagħha?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba rigward numru ta’ merħliet u d-daqs tagħhom ta’ baqar, nagħaġ u mogħoż qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Informazzjoni rigward in-numru ta’ raħħala tinsab fit-tabella segwenti. Informazzjoni fuq l-etajiet tar-raħħala ma tinżammx fin-National Livestock Database (NLD). 31.12.2013 31.12.2014 31.12.2015 31.12.2016 31.12.2017 31.12.2018 31.12.2019 31.10.2020 Numru ta’ raħħala tal-baqar 48 47 47 48 48 48 + 1 partnership 48 + 1 partnership 47 + 2 partnership Numru ta’ raħħala ta’ ruminanti żgħar 505 + 1 Razzett tal-Gvern 500 + 1 Razzett tal-Gvern 499 + 1 Razzett tal-Gvern 500 + 1 Razzett tal-Gvern 488 + 1 Razzett tal-Gvern 484 + 1 Razzett tal-Gvern 484 + 1 Razzett tal-Gvern 482 + 1 Razzett tal-Gvern Raħħala li għandhom it-tnejn (diġa’ inklużi fiż-2 listi) 5 5 5 5 4 5 7 8 Fir-rigward tal-produzzjoni, id-data tal-Intertrace hekk kif tidher hawn taħt tirreferi għat-total ta’ kilogrammi ta’ annimali minn Għawdex maqtula kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex: Sena KGs* 2013 318,737 2014 309,016 2015 276,967 2016 321,437 2017 328,058 2018 300,811 2019 308,674 2020 274,968 * Weights are recorded as Cold weights. In line with Commission Regulation 1249/2008 Articles 13 (Bovines) 22 (Swine), Carcase weight corresponds to the warm weight recorded less 2%. Units Kilograms. Fil-każ ta' valur tal-bejgħ tal-produzzjoni, id-data li ġejja turi l-prezz medju għal kull kilo li jirċievi l-bidwi u li jkopri Malta kollha, inkluż Għawdex, imma mhux esklussiv għal Għawdex biss: Sena Ammont ghal kull kilo 2013 3.07 2014 2.91 2015 2.84 2016 2.70 2017 2.44 2018 2.96 2019 3.11 2020 3.08

Gozo Channel (Holding) Company Ltd — accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-accounts ta’ dawn l-aħħar sitt snin tal-kumpanija Gozo Channel (Holding) Company Ltd?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed impoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-financial Statements tal-Gozo Channel (Holding) Company Ltd sa minn mindu twaqqfet fl-2016 sal-aħħar financial Statement approvati għas-sena 2018.
Leg 13 PQ #17356 Sitting 407 2020-12-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Marsalforn – refurbishment ta’ latrina pubblika fil-Menqa

Question

B'referenza għall-inawgurazzjoni li saret mill-Ministru għal Għawdex fil-5 ta' Novembru 2020 tal-proġett tal-Menqa ta' Marsalforn, jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet għaliex l-uniku latrina pubblika li hemm ġewwa l-area tal-Menqa għadu ma sarilhiex refurbishment kbir u dan minkejja li din l-istess latrina ilha iktar minn sena magħluqa u ma tistax tiġi użata mill-pubbliku peress li hija fi stat ħażin ħafna? Jista’ jgħid f’liema xahar u sena hija ppjanata li din il-latrina ssirilha refurbishment u terġa’ tinfetaħ għall-pubbliku?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex għandu l-ħsieb li li jagħti refurbishment tal-maġġoranza tal-lattrini pubbliċi madwar Għawdex. Preżentament, tlestiet dik ta’ taħt Putirjal ġewwa r-Rabat u fil-ġranet li ġejjin se jibdew xogħlijiet oħrajn.

Ċentru Malti tal-Arbitraġġ – arbitraġġi mhux mandatorji

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena kemm saru arbitraġġi mhux mandatorji fiċ-Ċentru Malti tal-Arbitraġġ f'dawn l-aħħar għaxar snin, kemm inqatgħu minnhom s'issa u dawk li nqatgħu kemm damu medjament biex jinqatgħu?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-15 ta’ Novembru 2020. L-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-Mistoqsija Parlamentari ma tistax tiġi mwieġba għaliex iċ-Ċentru ma jżommx din l-informazzjoni. Din l-informazzjoni tvarja minn każ għal ieħor u tiddependi minn diversi fatturi li jagħmluha diffiċli ferm biex tinġabar/tinzamm din l-informazzjoni.

