Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15729 u ċjoè: B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 15141, jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont tax-xogħol li sar minn kull kumpanija/individwu msemmi u jpoġġi rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ABELA, ROBERT)
Minħabba li t-tagħrif mitlub hu impossibbli li jinġabar f’ħin raġjonevoli, nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika dak li jeħtieġ.
In-Naxxar — Manutenzjoni fuq taġġiera fi Triq Margaret A. Murray li tmiss ma' Triq Birguma
Question
Jista' l-Ministru jara li ssir manutenzjoni meħtieġa minn Infrastructure Malta fuq tappiera perikoluża li hemm fil-parti ta' Triq Margaret A. Murray li tmiss ma' Triq Birguma fin-Naxxar?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li x-xogħol indikat kien diġà ppjanat minn Infrastructure Malta biex isir mill-aktar fis.
Persuni li jkollhom diffikultajiet b’xi infrastruttura relatata mat-toroq li tagħhom hija responsabbli Infrastructure Malta jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija b’mod dirett billi jċemplu fuq 2334 1000, jibgħatu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jagħmlu kuntatt permezz ta’ Facebook fuq il-paġna “Infrastructure Malta”.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17263, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema Għawdxin li jaħdmu f’Malta bejn l-2008 u l-2013? Jista' jaqsamhom bejn full-timers u part-timers?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li Jobsplus ma jkolliex informazzjoni dwar il-lokalita' tal-post tax-xogħol ta’ fejn jaħdmu l-ħaddiema imma tuza l-indirizz tal-ħaddiem (residenti f’Għawdex) u ta’ min iħaddem (li jkun f’Malta).
Hawn taħt issib tabella li turi n-numru ta’ ħaddiema Għawdxin li jaħdmu f’Malta skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus.
Impjegati Għawdxin jaħdmu Malta
Full Time
Part Time
Total
Diċembru 2008
5,054
353
5,407
Diċembru 2009
5,123
381
5,504
Diċembru 2010
5,187
382
5,569
Diċembru 2011
5,388
396
5,784
Diċembru 2012
5,498
438
5,936
Diċembru 2013
5,602
497
6,099
Tista' l-Ministru tgħid jekk l-ARMS aċċettatx applikazzjoniet mingħand l-okkupanti tal-boathouses illegali tal-Armier biex idaħlu l-meter tal-ilma? Kemm kien il-ħlas li tħallas? Dawn il-meters twaħħlu? Ġie ppreżentat Compliance certificate qabel ma ġiet milqugħa l-applikazzjoni?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ARMS ilha snin twal taċċetta applikazzjonijiet għal-servizzi temporanji ta’ dawl u ilma mingħand kullħadd. Dawn it-tip ta’ applikazzjonijiet, is-servizz tad-dawl u tal-ilma jingħata b’mod temporanju sabiex b’hekk iridu jġeddu wara ċertu żmien stipulat, m’hemmx ħtieġa għal-Compliance certificate. Dan iċ-ċertifikat jintalab biss meta s-servizzi jingħataw b’mod permanenti.
Tista' l-Ministru tgħid x'time scales u targets għandu f'moħħu l-Gvern Malti biex jiżgura li pajjiżna jilħaq il-miri tal-EU fejn jidħol użu ta' enerġija alternattiva fil-gżejjer Maltin u Għawdxin? Tista' telabora dwar l-istrateġija tiegħu fid-dettall?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab f’Kapitli 2, 3 u 4 tal-Pjan Nazzjonali tal-Enerġija u l-Klima sal-2030, dan li jinsab fid-dominju pubbliku u li jista’ jiġi aċċesat anke minfuq il-website tal-Energy and Water Agency.
(Informazzjoni Addizzjonali: Ara Dokument PL5821 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 409, l-Erbgħa, 9 ta' Diċembru 2020)
Lista ta' prodotti u servizzi li fuqhom hemm taxxa ambjentali
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi lista kompluta ta' prodotti u servizzi f'pajjiżna li fuqhom hemm xi forma jew oħra ta' taxxa ambjentali u jgħid eżatt kemm hu d-dħul tal-Gvern minn dawn it-tip ta' taxxi, kemm b'mod assolut (f'ewros) kif ukoll bħala persentaġġ tal-prodott gross domestiku?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-Tabella 1 li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra turi d-dħul minn taxxi li huma klassifikati fil-kategorija ta’ taxxi ambjentali skont il-European System of Accounts (ESA) 2010. Id-definizzjoni ta’ taxxa ambjentali hija: taxxa li tirrelata ma’ unità fizika li għandha impatt negattiv speċifiku - ibbazat fuq l-evidenza - fuq l-ambjent.
L-informazzjoni provduta hija skont NSO news release 174/2020 li jisimha Tax Revenues: 2019, ippubblikata fid-29 ta’ Ottubru 2020.
Nota: It-taxxa dwar il-kontribuzzjoni ambjentali li hi dovuta fuq kull tip ta’ akkomodazzjoni (environmental contribution tax), hija meqjusa bħala taxxa fuq il-konsum skont il-metodoloġija tal-ESA 2010.
