Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mental Health Community Services

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk bħalissa hemmx persuni fil-lista ta’ stennija biex jiġu megħjuna minn psikologu jew assistent psikologu fil-Mental Health Community Services? Ġeneralment dawn il-persuni kemm idumu jistennew sabiex jiġu moqdija minn dawn il-professjonisti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 16665.

Mezzi ta’ Trasport elettriċi, pubbliċi jew privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm mezzi ta' trasport elettriċi, pubbliċi jew privati, li jiċċirkolaw fit-toroq Maltin sal-jum li fih tiġi mwieġba din id-domanda? Peress li dawn il-mezzi jaħdmu b'mod silenzjuż, jista' jgħid xi prekawzjonijiet ħa jew qed jieħu biex dawn il-mezzi ta' trasport ma jkunux ta' xkiel jew periklu għall-persuni neqsin mid-dawl mexjin fit-triq minħabba li kif inhu ovvju ma jistgħux jisimgħu l-ħoss tagħhom?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Malta Business Disability Forum

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'ħidma wettaq u x'riżultati kiseb il-Malta Business Disability Forum tul is-sena li ilu mwaqqaf?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’Ġunju 2019, il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità ħadet l-inizjattiva li tavviċina lill-komunità kummerċjali bil-għan li titwaqqaf pjattaforma li tqarreb u tinforma lil din il-komunità dwar il-ħtiġijiet ta’ persuni b’diżabilità b’mod strutturat. Dan wassal biex fit-18 ta’ Diċembru 2019, ġie ffirmat Memorandum of Understanding li waqqaf il-Malta Business Disability Forum. Bħalissa l-membri tal-forum huma l-Kummissjoni stess flimkien mal-Malta Chamber of Commerce, Enterprise and Industry; il-Malta Employers’ Association, il-Malta Chamber of SMEs, il-Malta Federation Organization of Persons with Disability, il-Fakultà għall-Benesseri Soċjali tal-Università ta’ Malta, l-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali, il-Kamra tan-Negozju ta’ Għawdex u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Tajjeb li wieħed jiftakar li dan il-forum huwa purament konsultattiv u ma għandu l-ebda rwol jew poteri eżekuttivi. S’issa, l-forum iddiskuta żewġ rapporti tal-Kummissjoni li jinvestigaw l-aċċessibilità ta’ negozji f’ċertu toroq fil-Belt Valletta, il-Gżira u tas-Sliema. Barra minn hekk, il-Forum ħadem fuq it-tfassil ta’ miżura mħabbra fil-Budget 2019 dwar għajnuna lil negozji li jħaddmu persuni b’diżabilità biex jgħinuhom jintegraw fuq il-post tax-xogħol. Dwar dan, saru numru ta’ laqgħat mal-Malta Enterprise. Fl-aħħar xhur il-Forum ma ltaqgħax b’mod fiżiku minħabba l-Pandemija, iżda nġabret ir-reazzjoni tal-membri għal studju importanti li qed isir mis-CRPD dwar il-persuni b’dizabilita u d-dinja tax-xogħol. Il-pass li jmiss b’rabta ma’ dan l-istudju huwa li l-Forum jitlaqqa’ fil-bidu tas-sena d-dieħla, dejjem jekk tippermetti is-sitwazzjoni, sabiex issir diskussjoni dwar kif ir-riżultati tal-istudju, li jinkludu linji gwida għal min iħaddem, jilħqu lill-komunità kummerċjali bl-aħjar mod bit-tir li jtejjbu b’mod tanġibbli l-ħajja tal-persuni b’diżabilità li qegħdin fid-dinja tax-xogħol jew jaspiraw li jidħlu fiha. Matul din is-sena l-Kummissjoni ħadmet fuq kunċett ġdid dwar intrapriżi soċjali, li ser tkun qed tippreżentah lill-Forum għad-diskussjoni u l-kunsiderazzjoni tiegħu.

