Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għawdex – żwiġijiet bir-reġistru u adozzjonijiet bejn koppji tal-istess sess

Question

Jista’ l-Ministru jelenka kemm kien hemm żwiġijiet bir-reġistru Għawdxi mill-2017 ‘l hawn maqsuma sena b’sena, bejn koppji tal-istess sess u kemm saru adozzjonjiet bejn koppji tal-istess sess fil-gżira Għawdxija?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Qorti ta’ Għawdex u Vapur Nikolaus – passi mis-CRPD biex ikunu aċċessibbli għal kulħadd

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'passi ttieħdu mill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CRPD) s’issa biex jiġi assigurat li l-Qorti ta' Għawdex u l-vapur Nikolaus operat mill-Gozo Channel ikunu aċċessibbli għal kulħadd? Tista' l-Ministru tgħid sa meta ngħatat żmien l-Aġenzija għas-Servizzi fil-Qrati sabiex il-Qorti ta' Għawdex ikun aċċessibbli għal kulħadd u dan peress li sal-lum din il-binja pubblika li tintuża kuljum minn mijiet ta' nies mhijiex aċċessibbli? Fil-każ tal-vapur Nikolaus, tista' tgħid għaliex is-CRPD qed taċċetta li dan il-vapur li jużawh eluf ta' nies kuljum mhux aċċessibbli u jekk l-istess CRPD kienx ta żmien sa meta jista' jibqa jintuża kif inhu llum? Għaliex fiż-żewġ każijiet is-CRPD ma bdietx passi legali meta imbagħad kontra operaturi privati tieħu l-passi immedjati jew ma tagħtix permess biex joperaw?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità m’hijiex l-entità vestita bil-poteri legali sabiex tiċċertifika l-livell ta’ aċċessibilità fuq bastimenti. Madanakollu, l-Kummissjoni ressqet l-ilmenti tagħha u ta’ bosta persuni b’diżabilità marbuta mal-bastiment MV Nikolaos sabiex dawn jiġu indirizzati. Infurmata li l-bastiment qiegħed jintuża sakemm tinħareġ sejħa għall-offerti għal vapur ġdid. Dan kien ikkonfermat f’laqgħa li l-Kummissjoni kellha mal-Ministru għal Għawdex f’Lulju 2020. Barra minn hekk, il-Kummissjoni hi nfurmata li l-flotta tal-Kumpanija Gozo Channel Ltd. ma tikkonsistix esklussivament mill-bastiment MV Nikolaos, iżda għandha tliet bastimenti oħra li jipprovdu livell għola ta’ aċċessibilità, li iżda m’huwiex l-aqwa livell li wieħed jista’ jkollu. Ta' min ifakkar li dawn il-bastimenti kienu nbnew bejn is-sena 2000 u 2002 taht amministrazzjoni nazzjonalista. Rigward il-Qorti ta’ Għawdex, il-Kummissjoni tista’ tikkonferma li hija kienet irċeviet ilment dwar l-aċċessibilità f’din il-binja f’Ottubru 2014 u mill-ewwel għamlet kuntatt mal-awtoritajiet konċernati sabiex tinstab soluzzjoni. Fost il-proposti li saru kien hemm li jsir lift li jwassal sal-binja, li madanakollu, ma jsolvi bl-ebda mod il-problema kbira ta’ aċċessibilità f’din il-binja storika li m’għandiex livelli l-istess fl-istess sulari. Dan ifisser li biex tmur minn kamra għall-oħra, trid titla’ jew tinżel xi taraġ, minkejja li tibqa’ fl-istess sular. Il-Kummissjoni hi nfurmata li l-Gvern għaddej bi proċess sabiex il-Qorti ta’ Għawdex tiġi rrilokata għal post aċċessibbli. Fil-laqgħa surreferita ma ngħatawx dettalji ġodda dwar din ir-rilokazzjoni. Tajjeb li nfakkar lill-Onorevoli Interpellant, li s-CRPD m’ għandiex poteri li twaqqaf direttament lil xi ħadd milli jeżerċita xi attività iżda hi biss waħda mill-entitajiet involuti fil-proċess fil-ksib ta’ permess fil-qafas tal-Awtorità tal-Ippjanar. Għaldaqstant, tali limitazzjonijiet jistgħu jiġu imposti biss jekk marbuta mal-proċess ta’ ksib ta’ permess għall-bini. Naturalment dan ma japplikax għall-kiri ta’ vapur. Fiż-żewġ każijiet in kwistjoni f’din l-interpellanza, il-Kummissjoni għandha parir li l-possibilità li azzjoni legali sejra twassal għal titjib fis-servizzi mogħtija hi tassew żgħira u li jkun ferm aktar għaqli li tinstab soluzzjoni li ma tinvolvix azzjoni legali. Din hija l-istess strateġija li tittieħed anke f’numru ta’ azzjonijiet li l-Kummissjoni tieħu fil-konfront ta’ entitajiet privati. Nixtieq infakkar ukoll lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ każijiet li nvestigat il-Kummissjoni kontra entitajiet pubbliċi telgħu minn 100 fis-sena u xahrejn li hu kien il-Ministru responsabbli għall-qasam tad-diżabilità għal 388 matul l-2019. Dan kien possibbli biss grazzi għall-investiment f’riżorsi, fosthom umani, li wettaq il-Gvern Laburista fil-Kummissjoni sa mill-2013.
Leg 13 PQ #17515 Sitting 408 2020-12-07 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Bordijiet - attendenza ta' membri

