Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva — Bordijiet - attendenza ta' membri

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħu matul din il-leġiżlatura?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Transport Malta – rapporti fuq karozzi li jdaħħnu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti fuq l-sms alert ta' Transport Malta fejn wieħed jista’ jinforma lill-Awtorità dwar karozzi li jdaħħnu, matul l-2019 u l-2020? Jista' jgħid kemm-il karozza ttellgħet għal test kaġun ta' dawn l-sms alerts mill-pubbliku? Jista' jgħid kemm-il karozza ġiet iċċertifikata li ma laħqitx il-livelli stabbiliti wara li saru dawn it-testijiet?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt; 2019 2020 (till 3rd Quarter) Reported Vehicles 402 256 Vehicles called for Inspection 397 230 Failed Test 38 25 No Show 197 151 Additional Information: - Discrepancy between reported vehicles and vehicles called an inspection is due because, from date of report till date of appointment, vehicle was officially declared as garaged ( license & plates returned to TM ) or officially scrapped. Vehicles that have been garaged, will be due for an inspection prior de-garaging. - A 'Stop License' restriction is imposed for all vehicles that failed and/or ignored appointment for inspection ( no show ). Hence license will not be renewed prior a passed result is obtained.

Iż-Żejtun – Librerija Pubblika — Kotba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba jew ingħataw b’donazzjoni lil-librerija pubblika taż-Żejtun tul din is-sena? Jista’ jgħid kemm ġew mislufa kotba?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi il-librerija taż-Żejtun akkwistat 285 ktieb din is-sena f’xiri u donazzjonijiet. 852 ktieb ġew mislufa minn din il-librerija.
Leg 13 PQ #17564 Sitting 410 2020-12-14 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuni li rriżenjaw, irtiraw jew tkeċċew mis-Servizz Pubbliku

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm persuni rriżenjaw, irtiraw jew tkeċċew mis-Servizz Pubbliku tul din is-sena sal-aħħar ta’ Novembru 2020?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li bejn Jannar sal-aħħar ta’ Novembru 2020, 310 rriżenjaw, 346 irtiraw u 7 tkeċċew mis-Servizz Pubbliku.

Korp Diplomatiku – persuni li rtiraw u li rriżenjaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni fil-Korp Diplomatiku ta’ pajjiżna tul din is-sena 2020? Jista’ jgħid kemm irtiraw u kemm irriżenjaw minnhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat illi, fil-Korp Diplomatiku hemm 122 persuna. Matul is-sena 2020 irriżenjaw 2 mill-Korp Diplomatiku u l-ebda uffiċjal ma rtira.

Ħal Għaxaq – Librerija Pubblika — Kotba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba jew ingħataw b’donazzjoni lil-librerija pubblika ta’ Ħal Għaxaq tul din is-sena? Jista’ jgħid kemm ġew mislufa kotba?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi il-librerija ta’ Ħal Għaxaq akkwistat 468 ktieb din is-sena f’xiri u donazzjonijiet. 1,893 ktieb ġew mislufa minn din il-librerija.
Leg 13 PQ #17567 Sitting 410 2020-12-14 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Raħal Ġdid – Skejjel Primarji – studenti reġistrati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti reġistrati fl-Iskejjel Primarji f’Raħal Ġdid għas-sena akkademika 2020/2021 u kemm kien hemm għalliema fl-istess skola?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li fl-iskola primarja ta’ Raħal Ġdid hemm 28 Għalliem u 12-il Kindergarten Educator. In-numru ta’ studenti huwa 320 fil-Primarja u 118 fil-Kinder.