Notifika elettronika tal-partijiet fi proċeduri ċivili

Question

Jista' l-Ministru jindika jekk hemmx pjanijiet biex tibda ssir notifika elettronika tal-partijiet fi proċeduri ċivili u jekk le, għala?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru qiegħed iħejji pjan ta’ strateġija diġitali li l-amministrazzjoni tal-qrati għandha tadotta fis-snin li ġejjin. Fil-passat qarib ġja ttieħdu inizjattivi sabiex l-informatika tiġi użata sabiex tħeffef u żżid l-effiċjenza fil-qasam tal-Ġustizzja. Hekk ġew introdotti sistemi fejn traskrizzjonijiet, digrieti, verbali u sentenzi jintbagħtu elettronikament lill-avukati. Qegħdin ukoll b’mod elettroniku ninfurmaw lill-avukati u lill-prokuraturi legali bir-riżultat tan-notifika tal-atti ġudizzjarji. In-notifika elettronika tal-partijiet toffri sfidi partikolari u wieħed għandu jassigura t-tħaris tal-prinċipji tal-ġustizzja meta tiġi implimentata din is-sistema. Pero` dan għandu jiġi nkawdrat fl-istrateġija li qed tiġi mfassla minn fondi tal-Unjoni Ewropea.

Qasam Industrijali ta’ Għawdex – spazji mikrija

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm hemm spazju mikri fil-Qasam Industrijali ta' Għawdex u kemm għad spazju x'jinkera fl-istess qasam industrijali?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevolli Interpellant li fiż-żona industrijali tax-Xewkija,INDIS Malta Ltd tamministra ċirka 98,000 metri kwadri ta’ propjeta’ industrijali. Minn dan l-ammont hemm biss propjeta ta’ ċirka 200 metru kwadru disponibbli għall-allokazzjoni.

Malta Enterprise – Attrazzjoni tal-Iżvilupp f’Għawdex – nies dedikati

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm Malta Enterprise għandha nies dedikati għall-attrazzjoni tal-iżvilupp f'Għawdex kif ukoll sabiex jieħdu ħsieb l-investiment diġà eżistenti f'Għawdex u fejn huma bbażati, jekk mhux f'Malta jew f'Għawdex?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru ikkonċernat.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – Chairperson ta’ Bordijiet — spejjeż

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-ispejjeż tas-safar, mowbajls u fjuwil, miċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu taħtu minn mindu ġew maħtura?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni miġbura mid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru, hija kif murija fit-tabella segwenti; Dipartiment / Entita' / Agenzija: Isem tac-Chairperson Spejjez tas-Safar - Ammont Spejjez tal-Mowbajl - Ammont Spejjez tal-Fjuwil - Ammont Data minn meta beda jopera kull Bord GHRC Dr Stefan Zrinzo Azzopardi (non-Executive) €0.00 €804.0 €2,099.0 23.09.2017 - 21.08.2018 Dr Stefan Zrinzo Azzopardi (non-Executive) €0.00 €1,206.0 €2,872.2 22.08.2018 - 31.01.2020 Mr Anthony Agius Decelis (non-Executive) €0.00 €335.0 €1,800.5 01.02.2020 -30.10.2020 MATS LTD. Maj. (ret'd) Anthony Abela €0.00 €2,447.6 €2,274.0 June 2013 Yachting Malta Ltd. Mr. Godwin Zammit €0.00 €0.00 €0.00 29/04/2015 Mr. John Huber €8,090.88 €0.00 €0.00 29/04/2015
Leg 13 PQ #17460 Sitting 407 2020-12-02 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Chairpersons ta' Bordijiet - spejjeż

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-ispejjeż tas-safar, mowbajls u fjuwil, miċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu taħtu minn mindu ġew maħtura?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’Seduta oħra.