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħu matul din il-leġiżlatura?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — Bordijiet - attendenza ta' membri

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħu matul din il-leġiżlatura?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — Bordijiet - attendenza ta' membri

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħu matul din il-leġiżlatura?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — Bordijiet - attendenza ta' membri

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħu matul din il-leġiżlatura?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — Bordijiet - attendenza ta' membri

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħu matul din il-leġiżlatura?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ministeru għas-Saħħa — Bordijiet - attendenza ta' membri

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħu matul din il-leġiżlatura?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Leg 13 PQ #17534 Sitting 408 2020-12-07 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex: Marsalforn – bażi għall-monument fi Triq il-Wied

Question

Jista' l-Ministru jindika meta ser issir bażi permanenti għall-monument tal-iskultur Valerio Schembri li tneħħa mill-post oriġinali tiegħu u issa qiegħed fi Triq il-Wied, Marsalforn?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ż-żona ta’ fejn qiegħed l-monument mistennija tiġi upgraded.
Leg 13 PQ #17535 Sitting 408 2020-12-07 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

sGħawdex: Ir-Rabat – Triq Dottor Anton Tabone — culverts

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta għandu l-ħsieb li jagħmel culverts fi Triq Dottor Anton Tabone, Rabat, Għawdex, speċjalment fil-parti quddiem is-sorijiet ta' Pompei?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex qed jieħu nota’ ta’ dan is-suġġeriment u ser jgħaddieh lid-dipartiment kkonċernat sabiex jiġi kkunsidrat.
Leg 13 PQ #17536 Sitting 408 2020-12-07 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex: Ix-Xewkija – Triq Santa Eliżabetta – xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta beda x-xogħol fuq Triq Santa Eliżabetta fix-Xewkija, meta suppost jitlesta jew kellu jitlesta dan ix-xogħol u kemm hu proġettat li ser jiswa dan ix-xogħol? Ma jidhirlux li x-xogħol fuq dan it-triq ilu sejjer wisq żmien b'inkonvenjent kbir għar-residenti u għan-negozji f'din it-triq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol f’din it-triq huwa kważi komplut u l-wiċċ bit-tarmac ser jingħata ftit tal-jiem oħra.

Qorti tal-Maġistrati (Mala) — Preżentazzjoni ta’ Atti fir-Reġistru

Question

Jista' l-Ministru jispjega għala fil-25 ta' Novembru 2020 ma setgħux jiġu ppreżentati atti fir-reġistru tal-Qorti tal-Maġistrati (Malta) u x'passi qed jieħu sabiex dan l-inċident ma jirrepetiex ruħu? Ma jidhirlux li kellhom isiru arranġamenti alternattivi u immedjati mid-direzzjoni tal-Aġenzija ħalli r-reġistru jkun miftuħ il-ħin kollu kif titlob il-liġi?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Inyerpellant li fil-25 ta’ Novembru 2020 kull min ried jippreżenta atti fir-Reġistru Ċivili tal-Qorti tal-Maġistrati (Malta) seta’ jagħmel dan. Fil-fatt numru ta’ atti ġew ippreżentati dak inhar. L-impjegati tal-qorti bħal kull persuna oħra jistgħu ikunu soġġetti għall-effetti tal-Covid19. Huwa minnu li f’xi ħin kien hemm parti mir-Reġistru li ma kinetx qed taħdem kif wieħed jixtieq minħabba li fil-preżent hemm ammont sostanzjali ta’ ħaddiema tar-Reġistru li jinsabu fuq kwarantina obligatorja. Nieħu din l-okkazzjoni biex nesprimi gratitudni lill-impjegati tal-qorti li nonostante l-problemi li jiffaċċjaw, qed ikomplu jaqdu dmirijiethom bl-aħjar mod li jistgħu. Nassigura lill-Onor. Interpellant li qed jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex ix-xogħol tal-qorti ikompli għaddej bl-inqas problemi possibbli.

