Ir-Rabat Għawdex – Kunsill Lokali – miżuri biex titranġa Triq ir-Repubblika ħdejn Pjazza Indipendenza
Question
Jista' l-Ministru, permezz tal-Kunsill Lokali tar-Rabat, Għawdex jieħu miżuri sabiex titranġa Triq ir-Repubblika ħdejn Pjazza Indipendenza u Triq Sir Adrian Dingli peress li l-cubetti tal-porfido li tqiegħdu xi snin ilu jeħtieġ li jinqalgħu u jitqiegħdu mill-ġdid minħabba l-istat ta' dawn it-toroq?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tar-Rabat Għawdex illi l-Kunsill qiegħed f'kuntatt mal-Ministeru għal Għawdex sabiex isiru x-xogħlijiet li hemm bżonn.
Parkeġġi tal-Ministeru għal Għawdex, Triq Marsalforn u parkeġġ ħdejn l-Uffiċċju tal-ARMS – parkeġġi miftuħa
Question
Jista' l-Ministru jagħti struzzjonijiet sabiex il-parkeġġ tal-Ministeru jibqa' miftuħ għall-pubbliku wara l-10 pm speċjalment fil-weekends? Jista' jagħti struzzjonijiet sabiex il-parkeġġ li hemm fi Triq Marsalforn, ir-Rabat fejn hemm l-uffiċċju tal-ARMS jinżamm miftuħ għall-pubbliku wara l-ħinijiet tal-uffiċċju u speċjalment fil-weekends?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-parkeġġ tal-Ministeru huwa miftuħ għall-pubbliku wara 10PM kif ukoll fil-weekends. Rigward il-parkeġġ fejn hemm l-uffiċċju tal-ARMS nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru permezz ta’ Transport Malta jikkonsidra li tnaqqas il-liċenzja ta' karozzi li jaħdmu bl-LPG peress illi dawn għandhom emissjonijiet anqas minn dawk li jaħdmu bil-petrol jew bid-diesel?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li waħda mil-miżuri tal-Budget għas sena d-dieħla u li ġiet approvata hija propju li kull vettura li tiġi konvertita sabiex taħdem bl-Autogas se jkollha l-liċenzja ta’ ċirkolazzjoni mnaqqsa awtomatikament b’10%.
Peress li ntqal li l-qtugħ ta’ dawl nhar is-Sibt 28 ta’ Novembru 2020 kien ġej mill-Interconnector, tista’ l-Ministru tgħid x’użu għandhom il-power station u t-tanker?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bis-saħħa tal-impjanti tal-gass li baqgħu jaħdmu mingħajr problemi, u kif ukoll bis-saħħa tal-operat effettiv tas-sistema ta’ protezzjoni tan-network tad-distrubuzzjoni, ġiet evitata total shutdown. Eżatt wara li ġara l-inċident bdew joperaw numru ta’ magni li fil-ħin tal-inċident kienu standby. Ftit minuti wara ġew sinkronizzati l-magni ta’ ġenerazzjoni kollha li kien hemm bżonn sabiex setgħet terġa tiġi stabbilita l-provista tal-elettriku lill-konsumaturi Maltin u Għawdxin kollha f’ħin qasir.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il sit storiku ġewwa r-Rabat huwa aċċessibbli għall-pubbliku?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Tar-Rabat illi hemm tmien siti storiċi miftuħin għall-pubbliku.
Dawn jaqgħu taħt ir-responsabbilta ta’ Heritage Malta, il-Parroċċa ta’ San Pawl, l-Arkivji Nazzjonali u l-privat.
Dawn is-siti huma:
· Katakombi ta’ San Pawl
· Domvs Romana
· Mużew ta’ Wignacourt
· Katakombi ta’ San Katald
· Casa Bernard
· Kappella Ta’ Xerri
· Kappella Ta’ Qasgħa
· L-Isptar Santu Spirtu
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm repeat offenders fil-Facilità Korrettiva ta’ Kordin mill-2017 sal-lum? Jista’ jgħid kemm hemm priġunieri jiskontaw sentenza fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li r-residenza tagħhom kienet ir-Rabat, Ħaż-Żebbuġ, Ħad-Dingli, l-Imġarr Malta, Baħrija u l-Imtarfa? Jista’ jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol li tħabbar li tlesta f’Ta’ Kandja?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lil-Onor Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq l-mejda tal-kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-akkommodazzjoni soċjali minn resident li joqogħdu r-Rabat, Ħaż-Żebbuġ, Ħad-Dingli, l-Imġarr Malta u l-Imtarfa? Jista’ jgħid kemm għandna djar vojta f'pajjiżna? Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm djar battala u kemm minnhom qegħdin għall-użu ta’ akkommodazzjoni socjali fir-Rabat, Ħaż-Żebbuġ, Ħad-Dingli, Imġarr Malta, Baħrija u Mtarfa?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat illi sal-11 ta’ Diċembru 2020, l-Awtorità tad-Djar għandha 128 applikazzjoni għall-Akkomodazzjoni Soċjali pendenti fil-lokalitajiet imsemmija minnu.
L-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat ukoll li proprjetà battala ma hemmx.
