'Quotation for the supply and delivery of Galvanised steel shelving for Manufacturing and Services section in Gozo (CfT CA Unique ID: MGOZ Q 24/2020)'
Question
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-quotation 'Quotation for the supply and delivery of Galvanised steel shelving for Manufacturing and Services section in Gozo (CfT CA Unique ID: MGOZ Q 24/2020)' li għalqet iktar minn 6 xhur ilu jiġifieri fis-16 ta' Marzu 2020 u jgħid x'inhuma r-raġunijiet li din l-imsemmija quotation għadha ma ġietx awarded?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-evalwazzjoni ta’ din il-quotation ġiet konkluża u ħa jitkomplew il-proċeduri li fadal.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — Bordijiet - attendenza ta' membri
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħu matul din il-leġiżlatura?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba hija skont is-segwenti tabella:-
Isem tal-Bord
Numru ta’ Laqgħat
Okkażjoni fejn membru jew ieħor kienu assenti
HA
45
39
HME
33
3
SPM
31
23
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba jew ingħataw b’donazzjoni lil-librerija pubblika ta’ Ħal Tarxen tul din is-sena? Jista’ jgħid kemm ġew mislufa kotba?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi il-librerija ta’ Ħal Tarxien akkwistat 136 ktieb din is-sena f’xiri u donazzjonijiet. 195 ktieb ġew mislufa minn din il-librerija.
Żejtun, Marsaxlokk, Wied il-Għajn u Ħal Għaxaq – persuni li jaħdmu part-time
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati li qed jaħdmu part-time f’Ottubru 2020 li jgħixu ż-Żejtun, Marsaxlokk, Wied il-Għajn u Ħal Għaxaq? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm rġiel u dan kollettivament u skont il-lokalità rispettiva?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li tabella li turi n-numru ta’ ħaddiema, nisa u rġiel, li qed jaħdmu part-time fl-aħħar ta' Jannar 2020 u li jgħixu z-Zejtun, Marsaxlokk, Wied il-Għajn u Ħal Għaxaq, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-aħħar ċifri ppubblikati huma ta’ Jannar 2020.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni kienu qed jirċievu pensjoni sal-aħħar ta’ Ottubru 2020 u kemm applikaw għaliha minn Jannar sal-aħħar ta’ Novembru 2020?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.
Skola Sekondarja ta’ Santa Luċija – studenti reġistrati
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti reġistrati fl-Iskola Sekondarja ta’ Santa Luċija (Malta) għas-sena akkademika 2020/2021 u kemm kien hemm għalliema fl-istess skola?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li fl-Iskola Sekondarja ta’ Santa Luċija hemm 78 Għalliema filwaqt li n-numru ta’ studenti (Year 9 sa Year 11) huwa ta’ 432.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba jew ingħataw b’donazzjoni lil-librerija pubblika ta’ Wied il-Għajn tul din is-sena? Jista’ jgħid kemm ġew mislufa kotba?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi il-librerija ta’ Wied il-Għajn akkwistat 464 ktieb din is-sena f’xiri u donazzjonijiet. 1,382 ktieb ġew mislufa minn din il-librerija.
Persuni li rriżenjaw, irtiraw jew tkeċċew mis-Servizz Pubbliku
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm persuni rriżenjaw, irtiraw jew tkeċċew mis-Servizz Pubbliku tul is-sena 2019?
Response (ABELA, ROBERT)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 15342 li kienet saret minnu stess, ninsab nfurmat ukoll li kien hemm 468 persuna li rtiraw mis-Servizz Pubbliku fl-2019.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15731 u ċjoè: Skont dak li ġie rappurtat f’paġna 7 tar-Rapport Annwali tal-Awtorità tad-Djar 2019, fejn inqatgħu ftit inqas minn 500 applikant mil-lista ta’ stennija għall-post ta’ housing, jista’ l-Ministru jgħid mil-liema kategorija ġejjin dawn l-applikanti, kategorija b’kategorija? Fuq liema kriterju tnaqqsu dawn l-applikanti? Dawn ma kellhomx bżonn alternattiv?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15739 u jgħid kemm il-lift ġie nstallat f’binjiet tal-akkomodazzjoni soċjali mill-2017 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat illi mid-data msemmija mill-Onor. Interpellant, l-Awtorità tad-Djar installat 64 lift ġdid f’binjiet ta’ housing soċjali. Lifts li fil-maġġoranza tagħhom ma kienx faċli li jiġu installati hekk kif il-binjiet li nbnew snin ilu ma kienux jaħsbu għalihom.
