Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17479, 17403, 16753 u 16635 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim LNG Security of Supply Agreement iffirmat fil-15 ta’ April 2015 mill-individwu u l-kumpanija li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li dan il-kuntratt diġa tpoġġa għad-dispożizzjoni ta’ l-Awditur Ġenerali biex għamel il-verifiki meħtieġa. Minħabba n-natura kunfidenzjali tal-kuntratt iffirmat dan mhux ser jiġi ppreżentat.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17478, 17404, 16754 u 16634 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehimiet iffirmati mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fl-Ażerbaijan?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wieħed mil-ftehimiet ġie ppreżentat diġa nhar is-16 ta' Marzu 2015. Il-ftehim l-ieħor huwa ta' natura kunfidenzjali
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Bordijiet - Attendenza ta' membri
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17510 u jagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħu matul din il-leġiżlatura?
Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — Bordijiet - Attendenza ta' membri
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17511 u jagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħu matul din il-leġiżlatura?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid hux se jsiru lifts fil-blokka tal-flats Ta’ Ċawla, fir-Rabat Għawdex?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat illi fil-blokka tal-flats Ta’ Ċawla, Rabat Għawdex ser jiġu installati żewġ liftijiet li applikaw għalihom ir-residenti taħt l-iskema LFT.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm każijiet pendenti quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku (PSC) mill-2017 sal-lum? Jista’ jgħid kemm kien hemm każijiet li ngħataw deċiżjonijiet mill-PSC mill-2017 sal-lum?
Response (ABELA, ROBERT)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku hija entita Kostituzzjonali indipendenti.
Ninfurma ukoll lill-Onor Interpellant li kull sena din l-Kummissjoni tippubblika rapport annwali li jitpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm mietu nisa bil-kanċer tas-sider mill-2019 sal-lum? Jista’ jgħid kemm kien hemm każijiet ġodda tal-kanċer tas-sider? Jista’ jgħid kemm kien hemm każijiet ġodda ta’ prostata fl-irġiel mill-2019 sal-lum?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2019 kien hemm 79 mara li mietet bil-kanċer tas-sider. Ninfurmah ukoll illi skont rakkomandazzjonijiet internazzjonali, l-istatistika ta’ każi ġodda ta’ kanċer tas-sider kif ukoll tal-prostata għal-2019, il-ġbir ta’ informazzjoni jkun kumplut biss 18-il xahar wara tmien ta’ din is sena biex b’hekk jiġi assigurat illi l-każijiet kollha jiġu notifikati, miġbura attivament, aċċerati, ikkodifikati u analizzati kif rakkomandat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’għajnuna soċjali tingħata lill-persuni li jbatu mill-marda tal-Parkinson’s li għandhom inqas minn 60 sena? Kemm hi l-għajnuna? Kemm persuni jirċievu din l-għajnuna? Xi kriterji jrid jissodisfa min ikun eleġibbli għal din l-għajnuna? Jista’ jgħid x’għajnuna soċjali tingħata lill-persuni li jbatu mill-marda tal-Fibromyalgia li għandhom inqas minn 60 sena? Kemm hi l-għajnuna? Kemm persuni jirċievu din l-għajnuna? Xi kriterji jrid jissodisfa min ikun eleġibbli għal din l-għajnuna?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tinghata f’seduta oħra.
Għawdex – Triq li twassal għall-bajja ta’ Daħlet Qorrot – xogħol
Question
B' referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16337, li ġiet imwieġba fis-6 ta' Ottubru 2020, fejn intqal fit-tweġiba li 'l-Ministeru għal Għawdex ser ikun qed jieħu ħsieb li din it-triq issir' jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub li ser isir ix-xogħol fit-triq li twassal għall-Bajja ta’ Daħlet Qorrot f’Għawdex u preċiżament f’dik il-parti tat-triq fejn qed iċedi? Jista’ jara li dan ix-xogħol isir qabel jiġri xi inċident li jkollu konsegwenzi serji? Jista’ jgħid ukoll mill-aħħar mistoqsijiet li saru diversi xhur ilu dwar din it-triq sal-lum, x’sar mill-Ministeru tiegħu biex din il-problema tiġi indirizzata qabel ikun tard?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ser jsiru x-xogħlijiet neċessarji fiż-żmien li ġej.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema fis-Servizz Pubbliku li ngħataw il-promozzjoni ta' Senior Foreman mal-Ministeru għal Għawdex sena b'sena u xahar b'xahar mit-8 ta' Marzu 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid fil-ġimgħat li ġejjin kemm hemm ippjanati skont il-Capacity Building (HR Plan) approvat għas-sena 2020, li jingħataw promozzjonijiet internament mal-Ministeru għal Għawdex ta' Senior Foreman?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mid-data ndikata kien hemm disa persuni li ngħataw il-promozzjoni ta’ Senior Foreman. Tnejn minnhom ingħataw il-promozzjoni fl-2018, wieħed ingħata l-promozzjoni fl-2019, filwaqt li l-bqija ngħataw il-promozzjoni matul din is-sena. Bħalisssa għaddej proċess ta’ selezzjoni ta’ żewġ sejħiet oħra ta’ Senior Foreman.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17262 u jgħid kemm hi n-nefqa s'issa taħt kull item of expenditure għal din is-sena sew kapitali kif ukoll rikorrenti tal-Ministeru tiegħu? Kemm hu l-ammont kommess għan-nefqa taħt kull item u li s'issa għadu ma tħallasx? Saru xi trasferimenti ta' fondi minn item għal ieħor u jekk iva kemm kien dan l-ammont?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Iż-Żebbuġ – Belveder – Triq Santa Marija – tender għal xogħlijiet
