Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #24112 Sitting 536 2022-01-19 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Sit ġdid għal Qorti f’Għawdex – espressjoni ta’ interess

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess sabiex tinħareġ sejħa għall-espressjoni ta' interess sabiex jiġi identifikat sit ġdid għall-Qorti f'Għawdex? Jista' jgħid meta ser tinħareġ din is-sejħa?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li diġa tajt struzzjonijiet sabiex it-tali espressjoni ta’ interess toħroġ mill-aktar fis possibli.
Leg 13 PQ #24113 Sitting 536 2022-01-19 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – wifi fuq il-vapuri

Question

Jista' l-Ministru jispjega għala l-wifi fuq il-vapuri tal-Gozo Channel invarjabilment mhux qed ikun jaħdem minħabba nuqqas ta' konnessjoni tal-internet? Jidhirlux il-Ministru li din l-kumpanija li qed tieħu flejjes kbar sabiex topera s-servizz għandha tassigura li jkun hemm servizz ta' internet fil-vjaġġi li topera?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sistema tal-Wi-Fi ta’ fuq il-vapuri tiġi mmonitorjata b’mod awtomatiku u hekk kif xi konnessjoni tal-internet ma tkunx qed taħdem, l-uffiċċju inkarigat ikun infurmat immedjatament. Kull meta kien hemm xi okkażżjoni fejn il-Wi-Fi ma kienx qed jiffunzjona, dan kien irranġat fl-istess ġurnata. Bħalissa ma għandna l-ebda rapport li hemm xi vapur li għandu l-Wi-Fi li mhux qed jaħdem.
Leg 13 PQ #24114 Sitting 536 2022-01-19 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Heavy Plant Driver (Group 4)

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-grad, fejn kien jaħdem u min intgħażel għall-post ta' heavy plant driver (Group IV) fil-Ministeru għal Għawdex wara s-sejħa tal-15 ta' Ottubru 2021 (Ċirkulari Numru HR/MG 46/2021)?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-riżultat ta’ din is-sejħa ħareġ nhar it-tletin ta’ Diċembru li għadda, u għaldaqstant dan il-Ministeru għadu għaddej bil-proċess biex eventwalment jiġi/jiġu appuntati l-individwi li hemm bżonn skont il-ħtieġa tal-istess Ministeru.

Ċentru tas-Saħħa ta’ Kerċem — tilqim

Question

Jidhirlux id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa li l-post fejn qed isir it-tilqim f'Għawdex fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Kerċem mhuwiex wieħed adekwat għax in-nies ikollhom jistennew għal żmien twil esposti għall-elementi sakemm jitlaqmu? Jista' jispjega għala ma ġiex identifikat post alternattiv fejn in-nies ma jkollhomx għalfejn joqogħdu barra fit-triq jistennew biex jitlaqqmu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-programm ta’ tilqim miexi b’ritmu tajjeb f’Malta kif ukoll f’Għawdex. Minn nhar it-Tnejn 17 ta’ Jannar ta’ din is-sena, numru ta’ ċentri madwar Malta u Għawdex bdew jaċċettaw nies mingħajr appuntamenti. Ġewwa Għawdex il-klinika ta’ Kerċem qiegħda tintuża għal nies mingħajr appuntamenti u l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex qiegħed jintuża għal tfal bejn il-5 u l-11 il-sena u special allergy clinics. Fil-jiem li ġejjin ser tiġi organizzata wkoll mobile clinic. In-numru ta’ ċentri li qedgħin jintużaw f’din il-fażi tal-programm jiġu stabbiliti skont id-demand għall-vaċċin, dan sabiex ikun hemm użu massimu taċ-ċentri.

Korp tal-Pulizija — membri li rriżenjaw mill-Korp

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm membri tal-Korp tal-Pulizija rriżenjaw mill-Korp f'Jannar 2021 u matul Jannar 2022?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi ma kienx hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li rriżenjaw matul ix-xahar ta’ Jannar 2021, qabel ma għalqu ħamsa u għoxrin sena servizz. Mill-ewwel sat-18 ta’ Jannar, 2022 kien hemm membru wieħed biss li rrizenja.

Foundation for Tourism Development Zone– financial statements

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-Foundation for Tourism Development Zone?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-Foundation for Tourism Zone Development. (Korrezzjoni: Ara dokument Nru PL 7553 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 537 tat-Tnejn, 24 ta' Jannar 2022)

MCAST – financial statements

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-MCAST?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. interpellant li l-aħħar financial statements tal-MCAST qed jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.

MGA – financial statements

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-MGA?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għad dokument numru 6819 li gie mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fis-Seduta 478 tat 23 ta’ Ġunju.