Dawn il-liftijiet ifissru binjiet aċċessibbli għar-residenti ta’ housing soċjali u qabża fil-kwalità tal-ħajja tagħhom.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15753 u 13582 u ċjoè: Peress li hu magħruf minn kulħadd permezz ta' studji soċjali li l-komunità kollha tibbenefika meta persuni b'xi diżabilità jew oħra jingħataw l-opportunità li jintegraw ruħhom bl-aktar mod olistiku fis-soċjetà u meta dawn jingħataw kull għajnuna sabiex ikomplu jistudjaw u javvanzaw fil-karrieri tagħhom, li hu wkoll tagħhom bid-dritt, skont Artiklu 19 tal-Konvenzjoni dwar id-Drittjiet ta' Persuni b'Diżabilità, li Malta irratifikat fl-2012, għaldaqstant tista’ l-Ministru tgħid x'qed jagħmel il-Gvern biex jiżgura li persuni li jgħixu b'xi diżabilità jew oħra jingħataw kull sapport neċessarju, speċjalment finanzjarju, biex ikomplu l-edukazzjoni tagħhom u jaċċessaw opportunitajiet ta' xogħol li jiggarantixxu livell ta' għajxien xieraq anki meta' dawn jispiċċaw l-edukazzjoni mandatorja skont il-liġi u jkomplu jistudjaw fl-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni wara s-sekondarja, l-Università, l-MCAST jew isegwu kwalunkwe kors ieħor? Speċifikament, xi skemi qed jopera l-Gvern biex jassisti individwi żgħażagħ bħal dawn li huma f'riskju li jieqfu jistudjaw qabel iż-żmien minħabba l-piż finanzjarju tax-xiri ta' teknoloġiji t'assistenza? Għalfejn persuna dipendenti fuq it-teknoloġiji t'assistenza, jiġifieri li ma taqax taħt id-definizzjoni ta' persuna fis-saħħa, mhix eleġibbli għall-fondi pubbliċi għat-teknoloġiji ta' assistenza? Xi skemi hemm li jipprovdu għaċ-ċirkostanzi partikolari ta' minorenni u studenti b'diżabilità li għadhom qed jiddependu fuq il-ġenituri tagħhom, speċjalment fuq single parents?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Aġenzija Sapport fi ħdan il-Minsiteru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja toffri diversi servizzi u skemi għal tfal u adulti b’diżabilità sabiex dawn ikun iktar faċli għalihom li jkomplu bl-edukazzjoni tagħhom u anke jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Fosthom:
Is-servizz tal-Access to Communication and Technology Unit, fejn Occupational Therapists
u Speech and Language Therapists
li jispeċjalizzaw fuq teknoloġija assistiva jagħmlu assessjar fuq tfal li għandhom diffiultajiet ta’ kommunikazzjoni minħabba d-diżabilità tagħhom. Dan it-tim joffri wkoll gwida u taħriġ fuq l-użu ta’ apparat teknoloġiku assistiv waqt li jinvolvi wkoll lill-familjari u professjonisti oħra li jkunu qed jaħdmu ma’ dawn it-tfal dejjem fl-interess li jkollhom kwalità ta’ ħajja aħjar. Dan is-servizz jippermetti lit-tfal sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw u jkomplu l-edukazzjoni tagħhom f’kull livell u anke eventwalment fuq il-post tax-xogħol.
L-Aġenzija Sapport tmexxi wkoll is-servizzi mogħtija minn Sonia Tanti Independent Living Centre (STILC) li jipprovdi sapport, informazzjoni u gwida lill-persuni b’diżabilità u lill-familjari tagħhom rigward aspetti ta’ għajxien indipendenti fil-komunità. Dawn is-servizzi huma offruti minn Fiżjoterapisti u Occupational Therapists li jinkludi assessjar komprensiv tal-persuna u l-kuntest tal-madwar sabiex jgħinu lill-persuni b’diżabilità ta’ kull età jakkwistaw ħiliet ġodda jew itejbu l-indipendenza tagħhom permezz ta’ tagħmir għall-mobilità fiżika, apparat assistiv kif ukoll gwida professjonali mit-terapisti. Dan is-servizz jinkludi klinika ta’ assessjar fuq l-użu tas-siġġu tar-roti, assessjar fuq sewqan ta’ karozzi modifikati kif ukoll lezzjonijiet tas-sewqan tal-karozza għal persuni b’diżabilità. Dan is-servizz għalhekk jagħmilha possibbli sabiex persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jgħixu ħajja indipendenti permezz ta’ teknoloġija diversa u b’hekk ikunu jistgħu jaċċessaw l-edukazzjoni, ix-xogħol u l-ħajja soċjali b’mod ugwali.