Rifużjoni fuq il-VAT

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta’ flus li kellhom jiġu mħallsa lura f’rifużjoni fuq il-VAT sal-aħħar ta’ Settembru 2020 u kemm tħallsu sal-aħħar ta’ Novembru 2020?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li minn Jannar 2020 sa Settembru 2020 saru Ewro 250,997,179.07 f’talbiet għal rifuzjoni fuq il-VAT, li minnhom tħallsu Ewro 204,314,672.83 sa l-aħħar ta’ Novembru 2020. L-ammont f’talbiet mhux imħallsa jirrizulta minn talbiet li għadhom ma mmaturawx, kif ukoll talbiet mizmuma għal diversi raġunijiet, bħal ordnijiet ta’ ffrizar u mandati kawtelatorji tal-qorti, nuqqas ta’ sottomissjoni fil-ħin ta’ denunzji dwar taxxa, talbiet pendenti għal korrezzjoni ta’ denunzji jew oġġezzjoni għal stimi, investigazzjoni jew verifika ta’ talbiet għal rifuzjoni, nuqqas ta’ dettalji provduti dwar kontijiet bankarji fejn isir ħlas ta’ rifuzjoni, u talbiet li ma jeċċedux l-ammont minimu ta’ rifuzjoni. It-talbiet għal rifuzjoni fil-perjodu msemmi, kif ukoll il-ħlasijiet rilevanti, saru fil-kuntest tal-ambjent diffiċli għan-negozju u għad-dħul tal-Gvern, kawza tal-pandemija COVID-19.

Qtugħ tal-provvista tal-elettriku — Interconnector – load f’megawatt fit-28 ta’ Novembru 2020

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'kien il-load f'megawatt fuq l-interconnector fil-mument li nqata' d-dawl nhar is-Sibt 28 ta' Novembru 2020?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li nhar is-Sibt 28 ta’ Novembru 2020, fil-mument li nqata’ d-dawl il-load fuq l-interconnector kien ta’ 184 megawatt.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Tfal taħt care order

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17073 u 15718 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 14795, jista’ l-Ministru issa jagħti risposta dwar in-numru ta’ tfal taħt care order f’dawn l-aħħar ħames snin?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, d-Direttorat għall-Ħarsien tat-Tfal jgħarraf illi ħarġu 142 Ordinijet ta’ Ħarsien. Hu indikat illi mill-1 ta’ Lulju 2020 ħareġ biss Ordni wieħed ta’ Ħarsien, biss kien hemm sitt (6) applikazzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Minorenni. Erbgħa (4) minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġu taħt il-proviżżjonijiet tal-Ordni ta’ Emerġenza.

Air Malta — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti tal-Air Malta? Kif inħatru? X’inhi r-remunerazzjoni tagħhom?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

MTA — konsulenti

Question

Jista’ jgħid min huma l-konsulenti tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA)? Kif inħatru? X’inhi r-remunerazzjoni tagħhom?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa l-Awtorità’ Maltija għat-Turiżmu qed tingħata konsulenza mingħand 11-il individwu/kumpanija. Dawn il-konsulenzi huma fuq diversi aspetti turistiċi fosthom opportunitajiet kummerċjali u żviluppi ta’ swieq turistiċi ġodda; u għajnuna fl-implimentazzjoni ta’ policies fost l-oħrajn. Il-ħlas totali tagħhom għal din is-sena, s’issa jammonta għal €278,028.

Anzjani/Persons of Trust 'il fuq minn 65 sena li għadhom jaħdmu

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni ta’ 'l fuq minn 65 sena li għadhom jaħdmu jew qegħdin fuq il-payroll tal-Gvern jew persons of trust fil-Ministeru jew Dipartimenti li jaqgħu taħtu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-entitajiet u d-dipartimenti fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa hemm 88 impjegat li għandu/għandha ‘l fuq minn 65 sena u li għadhom jaħdmu. Minn dawn hemm 57 li huma nursing staff u 18 professjonisti Mediċi.