ITS – financial statements

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-ITS?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-financial statements tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi għadhom mhumiex iffinalizzati. Sas-sena 2020, ITS kienu jippreparaw biss Management Accounts.
Leg 13 PQ #23220 Sitting 535 2022-01-18 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Malta Statistics Authority – financial statements

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-Malta Statistics Authority?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf l-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ta’ Sannat Local Council — Provision of Cleaning Services - tender

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender (Re Issue) li għalqet fit-18 ta' Ġunju 2021 'Provision of Cleaning Services at Ta’ Sannat Local Council (Re-Issue) (CfT CA Unique ID: SNTLC 10/2021) u jgħid fiex wasal il-proċess ta' evalwazzjoni tal-imsemmija tender? Jista’ jgħid f'dawn l-aħħar xhur min kien qed jagħti dan is-servizz u kemm kien qed jitħallas xahar b'xahar?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Sannat li l-kuntrattur għandu jiġi nfurmat sabiex jibda dan il-kuntratt minn Frar 2022.

Għawdex – Wied tal-Grazzja — barrier tal-ħadid tal-pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet għala fix-xhur li għaddew kien hemm u għad hemm barrier tal-ħadid tal-pulizija f'parti mit-triq li hemm maġenb il-Wied tal-Grazzja fir-Rabat Għawdex?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-barrier tal-pulizija li hemm f'parti mit-triq li ma tintuzax għat-traffiku, maġenb il-Wied tal-Grazzja fir-Rabat Għawdex, sabiex tindika li dan il-passaġġ jista’ jkun ta’ periklu’. Il-Pulizija ħadet azzjoni u nfurmat b’dan lill-Kunsill Lokali responsabbli.
Leg 13 PQ #23368 Sitting 535 2022-01-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Direct Orders fil-Gazzetta tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dati ta’ meta ġew ippubblikati l-listi ta' Direct Orders fil-Gazzetta tal-Gvern mill-Ministeru għal Għawdex għas-sena 2019, 2020 u sa Lulju 2021?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tiġi ippublikata perjodikament kull madwar sitt xhur.
Leg 13 PQ #23370 Sitting 535 2022-01-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Public Contracts Review Board — website

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn id-dati ta' meta jkunu se jinstemgħu l-appelli (schedule of Public Hearing) ilhom mill-aħħar ta' April ma jidhru fuq il-website tal-Public Contracts Review Board?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi minħabba il-bidliet ta’ kuljum ikkawzati mill-pandemija tal-Covid kif ukoll zewġ bidliet fiċ-Chairmanship, irrizultaw f’akkumulazzjoni ta’ kazijiet. Għaldaqstant ma kienx għadu vijabbli li nkomplu bil-pubblikazzjonijiet tal-iskeda fuq il- website . Hija l-intenzjoni tal- Board li jerġa’ jibda jippublika l-iskeda mill-aktar fis possibbli
Leg 13 PQ #23371 Sitting 535 2022-01-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Museum — spiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' pagamenti saru sal-lum fuq il-proġett tal-Gozo Museum? Jista' jgħid kemm hi mistennija li tkun l-ispiża totali fuq dan il-proġett?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #23376 Sitting 535 2022-01-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ħaddiema — tindif fuq barra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema (kemm tal-Gvern, skema, kuntrattur jew b'kuntratt) li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, li qed jagħmlu xogħol ta' tindif fuq barra inkluż bajjiet jew f'latrini pubbliċi f’Għawdex? X'inhu l-grad ta' dawn il-ħaddiema?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva — Tiġdid ta' telework/remote working

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il applikazzjoni ġdida jew applikazzjoni għal tiġdid ta' telework/remote working ġiet irċevuta minn Jannar 2021 sal-aħħar ta' Novembru 2021 minn ħaddiema fil-Ministeru u d-Dipartimenti, Aġenziji u Awtoritajiet li jaqgħu taħtu u kemm minn dawn ġew aċċettati jew irrifjutati?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 23717.

Malta Gaming Authority – lista ta’ sponsorships

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23678, 23497 u 23579 u jagħti lista tal-isponsorships kollha li tat il-Malta Gaming Authority minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kien l-ammont, lil min, id-data u l-iskop tas-servizz jew prodott u min approva tali sponsorship?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Sejħa għal reklutaġġ fil-Korp tal-Pulizja u fl-AFM

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il sejħa għar-reklutaġġ kien hemm fil-Korp tal-Pulizija u l-Forzi Armati ta’ Malta fl-2021 u 2020 u kemm applikaw rispettivament f’kull waħda?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija Parlamentari 23742.