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16591 li ngħatat fl-10 ta' Ottubru 2020 rigward 'ix-xogħlijiet li qed jagħmel il-Kunsill taż-Żebbuġ fil-Belveder li jinsab fi Triq Santa Marija gewwa Marsalforn' fejn intqal fit-tweġiba li 'x-xogħol beda iżda minħabba raġunijiet oħra ta’ urġenza l-kuntrattur ma kompliex ix-xogħol b’mod regolari. Hu ppjanat li x-xogħol se jitkompla fil-ġimgħat li ġejjin' u li 'x-xogħlijiet għandhom jitlestew sal-aħħar ta' Diċembru 2020', jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet oħra ta' emerġenza li l-kuntrattur ma komplix ix-xogħlijiet b'mod regolari? Jista’ jgħid jekk tkomplewx ix-xogħlijiet infrastrutturali f'dawn l-aħħar ġimgħat u x'sar fil-konkret? Jista’ jgħid jekk ix-xogħljiet humiex ħa jitlestew sal-aħħar ta' Diċembru 2020?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-proġett tal-Għar ta' Calypso ġewwa x-Xagħra Għawdex liema għar issa ilu magħluq għall-pubbliku għal diversi snin? Jista’, in vista li żewġ Ministru ta' qablu ddikjaraw kemm-il darba li x-xogħol kien wasal biex jibda u li daqt jerġa’ jinfetaħ, jgħid jekk tħejjewx id-disinni biex tiġi sottomessa applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar? Jekk tlestew id-disinni u saret l-applikazzjoni. jista' jpoġġi n-numru tal-applikazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-disinji għal dan il-proġett tlestew u ġew sottomessi lill-Awtorità tal-Ippjanar biex jiġu evalwati. It-tracking number ta` din l-applikazzjoni huwa 244119.
Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li l-Gvern jerġa’ jintroduċi l-free pass għall-ħaddiema Għawdxin f'Malta issa li l-pajjiż qed jaffaċja mxija ġdida ta' COVID-19? Jista' jgħid ukoll jekk il-Gvern hux lest li jikkonsidraw jintroduċi dan il-pass b'mod permanenti minflok is-sistema fejn il-passiġġier iħallas u mbagħad jitlob ir-rifużjoni?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu Malta jibbenefikaw minn skema ta' sussidju maħruġa mill-Ministeru għal Għawdex li tinkludi l-ħlas tat-traġitt tal-Gozo Channel.
Djar tal-Anzjani Għawdex – staff u anzjani bil-Covid-19
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' persuni li kellhom il-COVID-19 fi Djar tal-Anzjani f'Għawdex u dan sal-jum meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista' jaqsam dawn il-każijiet fi staff u residenti? Jista' jaqsam ukoll dawn il-każijiet f'dawk li kienu jikkonċernaw irġiel u f'kemm kienu jikkonċernaw nisa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Villa San Lawrenz sal-lum kien hemm 7 anzjani li kellhom il-Covid-19, li minnhom 6 kienu nisa u kien hemm raġel wieħed. Kien hemm ukoll żewġ membri tal-istaff li huma nisa li kellhom dan il-virus. Dawn il-persuni kollha fiequ u reġgħu lura lejn Villa San Lawrenz.
Spezzjonijiet fuq vapuri u terminals rigward il-Covid-19
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet fuq il-vapuri li jaqsmu bejn Malta u Għawdex u kif ukoll it-terminals tal-Imġarr u ċ-Ċirkewwa a rigward l-osservanza tad-direttivi maħruġa mill-awtoritajiet kwantu l-COVID-19 u dan sa meta tiġi mwieġba din id-domanda? Jista' jispjega wkoll jekk ingħatawx sanzjonijiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi minn meta l-użu tal-maskri sar obbligatorju u cioe mid-18 ta’ Awwissu 2020 l’hawn, in-numru ta’ spezzjonijiet li saru mill- Uffiċjali tal-Komunita’ u mill-Pulizija, fuq il-vapuri li jaqsmu bejn il-gżejjer u fit-terminals tal-Imġarr / Ċirkewwa biex jigi kkonfermat l-osservanza tad-direttivi fl-istess Avviż, kien ta’ 591 spezzjoni u ngħataw 406 ċitazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern sabiex Għawdex igawdi wkoll mill-proġett ta' Community Policing?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kif ġie ndikat drabi oħra, l-inizjattiva tal-Community Policing se tkun introdotta gradwalment f’diversi lokalitajiet oħra f’Malta kif ukoll ġewwa Għawdex, fejn qed jipproċedi l-istudju meħtieġ biex is-sistema tiġi eventwalment introdotta fl-2021.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 15781, jista' l-Ministru jgħid kemm hawn batching plants f'Malta u Għawdex u fejn jinsabu? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx minnhom li m'għandhomx il-permessi skont il-liġi biex ikunu jistgħu joperaw?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Djar tal-Anzjani – vouchers maħruġa minħabba l-COVID-19
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk residenti fid-Djar tal-Anzjani jew oħrajn fejn tingħata kura u assistenza, irċevewx il-vouchers tal-Gvern maħruġa in relazzjoni mal-imxija tal-COVID-19? Jekk le, jista' jispjega r-raġunijiet u jekk hemmx ħsieb illi dawn il-persuni jirċievu l-vouchers ukoll?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għal Mistoqsija Parlamentari 16064.