Tista' l-Ministru tippubblika l-kuntratt sħiħ tal-Electrogas, ċjoè l-kuntratt mhux ridott?
Response (DALLI, MIRIAM)
Il-kuntratt li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant kellu aċċess għalih l-Awditur Ġenerali fil-mertu tal-investigazzjoni "An Investigation of matters relating to the contracts awarded to ElectroGas Malta Ltd by EneMalta Corporation', li bħalissa tinsab quddiem il-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi ta' dan il-Parlament.
Electrogas – Kummissarju tal-Pulizija – talba lill-Gvern Amerikan rigward significant corruption ta’ individwi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk u meta l-Kummissarju tal-Pulizija għamel talba lill-Gvern Amerikan biex jingħata l-informazzjoni li d-Dipartiment tal-Istat Amerikan għandu dwar “significant corruption” tal-individwi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament fil-proġett tal-Electrogas li wasslet biex dawn iż-żewġ esponenti tal-Gvern Laburista jiġu mniżżla fi travel ban ix-xahar li għadda? Jekk le, għaliex ma għamilx din it-talba sal-lum?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtoritajiet kompetenti jagħmlu xogħolhom b'mod awtonomu.
Electrogas — Talba lill-Gvern Amerikan rigward significant corruption ta’ individwi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk u meta huwa għamel talba lill-Gvern Amerikan biex jingħata l-informazzjoni li d-Dipartiment tal-Istat Amerikan għandu dwar “significant corruption” tal-individwi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament fil-proġett tal-Electrogas li wasslet biex dawn iż-żewġ esponenti tal-Gvern Laburista jiġu mniżżla fi travel ban ix-xahar li għadda? Jekk le, għaliex ma għamilx din it-talba sal-lum?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li talba saret u r-risposta għadha ma waslitx.
FIAU — Talba lill-Gvern Amerikan rigward significant corruption ta’ individwi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk u meta l-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) għamlet talba lill-Gvern Amerikan biex tingħata l-informazzjoni li d-Dipartiment tal-Istat Amerikan għandu dwar “significant corruption” tal-individwi li d-dettalji dwarhom jingħataw separatament fil-proġett tal-Electrogas li wasslet biex dawn iż-żewġ esponenti tal-Gvern Laburista jiġu mniżżla fi travel ban ix-xahar li għadda? Jekk le, għaliex ma għamilx din it-talba sal-lum?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni dwar talbiet jew skambjar ta' intelligence bejn il-Korp għall-Analisi ta' Informazzjoni Finanzjarja (l-FIAU) u entitajiet oħra hija protetta b’kunfidenzjalita` u tista` biss tiġi mikxufa skont l-artiklu 34 tal-Kap. 373 tal-Liġijiet ta’ Malta (l-Att Kontra Money Laundering).
Raħal Ġdid — Pjazza Antoine de Paule - studju dwar pavimentar
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23493 u ċjoè: Wara t-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23261, jista’ l-Ministru, jgħid min hija l-kumpanija magħżula li ser tistudja l-pavimentar ta’ Pjazza Antoine de Paule? Jista’ jgħid kemm hu maħsub li jdum dan l-istudju u kemm ser jiġi jiswa?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li il-kumpaniji magħżula għall-istudju tal-pavimentar ta’ Pjazza Antoine de Paul huma Terracore Ltd li ser jagħmlu l-istudju fuq it-triq u CTP Consulting Engineers International Ltd li ser jagħmlu r-rapport dwar il-kawżi tal-ħsarat tat-triq, L-ispejjeż huma ta’:
€ 8,418.80 ex VAT u € 4,000 ex VAT rispettivament.
L-istudju ser jieħu madwar tliet ġimgħat u r-rapport ser jieħu madwar erba’ ġimgħat. Fix-xahar ta’ Diċembru kien deċiż li ma jsirx l-istudju biex ma jkunx hemm disturbazzjoni fil-pjazza minħabba l-attivitajiet soċjali u kummerċjali relatati mal-Milied. L-istudju ser jibda hekk kif ikunu disponibli uffiċjali tat-Transport Malta li jiggwidaw il-fluss tat-traffiku waqt l-istudju.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra meta tul din is-sena ser isir ix-xogħol ġewwa Triq iż-Żebbuġa kantuniera ma’ Triq San Mark fil-Gudja u ċjoè tal-pavimentar tagħha?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtieġa lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’passi qed jittieħdu sabiex jiġi regolat l-inkonvenjent li qed jgħaddu minnu diversi residenti fil-Gudja minn ipparkjar ta’ vetturi ta’ terzi li jsiefru u jħallu l-istess hemm għall-ġimgħat sħaħ?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li qed jaħdem sabiex dan l-inkonvenjent jiġi regolarizzat permezz ta' bye law.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’passi qed jittieħdu sabiex jiġi regolat l-inkonvenjent li qed jgħaddu minnu diversi residenti fil-Gudja minn ipparkjar ta’ vetturi ta’ terzi li jsiefru u jħallu l-istess hemm għall-ġimgħat sħaħ?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill Onor. Interpellant li ninsab infurmat li qegħdin isiru diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali dwar Bye-Law proposta mill-istess Kunsill Lokali.