L-istess individwi jkunu jistgħu japplikaw għall-Empowerment Scheme immexxija mill-istess Aġenzija għal sussidju fuq dan l-apparat assistiv speċjalizzat għall-użu speċifiku tagħhom, inkluż dak teknoloġiku. Wieħed jista’ wkoll japplika għal skema oħra mal-Ministeru tal-Finanzi għal rifużjoni fuq parti mill-VAT imħallas fuq l-istess apparat. Skemi oħra li jistgħu jaċċessaw persuni b’diżabilità u li permezz tagħhom wieħed jista’ jkompli l-edukazzjoni tiegħu u jkun inkluż ukoll fid-dinja tax-xogħol jinkludu:
§ Servizz ta’ interpretazzjoni tal-lingwa tas-sinjali fl-iskejjel primarji, sekondarji, post-sekondari u anke fil-livell terzjarju sabiex studenti Deaf ikunu jistgħu jkomplu bl-istudji tagħhom
§ Taħriġ u job placements permezz tal-proġett INK, ko-finanzjat mill-UE u mmexxi mill-Aġenzija Sapport
§ Sussidju sabiex persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jqabbdu carer tal-għażla tagħhom għal sapport fil-komunità, inkluż assistent personali
§ Eżenzjoni parzjali jew sħiħa mill-ħlas tal-liċenzja tat-triq tal-vetturi
§ Eżenzjoni parzjali jew sħiħa mit-taxxa tar-registrazzjoni fuq vetturi
§ Sussidju fuq trasport sabiex persuni li ma jistgħux jużaw is-servizz tat-trasport pubbliku, ikunu jistgħu jattendu skola post-sekondarja, attivitajiet sportivi u / jew il-post tax-xogħol permezz tal-Empowerment Scheme
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15973 u jagħti żmien speċifiku u jassigura li l-lift fil-binja, kif imsemmi fil-każ li d-dettalji dwaru qed jingħata separatament jiġi stallat fi żmien raġjonevoli?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-lift li qiegħed jirreferi għalih ilu jitgawda mir-residenti mis-6 ta’ Ottubru. Dan il-Gvern qiegħed iwettaq proġett ta’ installazzjoni ta’ 110 lift fi blokok ta’ housing soċjali filwaqt li qiegħed ukoll jinstalla l-lifts bħala parti mill-iskemi li toffri l-Awtorità tad-Djar. B’din il-ħidma hija investiment fil-kwalità tal-ħajja tar-residenti.
Il-Mosta — Skola Primarja A u B - Tfal assenti mingħajr raġuni
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17071 u 16918 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi u jgħid kemm kien hemm tfal li assentaw ruħhom mingħajr raġuni fl-Iskola Primarja A u B tal-Mosta bejn l-2017 u 2019?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li n-numru ta’ tfal li assentaw ruħhom mingħajr raġuni valida għal aktar minn 3 ijiem fix-xahar fl-Iskola Primarja A u B tal-Mosta fis-snin skolastiċi 2016-2017, 2017-2018 u 2018-2019 huwa kif ġej:
Sena skolastikaMosta Primarja AMosta Primarja B
2016 - 201725 student51 student
2017 – 201849 student26 student
2018 - 201913-il student 10 studenti
Għalkemm l-interpellanza talbet informazzjoni dwar assenteiżmu fi snin qabel il-pandemija, irrid inkompli nħeġġeġ lil dawk il-ġenituri kollha li mhux qed jibagħtu t-tfal l-iskola għal raġunijiet li m'humiex dawk ta’ vulnerabbilità tal-istudent jew għixien f'kuntest ta' vulnerabbilità biex jibagħtu t-tfal tagħhom l-iskola għaliex hu fil-klassi li student jieħu l-aqwa edukazzjoni.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17075, 15759, 14792 u 14248 u jgħid x'nefqa saret għall-komunikazzjoni lill-media u reklamar, press conferences, u fuq facebook mill-2017 ’l hawn?