In-Nadur Għawdex – Daħlet Qorrot u Wied il-Gragel – tender għar-rijabilitazzjoni u tindif
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-applikazzjoni li saret mill-Ministeru għal Għawdex PA/02853/20 li ġiet sottomessa f'April li għadda? Jista' jgħid meta hu ppjanat li Wied ta' Daħlet Qorrot u Wied il-Gragel, ġewwa n-Nadur Għawdex li l-Ministeru akkwista fondi mill-Unjoni Ewropea taħt il-miżura 'M4.4121 - Rehabilitation of Gozo's Valleys to Enhance their rain capturing and soil retention capabilities' ser jiġu rijabilitati u mnaddfa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li rriżulta li l-parti ta’ fejn kien propost l-intervent kienet propjetà ta’ terzi.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – għodda ta’ restraints
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17653, jista’ l-Ministru jgħid kif jinżammu r-records ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fejn intużaw 'għodda ta restraint'?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġejt infurmat li kważi ta’ kuljum ikun hemm madwar 50 priġunier li jittieħdu lejn il-Qorti jew sptarijiet, skont il-ħtieġa, u dawn ikunu ‘restrained’ minħabba raġunijiet ovvji ta’ sigurtà.
Ninsab infurmat ukoll li r-rekords tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin jinżammu skont dak li titlob il-liġi.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – Għodda ta’ restraints
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17653, jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma l-għodda ta’ restraint li jintużaw fil-ħabs?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-għodda ta’ restraint li wieħed isib fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin hija l-istess bħal dik li wieħed isib f’ħabsijiet oħra fl-Ewropa u anke bħalma jużaw forzi dixxiplinati oħra li jkollhom iħabbtu wiċċhom ma’ persuni jew ċirkostanzi li jistgħu jkunu ta’ periklu għas-soċjetà jew għall-istess ħaddiema li jridu jżommu l-ordni.
Kull għodda ta’ restraint hi dik permessa skont il-liġi u tintuża skont l-istess liġi.
Spezzjonijiet fuq vapuri u terminals rigward il-COVID-19
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet fuq il-vapuri li jaqsmu bejn Malta u Għawdex u kif ukoll it-terminals tal-Imġarr u ċ-Ċirkewwa a rigward l-osservanza tad-direttivi maħruġa mill-awtoritajiet kwantu l-COVID-19 u dan sa meta tiġi mwieġba din id-domanda? Jista' jispjega wkoll jekk ingħatawx sanzjonijiet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministru kkonċernat peress li l-uffiċjali li jagħtu ċ-ċitazzjonijiet ma jaqgħux taħt dan il-Ministeru.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — ħaddiema li ħarġu bil-kwarantina
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16852, jista' l-Ministru jgħid jekk il-każijiet kinux direttament fil-Ministeru jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru?
Response (CARUANA, CLYDE)
B’referenza għall-figuri li tajna bi tweġiba għall-PQ 16852, ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-każijiet kienu jaqgħu taħt l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — ħaddiema li ħarġu bil-kwarantina
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16853, jista' l-Ministru jgħid jekk il-każijiet kinux direttament fil-Ministeru jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
B’referenza għall-figuri li tajna bi tweġiba għall-PQ16853, ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li ma kien hemm ħadd mill-Ministeru, imma kollha kienu mill-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — ħaddiema li ħarġu bil-kwarantina
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16854, jista' l-Ministru jgħid jekk il-każijiet kinux direttament fil-Ministeru jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru?
Response (CAMILLERI, BYRON)
B’referenza għall-figuri li tajna bi tweġiba għall-PQ16854, ninforma lill-Onorevoli interpellanta li ma kien hemm ħadd mill-Ministeru, imma kollha kienu mill-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru.
Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — ħaddiema li ħarġu bil-Kwarantina
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16855, jista' l-Ministru jgħid jekk il-każijiet kinux direttament fil-Ministeru jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
B’referenza għall-figuri li tajna bi tweġiba għall-PQ 16855, ninfurma lill-Onorevoli Interpellanta li ma kien hemm ħadd mill-Ministeru, imma kollha kienu mill-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — ħaddiema li ħarġu bil-kwarantina
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16856, jista' l-Ministru jgħid jekk il-każijiet kinux direttament fil-Ministeru jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru?
Response (FARRUGIA, AARON)
> B’referenza għall-figuri li tajna bi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 16856, ninfurma lill-Onorevoli interpellanta li f’dawn il-figuri ma hemm inklu¿ l-ebda ka¿ mill-Ministeru, i¿da biss mill-entitajiet li jaqgħu taħtu.
B’referenza għad-diskors li għamel il-Ministru nhar it-Tnejn 2 ta’ Novembru 2020, fid-diskussjoni tal-Estimi Finanzjarji 2021 fil-Parlament, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk l-“isptar il-ġdid” li kien qed jirreferi għalih, filwaqt li ħadd ma jiċħad l-importanza ta’ aktar faċilitajiet tas-saħħa biex titnaqqas il-pressjoni minn fuq l-Isptar Mater Dei, hux verament sptar ġdid jew hux dar tal-anzjani li se tinbidel f’wards fejn jiġu kkurati pazjenti (speċjalment anzjani) li huma infettati bil-COVID-19? Jista’ jiċċara x’tip ta’ liċenzja nħarġet għal dan l-“isptar” u x’faċilitajiet joffri? Kemm se jieħu pazjenti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Good Samaritan ingħata il-liċenzja bħala Long Term Care Facility. Il-kundizzjonijiet tal-liċenzja jesiġu li jkun hemm nursing u medical staff erbgħa u għoxrin siegħa kuljum kif ukoll l-proċeduri neċessarji sabiex tiġi salvagwardjata s-saħħa tal-pazjenti li jkollhom bżonn kura medika aktar milli jkunu jistaw jingħataw fir-residenza tad-dar tal-anzjani.
Ministeru għar-Riċerka, Innovazjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara Covid-19 — Bordijiet - attendenza ta' membri
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħu matul din il-leġiżlatura?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-bord tal-Malta Council for Science and Technology (MCST) iltaqa’ darbtejn matul din il-leġiżlatura. Infurmat ukoll li darbtejn kien hemm xi membru jew ieħor illi m’attendewx xi laqgħa.