Tista' l-Ministru tagħti lista ta' fejn il-Gvern qiegħed jagħmel użu mill-enerġija solari biex bħala role model jagħti eżempju lill-kumplament tal-pajjiż?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra lista estenżiva ta’ binjiet li qed jgħamlu użu mill-enerġija solari, ninfurmak li l-binja tal-Ministeru stess tagħmel użu mill l-Enerġija Solari.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17488 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 18381 tat-Tnax-il Leġislatura, jista’ l-Ministru jindika kemm ġew imwaħħla cameras tas-sigurtà f’żoni fejn jintrema ammont ta’ skart illegali?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala Ministeru għall-Ambjent għandna numru ta’ cameras tas-sigurtà f’postijiet li jaqgħu taħt r-responsabbiltà tagħna sabiex isir monitoraġġ kemm kontra ħsara kif ukoll kontra rimi ta’ skart. Dawn jinkludu 20 camera fil-Buskett, 8 fil-Park ta’ l-Inwadar, 2 fil-Magħluq ta’ Wied il-Għajn u 6 ġo Kennedy Grove. Hemm ukoll il-pjan li matul iż-żmien li ġej jiżdiedu 4 oħra fl-Inwadar, 10 oħra f’postijiet rurali u Natura 2000 u 5 f’Marine Protected Areas. Sadanittant l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi għandha wkoll li twaħħal 6 cameras oħra f’żoni li huwa magħruf li jintrema skart. Ta’ min ifakkar ukoll li jista’ jkun hemm ministeri oħra li jwaħħlu dawn it-tip ta’ cameras.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17446 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm qiegħda tiġi tiswa lill-Gvern kuljum sodda fil-Good Samaritan Hospital? Jista’ jgħid mil-liema baġit qed jitħallsu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din hija informazzjoni kummerċjalment sensittiva u għalhekk ma tistax tingħata.
Jista’ l-Ministru ġentilment jagħti lista, bin-numru u l-ispeċi ta’ wild animals differenti li hawn f’Malta u li l-Gvern jaf bihom? Jista’ jgħid kemm minnhom qed jinżammu f’zoos(kemm dawk illegali kif ukoll dawk legali) u kemm minnhom qed jinżammu f’residenzi privati?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoggi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid, jekk il-liġi titlobx li annimali meqjusa bħala “Dangerous Animals” għandhomx jinżammu f’zoos? X’inhi l-pożizzjoni ta’ dawk il-persuni li kellhom diġà annimali perikolużi fil-pusses tagħhom qabel il-liġi nbiddlet ċjoè li issa “Dangerous Animals” għandhom jinżammu f’zoos? Kemm minnhom irreġistraw li għandhom annimali perikolużi għandhom? Ġew mitluba jeħduhom f’zoo jew jirreġistraw l-annimali perikolużi tagħhom? Jekk iva kemm hu n-numru ta’ annimali reġistrati?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ‘Dangerous Animals’ jistgħu jinżammu ġo stabbilimenti żooloġiċi u ġewwa siti li huma konformi mal-L.S. 439.19, li huma kollezzjoni privati. M’hemm l-ebda tibdil fil-liġi li jġiegħel l-annimali perikolużi biex jinzammu ġo żoos biss, dawn jistgħu jinżammu f’siti privati wkoll. Hemm 14-il persuna li huma rreġistrati biex iżżommu annimali perikolużi fuq is-siti privati tagħhom. Dawn in-nies irreġistraw l-annimali periklużi u ma ġewx mitluba biex jeħduhom fiż-żoos. In-numru ta’ annimali perikolużi li huma reġistrati ġo siti li jżommu l-annimali perikolużi, skond il-proviżjonijiet tal-L.S. 439.19, huma 55.
Persuni japplikaw biex iżommu wild animals fir-residenza privata tagħhom
Question
Jista’ l-Ministru ġentilment jgħid jekk persuni llum jistgħux japplikaw biex iżommu “wild animals” fir-residenza privata tagħhom anki jekk l-“enclosure” fejn qed jinżammu dawn il-“wild animals” ikun konformi skont il-liġi?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi jekk hemm speċi ta’ ‘wild animals’ li mhumiex perikolużi u li mhumiex għall-wiri, dawn jistgħu jinżammu fir-residenza tan-nies, jekk l-enclosure fejn qed jinżammu huma konformi mal-liġi u sakemm iż-żamma tagħhom ma tmurx kontra xi liġi oħra.
Antidote għall-annimali li jistgħu jivvalenaw il-bniedem
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-liġi tobbligax biex dawk il-persuni li jżommu annimali li jistgħu jivvalenaw il-bniedem b’gidma jew tingiża, biex jimpurtaw antidote għall-velenu tal-ispeċi tagħhom u jridu jżommu wieħed id-dar u ieħor għand l-Awtoritajiet tas-Saħħa? Kemm hawn persuni li ġabu antidote għall-annimali velenużi li qed iżommu, sabiex ikunu konformi mal-liġi?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qeda tiġi miġbura u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jara li Infrastructure Malta tagħmel ix-xogħol meħtieġ biex jittranġa l-istat ħażin li tinsab fih Triq il-Konverżjoni f’San Pawl il-Baħar?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru kkonċernat.
COVID-19 – ħaddiema tal-Gvern li jagħmlu żmien l-isptar jew id-dar – sick leave
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma jekk ħaddiema tal-Gvern li jkunu morda bil-COVID-19 humiex jintalbu li jieħdu ż-żmien li fih jagħmlu l-isptar jew id-dar mis-sick leave tagħhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill- Ministru kkonċernat.
COVID-19 – ħaddiema tal-Gvern li jagħmlu żmien l-isptar jew dar – sick leave
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk iż-żmien li jagħmlu kwarantina l-ħaddiema tal-Gvern li jkunu mitluba joqogħdu kwarantina d-dar minħabba l-COVID-19, humiex jitnaqqsu mis-sick leave tagħhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.