Persuni neqsin mid-dawl

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn persuni neqsin mid-dawl f'Malta sal-jum li fih titwieġeb din id-domanda? Tista' tispjega kemm minn dawn huma totalment neqsin mid-dawl u kemm minn dawn huma parzjalment neqsin mid-dawl? Tista' tgħid kemm minn dawn il-persuni huma taħt l-età u kemm minnhom huma anzjani? Tista' tgħid ukoll kemm minn dawn il-persuni huma ta' sess maskili u kemm minnhom huma ta' sess femminili? Tista' tagħti rendikont lokalità b'lokalità f'Malta u Għawdex kemm hemm persuni neqsin mid-dawl?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità hemm 1,635 persuna reġistrati li għandhom nuqqas ta’ vista. Dawn ivarjaw minn nuqqas totali ta’ vista għal nuqqas parzjali. Din id-distinzjoni ma tinżamx fir-rekords tal-Kummissjoni peress li m’hijiex meħtieġa għall-finijiet tar-reġistrazzjoni magħha. Aktar informazzjoni tinstab fit-tabella ta’ hawn taħt; Numru ta’ persuni neqsin mid-dawl reġistrati mal-Kummissjoni għad-Drittijie t ta’ Persuni b’Diżabilit à Irġiel 743 Nisa 892 X 0 Taħt it-18-il sena 73 Anzjani 1,051 Malta 1,485 Għawdex 150 Total 1,635

Servizzi Edukattivi li tfal neqsin mid-dawl

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'servizzi edukattivi jingħataw f'Malta lil tfal u studenti neqsin mid-dawl? Tista' tgħid ukoll kemm hawn għalliema jew professjonisti oħra fis-settur edukattiv li qed joffru dawn is-servizzi? Tista' tgħid ukoll kemm fil-mument li qed titwieġeb din id-domanda hemm tfal jew studenti li qed jirċievu kull wieħed minn dawn is-servizzi?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Niltob lill-Onorevoli Interpellant sabiex biex jindirizza l-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Għajnsielem — Learning Hub

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'servizzi qed jiġu offruti fil-preżent mil-Learning Hub ġewwa Għajnsielem Għawdex? Tista' l-Ministru tispjega wkoll kemm persuni ħadu jew qed jieħdu kull wieħed minn dawn is-servizzi tul is-snin 2019 u 2020? Jista' jispjega wkoll liema Ministeri jew dipartimenti jew entitajiet oħra li ma jaqgħux taħtu qed jużaw jew inkella qed joffru servizzi mil-Learning Hub?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Aġenzija Sapport għandha Ċentru ta’ Matul il-Jum għal persuni b’diżabilità bbażat fl-Għajnsielem Learning Hub, f’Għawdex. Matul is-sena 2019 kien hemm 13 persuna b’diżabilità reġistrata f’dan iċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum u 17 fl-2020. Dan minbarra 184 persuna oħra li bbenefikaw minn applikazzjonijiet għal skemi minn Jannar 2020 sad-data ta’ din it-tweġiba u persuni oħra li bbenefikaw minn għajnuna u gwida dwar servizzi oħra li toffri Aġenzija Sapport kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex peress li dan l-uffiċċju jservi wkoll bħala bażi għas-servizzi tal-Aġenzija u fejn l-Għawdxin jistgħu jirreferu għal servizzi u skemi ta’ Aġenzija Sapport. Għal informazzjoni dwar servizzi oħra mogħtija minn Ministeri u dipartimenti jew entitajiet oħra, nitlob lill-Onor Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Għajnsielem – Learning Hub

Question

Tista' l-Ministru tgħid fejn wasal il-proġett imħabbar fl-2017 mill-Gvern fejn il-Learning Hub ġewwa Għajnsielem Għawdex kellu jiġi estiż biex ikun hemm aktar spazju għas-servizzi offruti minn dak il-post? Tista' tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li permezz tiegħu l-Gvern kera l-binja tal-Learning Hub?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-twegiba se tinghata f’xi seduta ohra.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuna marbuta ma’ siġġu

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17653, jista’ l-Ministru jgħid min kien l-uffiċjal tal-ħabs li ta l-ordni 'sabiex prigunier jinżamm fuq siġġu għal kwarta’ u b’liema mod ingħatat din l-ordni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba parlamentari 17653.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuna marbuta ma’ siġġu