Appelli superjuri ċivili pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm appelli superjuri ċivili pendenti u kemm ilhom pendenti sena b'sena?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li sas-27 ta’ Novembru 2020 kien hemm 1428 appell pendenti quddiem il-Qorti tal-Appell. Dawn ilhom pendenti quddiem din il-qorti kif indikat hawn taħt: Sena meta ġie pprezentat l-AppellAppelli introdotti Numri ta’ Appelli pendentiNumri ta’Appelli deċizi Sas-27 ta’ Novembru 2020 285305388 2019331245259 2018334190361 2017447274318 2016471269385 2015396113423 201444923245 20134556414 Qabel 20124403388

Wied il-Għajn, iż-Żejtun, Ħal Għaxaq u Marsaxlokk — persuni li jirċievu l-Għajnuna Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali sal-aħħar ta’ Ottubru 2020 li huma reġistrati li jgħixu ż-Żejtun. Wied il-Għajn, Ħal Għaxaq u Marsaxlokk, kif ukoll kemm applikaw u kemm ma baqgħux jirċievu dan? Jista' jindika dan kollettivament u skont il-lokalità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.

Santa Luċija Malta — Librerija pubblika - kotba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba jew ingħataw b’donazzjoni għal-librerija pubblika f'Santa Luċija (Malta) tul din is-sena? Jista' jinforma l-kamra kemm ġew mislufa kotba?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi l-librerija ta’ Santa Luċija akkwistat 693 ktieb din is-sena f’xiri u donazzjonijiet. 1,457 ktieb ġew mislufa minn din il-librerija.

Persuni reġistrati jaħdmu part-time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati li qed jaħdmu part-time f’Ottubru 2020? Jista’ jinforma l-kamra kemm kienu nisa u kemm rġiel?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tabella turi n-numru ta’ ħaddiema, nisa u rġiel, li qed jaħdmu part-time fl-aħħar ta' Jannar 2020. Part-time bħala xogħol ewlieni tagħhom Part-time ma’ full-time Total ta' Part-Time f’Malta u Għawdex Rġiel Nisa Total Rġiel Nisa Total Rġiel Nisa Total 14,605 19,905 34,510 20,103 10,430 30,533 34,708 30,335 65,043 L-aħħar ċifri ppublikati huma ta’ Jannar 2020.

Il-Gudja — Librerija Pubblika - kotba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba jew ingħataw b’donazzjoni għal-librerija pubblika tal-Gudja tul din is-sena? Jista' jinforma l-kamra kemm ġew mislufa kotba?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi l-librerija tal-Gudja akkwistat 549 ktieb din is-sena f’xiri u donazzjonijiet. 1,244 ktieb ġew mislufa minn din il-librerija.
Leg 13 PQ #17555 Sitting 408 2020-12-07 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Santa Luċija — Skola Sekondarja - Xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x'xogħlijiet ta' natura ordinarja u straordinarja saru tul din is-sena fl-iskola sekondarja ta’ Santa Lucija (Malta)?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fl-Iskola Sekondarja ta' Santa Luċija, il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada (FTS) bdiet il-proġett ta' bini tal-ewwel sala għall-iskola kif ukoll għall-faċilitajiet sportivi fuq ġewwa. Sadanittant, infurmata li tul din is-sena fl-iskola sekondarja saru dawn ix-xogħlijiet: · Żebgħa f’partijiet minn kurituri · Tiswija ta' pajpijiet tal-ilma · Tiswija tas-sistema ta’ drenaġġ · Tibjid ta' klassijiet · Tibjid ta’ turġien mad-dawra tal-iskola · Kamra b'faċilità sanitarja ġdida · Linji biż-żebgħa tal-parking tad-dawra tal-iskola · Inżebgħu l-bankijiet tal-grawnd tal-iskola b'kuluri differenti · Sar xogħol ta' ġardinaġġ inkluż il-qtugħ ta’ siġar tal-palm mejta u tħawwlu siġar ġodda · Manutenzjoni ta' dawl f'postijiet differenti · Inqala' grawnd fl-iskola u reġa' sarlu l-konkos mill-ġdid · Installazzjoni ta’ lift ġdid · Preparazzjoni għat-twettiq tal-protokol biex jinfetħu l-iskejjel fosthom sinjali fil-grawnd biex jifirdu d- designated areas, twaħħil ta' stickers skont il-linji gwida, irranġar ta' spazji fil-klassijiet u ċaqlieq ta' staff rooms.

raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Santa luċija, il-Gudja u l-Fgura — persuni irreġistrati bħala part-time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati li qed jaħdmu part-time f’Ottubru 2020 li jgħixu Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Santa Luċija, il-Gudja u l-Fgura? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm rġiel u dan kollettivament u skont l-lokalità rispettiva?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li tabella li turi n-numru ta’ ħaddiema, nisa u rġiel, li qed jaħdmu part-time fl-aħħar ta' Jannar 2020 u li jgħixu Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Santa Luċija, il-Gudja u l-Fgura, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-aħħar ċifri ppubblikati huma ta’ Jannar 2020.
Leg 13 PQ #17579 Sitting 408 2020-12-07 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — safar, fuel u hospitality - nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13667 u 12291 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12102, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality f’kull Dipartiment, Awtorità jew fil-Ministeru stess minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.