Organizzazzjonijiet volontarji għas-saħħa – għajnuna finanzjarja

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17333, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm qed jingħataw għajnuna finanzjarja l-organizzazzjonijiet volontarji, jew NGOs, fil-qasam għas-saħħa fir-rigward ta’ kundizzjonijiet ta’ Fibromyalgia, ADHD, Parkinsons, Crohns Disease fost oħrajn?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Intepellant illi matul l-2019 ingħataw Ewro 1,596,591.86 f’għajnuna finanzjarja lill-diversi organizzazzjonijiet volontarji, jew NGOs. Dawn rendew lura diversi servizzi fostom korsijiet ta’ taħriġ fl-ewwel għajnuna, sapport u servizzi varji lill-pazjenti tagħna bħal akkomodazzjoni lill-pazjenti maltin li jkunu marru għal kura barra mill-pajji¿, akkomodazzjoni lill-pazjenti bi problemi ta’ saħħa mentali f’hostels, servizzi komunitarji lill-pazjenti bi problemi ta’ saħħa mentali, servizzi oħra li jingħataw lill dawk il-pazjenti li jkunu fl-isptar Mater dei, kif ukoll diversi servizzi u għajnuna lill-pazjenti li jkollhom il-marda tal-kanċer.

L-itwal kawża fil-Qorti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilha l-itwal kawża ġewwa l-Qorti? Meta nfetħet u għaliex qed iddum daqshekk?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li l-itwal kawża li ilha pendenti ġewwa l-Qorti, hija l-kawża bin-numru 14/1973 fl-ismijiet Angelo sive George Grech vs Joseph Grech et ipprezentata fil-9 ta’ Marzu 1973 quddiem il-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) fil-kompetenza superjuri tagħha u li għadha qed tinstema’ u qed tkun differita minħabba probabbli transazzjoni.
Leg 13 PQ #17619 Sitting 410 2020-12-14 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

PBS – Chairman u CEO – nefqa fuq hospitality u restaurants

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ kemm nefqu f’hospitality u f’restaurants iċ-Chairman u s-CEO tal-PBS sena b’sena mill-2015 sal-lum?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #17620 Sitting 410 2020-12-14 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

PBS – Chairman u CEO – nefqa fuq safar u lukandi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ kemm nefqu f’safar u lukandi ċ-Chairman u s-CEO tal-PBS sena b’sena mill-2015 sal-lum?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Tobba li huma impjegati mal-gvern – leave sfurzat

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma lill-Kamra jekk tobba li huma impjegati mal-gvern hux qed ikunu imġiegħla jieħdu l-Vacation Leave tagħhom għax ġew infurmati li dan il-leave mhux ser jiġġedded jew jiġi carried over? Jekk ġara hekk, jista’ jinforma kemm ġew posposti visti ta’ pazjenti li l-appuntament tagħhom ġie skedat għall-ġurnata oħra kaġun tal-leave sfurzat tat-tobba?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġie maqbul mal-Union tat-tobba u ngħatat konċessjoni biex il-leave li ma ttieħidx din is-sena jiġi mġedded fuq perjodu ppjanat ta’ sentejn.
Leg 13 PQ #17631 Sitting 410 2020-12-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Ħaddiema fiċ-Ċivil li ngħataw il-promozzjoni ta’ Gardener

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema fis-Servizz Pubbliku li ngħataw il-promozzjoni ta' Gardener, kif ukoll kemm ġew impjegati minn barra s-Servizz Pubbliku ħaddiema fil-grad ta' Gardener għal mal-Ministeru għal Għawdex sena b'sena u xahar b'xahar mit-8 ta' Marzu 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid fil-ġimgħat li ġejjin skont il-Capacity Building approvat għas-sena 2019, kemm hemm ippjanati li jingħataw promozzjonijiet internament jew li jiddaħħlu ħaddiema minn barra s-Servizz Pubbliku, fil-grad ta' Gardener mal-Ministeru għal Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mit-8 ta’ Marzu 2013 fis-Servizz Pubbliku kien hemm ħaddiem wieħed li ngħata il-promozzjoni ta’ Gardener. Dan seħħ fi Frar tas-sena 2015. Minn naħa l-oħra, kien hemm sitt ħaddiema li ġew impjegti minn barra s-Servizz Pubbliku fl-istess grad. Dawn tal-aħħar ġew ingaġġati bejn Frar 2015 u Frar 2016. F’dawn l-aħħar ġimgħat kien hemm sejħa għal applikazzjonijiet għall-post ta’ Gardener fil-Ministeru għal Għawdex.