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17653, jista’ l-Ministru jagħti d-data u l-ħin eżatt meta seħħ dan 'iż-żamm' ta’ priġunier ma’ siġġu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba parlamentari 17653.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuna marbuta ma’ siġġu

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17653, jista’ l-Ministru jispeċifika jekk il-persuna miżmuma ma’ siġġu għal kwarta effettivament kenitx marbuta mal-istess siġġu? Jekk kienet marbuta, jista’ jagħti dettalji eżatt kif u biex kienet marbuta u jekk ma kenitx marbuta, kif inżammet mas-siġġu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba parlamentari 17653.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuna marbuta ma’ siġġu

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17653, jista’ l-Ministru jgħid f’liema kamra jew ċella kien dan is-siġġu li miegħu 'nżamm' priġunier għall-kwarta?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba parlamentari 17653.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuna marbuta ma’ siġġu

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17653, jista’ l-Ministru jgħid jekk waqt li l-persuna kienet qed 'tinżamm' ma’ siġġu fil-ħabs kienx hemm tabib preżenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba parlamentari 17653.
Leg 13 PQ #17778 Sitting 410 2020-12-14 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ħaż-Żebbuġ – Skola Thi Lakin

Question

Peress li l-iskola Thi Lakin li tinsab f’Ħaż-Żebbuġ se tagħlaq ħesrem, tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx xi soluzzjoni għal skola oħra bħal ri-allokazzjoni f’post ġdid jew ideat oħra biex studenti li se jiġu affetwati u l-familji tagħhom, ikollhom is-serħan tal-moħħ?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ġenituri tal-istudenti li kienu jattendu t-Thi Lakin huma mħeġġa li jirreġistraw lil uliedhom fl-iskejjel tal-istat tal-Kulleġġ tal-lokal tagħhom. Madanakollu, il-Ministeru qiegħed f’kuntatt biex jassisti b’kull mod possibbli.

Ministeru għall-Akkomdazzjoni Soċjali — Ħaddiema infettati bil-Covid-19

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16845, jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema ħarġu bil-kwarantina minħabba dawn il-każijiet tal-ħaddiema infettati bil-COVID-19?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat illi minħabba l-każijiet li ġew imsemmija fil-Mistoqsija Parlamentari 16845, kien hemm 5 persuni li ħarġu fuq kwarantina.

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — ħaddiema li ħarġu bil-kwarantina

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16848, jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom kienu ħaddiema mill-Ministeru u kemm kienu mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mistoqsija parlamentari bin-numru 16848, titlob tagħrif dwar ħaddiema tas-settur pubbliku u għaldaqstant ħaddiema tal-entitajiet.
Leg 13 PQ #17103 Sitting 409 2020-12-09 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ministeru għall-Edukazzjoni — Ħaddiema li ħarġu bil-kwarantina

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16849, tista' l-Ministru tgħid kemm minnhom kienu ħaddiema mill-Ministeru u kemm kienu mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

B’referenza għall-figura li tajna bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16849, ngħarraf lill-Onor. interpellanta li ma kien hemm ħadd mill-Ministeru, imma kollha kienu mill-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru.

Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — Ħaddiema li ħarġu bil-kwarantina

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16850, jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom kienu ħaddiema mill-Ministeru u kemm kienu mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru?

Response (DALLI, MIRIAM)

B’referenza għall-figuri li ġew mogħtija fir-risposta għall-mistoqsija Parlamentari 16850, ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm ħadd mill-Ministeru, iżda kollha kienu mill-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru.
Leg 13 PQ #17105 Sitting 409 2020-12-09 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħaddiema li ħarġu bil-kwarantina

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16847, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm minnhom kienu ħaddiema mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u kemm kienu mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru?

Response (ABELA, ROBERT)

B’referenza għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 16847, ninsab nfurmat li l-ħaddiema msemmija kienu mill-entitajiet li jagħmlu parti mis-settur pubbliku fid-dekasteru tal-Prim Ministru.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — Ħaddiema li ħarġu bi kwarantina

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16851, jista' l-Ministru jgħid jekk il-każijiet kienux direttament fil-Ministeru jew entitajiet oħra bħal Ambaxxati?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi għat-tweġiba PQ 17041