Dawn id-diskussjonijiet mistennija jkomplu fil-ġimgħat li ġejjin sabiex tkun tista’ tittieħed deċiżjoni finali.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’studji saru fl-aħħar sentejn dwar il-problema dejjem akuta tat-traffiku li jgħaddi minn ġewwa l-Fgura? Jista’ jindika wkoll x’miżuri huma previsti sabiex il-volum jonqos ferm iktar milli huwa llum?
Response (BORG, IAN)
Matul din il-Legislatura sar il-Proġett kbir tas-seba’ Flyovers li jmiss u jinkludi ma diversi lokalitajiet minn naħa t’isfel ta’ Malta li żgur għen biex jittaffa traffiku mill-Fgura, kif ħafna nies jafu u jesperjenzaw ta’ kuljum bħalha parti mir-rotta tagħhom. Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra xi studji saru fl-aħħar sentejn dwar il-problema dejjem akuta tat-traffiku li jgħaddi minn ġewwa l-Fgura? Jista’ jindika x’miżuri huma previsti sabiex il-volum jonqos ferm iktar milli huwa llum?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura li għamel survey u qed jagħmel studju dwar slow streets fejn fil-jiem li ġejjin ser jipprezenta pjanti u dokumenti meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’studji saru tul dawn l-aħħar tliet snin dwar il-problema li qed isibu residenti fil-Fgura sabiex isibu post fejn jipparkjaw il-vettura tagħhom? Jista’ jindika x’miżuri ser jittieħdu dwar dan?
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjonijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2020 sa Diċembru 2021, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li jien infurmat li ngħatat donazzjonijiet waħda ta’ €1,000 lill-Fondazzjoni Marigold, fl-2020. Din it-tweġiba diġa’ nagħtat fuq il-mistoqsija parlamentari 19404. Infurmat ukoll li ma nagħtawx kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra mill-kumplament tal-Ministeru tiegħi, entitajiet w aġenziji fid-dekasteru tiegħi.
Ministeru għal Għawdex — kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjonijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2020 sa Diċembru 2021, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li san it-tagħrif se jingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjonijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2020 sa Diċembru 2021, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li fil-perjodu indikat minnha, L-Ministeru tiegħi u l-entitajiet li jaqgħu taħti, ma taw xejn minn dak imsemmi fil-mistoqsija tagħha, jiġifieri “kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali)” lill-ebda waħda mill-entitajiet li staqsiet dwarhom.
Ministeru fl-Uffiċju tal-Prim Ministru — kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjonijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2020 sa Diċembru 2021, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjonijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2020 sa Diċembru 2021, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-Fondazzjoni msemmija ma ngħatat l-ebda kuntratt, direct order, donazzjoni u/jew xi benefiċċju dirett jew indirett fil-perjodu ndikat.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali — kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjonijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2020 sa Diċembru 2021, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li ma nagħtaw l-ebda kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra lill-fondazzjonijiet in kwistjoni mill-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23660 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid, kemm kien il-ħlas li l-Awtorità tal-Artijiet irċeviet għall-encroachment permits, kull sena mill-2013 sal-lum?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-twegiba tinghata f’seduta ohra.
Jista' l-Ministru jispjega għala skont ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23317, jirriżulta illi kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ingħatat sitt direct orders bejn l-2016 u l-2021 għall-konsulenza ekonomika, li tlieta minnhom huma fl-istess ammont ta' € 57,500 (fl-2016, fl-2018 u fl-2019)? Jista' jispjega għala d-Direct Orders Office approva dawn id-direct orders u għala ma nsistiex illi ssir sejħa għall-offerti ġaladarba dawn id-direct orders ingħataw b'mod regulari? X'garanzija għandu l-Ministru li bl-approvazzjoni ta' dawn id-direct orders, l-interessi tal-erarju pubbliku ġew salvagwardjati?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn id-direct orders ġew approvati skond Regolament 103 tal-Liġi Susidjarja 601.03, u skond Procurement Policy Note Nru.32.
Għal kumplament tal-informazzjoni, nitlob lill-Onor. Interpellant jgħamel il-mistoqsija tiegħu lil Ministru konċernat.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4301, jista' l-Ministru jispjega meta bdiet il-konsulenza ta' €4,250 fix-xahar barra l-V.A.T. lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament sabiex jipprovdi "Information Management and data analytics" lill- Awtorità ta' Malta dwar il-Logħob (MGA) u jistax jikkonferma illi din il-konsulenza baqgħet tingħata sal-lum? Kemm-il direct order ingħatat lil dan l-individwu matul is-snin sabiex tkopri l-għoti ta' din il-konsulenza? Fiex tikkonsisti din il-konsulenza u kemm tinvolvi sigħat fix-xahar? Jista' jispjega għala l-MGA qiegħda tiġi ffatturata għal "Research and Consultancy Services" meta oriġinarjament, id-direct order ingħatat għall-"Information Management and Data Analytics"? Jista' jispjega għala l-MGA ma impjegatx lil xi individwu sabiex iwettaq ir-riċerka li qed titwettaq b'din il-konsulenza?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-twegiba tinghata f’seduta ohra.