Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet tal-ippjanar fl-ODZ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni tal-ippjanar f’Outside Development Zone ġiet deċiża mill-Awtorità tal-Ippjanar fl-2019 u fl-2020? Jista' jgħid ukoll kemm-il applikazzjoni minn dawn ġiet approvata? Jista' jgħid ukoll kemm-il applikazzjoni ġiet approvata minkejja li l-case officer ikun irrakkomanda li tiġi rifjutata?

Response (FARRUGIA, AARON)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi, sena b’sena n-numru ta’ aplikazzjonijiet għall-permessi ta’ żvilupp li ġew deċiżi mill-Awtorità tal-Ippjanar bejn l-1 ta’ Jannar 2019 u l-31 ta’ Diċembu 2020 fuq siti li jinsabu parzjalment jew kompletament barra ż-żona ta’ żvilupp (ODZ). It-tabella tispeċifika ukoll ir-rakkomandazzjoni tad-Direttorat tal-Immaniġjar tal-iżvilupp. Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar dwar applikazzjonijiet għal permess ta’ żvilupp, fejn parti mis-sit jaqa’ barra miż-żona ta’ żvilupp u li ġew approvati jew rifjutati fl-2019 u l-2020 mill-Awtorità tal-Ippjanar.
Leg 13 PQ #17923 Sitting 414 2021-01-12 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati fis-servizz pubbliku minn skala 1 sa 5

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati fis-Servizz Pubbliku minn skala 1 sa 5 u kemm kienu ta' sess femminili mill-2010 ’l hawn, maqsuma sena b'sena?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #17924 Sitting 414 2021-01-12 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bord ta’ entitajiet pubbliċi – persuni appuntati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew appuntati persuni ta' sess femminili fuq il-bord ta' entitatijiet pubbliċi sena b'sena mill-2010 ’l hawn u kemm kien il-perċentwali ta' nisa min-numru totali ta' appuntati?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Uffiċċju tal-Kompetizzjoni – suq ta’ proprjetà

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'passi ħa jew qed jieħu l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni sabiex jassigura li s-suq tas-sensara tal-proprjetà ma jsofriex minn prattiċi li jnaqqsu l-kompetizzjoni?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien infurmat li l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni m’għandu l-ebda tagħrif li hemm xi prattika antikompettitiva li qed tfixxkel il-kompetizzjoni fis-suq imsemmi. B’danakollu, nistiednu biex jgħaddi, jekk għandu, kwalunke informazzjoni mod ieħor lill-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni biex tiġi investigata, kif jixraq.

Avukati tal-Għajnuna Legali — sejħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti sabiex isiru avukati tal-għajnuna legali fl-aħħar sejħa li saret, kemm minnhom intgħażlu u fuq liema kriterji ntgħażlu? Min kienu l-persuni li wettqu l-għażla?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li n-numru t’applikanti għas-sejħa tal-avukati tal-għajnuna legali għall-Malta u s-sejħa għal Għawdex huma kif ġej: Avukati għal għajnuna legali f’MaltaAvukati għajnuna legali f’Għawdex Numru t’applikanti365 Applikazzjonijiet irtirati4- Għaddew l-intervista325 Numru ta’ applikanti magħżula 203 Il-kriterji li bihom l-applikanti ingħataw il-punti kienu dawn li ġejjin u kull kriterju kien maqsuma f’sub-kriterji skont il-minimu u l-massimu tal-marka. Il-kriterji kienu: Legal Aid Experience – years, Legal Aid Knowledge on questions asked, Communication skills, Organisational skills, Team work, Additional qualifications, Aptitude and motivation to work, Work Ethics. Il-Bord tal-għażla, nominat mis-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tal-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza, kien kompost minn: ChairpersonImħallef irtirat tal-Qrati tal-Ġustizzja MembruDirettur għad-Dipartiment tal-Ġustizzja MembruManiġer Anzjan fl-Aġenzija tal-Għajnuna Legali
Leg 13 PQ #17929 Sitting 414 2021-01-12 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

PBS – ħlas għall-footage ta’ programmi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jelenka kemm tħallsu flus mill-Ministri jew MPs fuq in-naħa tal-Gvern għal footage ta' programmi li xxandru minn fuq l-istazzjonijiet televiżivi tal-PBS?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Korp tal-Pulizija – testijiet ta’ droga fuq membri tal-korp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru testijiet fuq membri tal-Korp tal Pulizija sabiex jiġi determinat għamlux użu minn droga jew sustanzi illegali fis-sena 2020? Jista’ jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ pulizija li minn testijiet li saru fuqhom f'dan il-perjodu, irriżulta li għamlu tali użu minn droga jew sustanzi illegali?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li fis-sena 2020 saru żewġ testijiet fuq membri tal-Korp tal-Pulizija biex ikun determinat jekk għamlux użu minn droga jew sustanzi llegali. Każ minnhom irriżulta fil-pożittiv. Il-Kodiċi tal-Etika tal-Korp tal-Pulizija, li kien adottat riċentament, jitkellem ċar dwar in-nuqqas ta’ tolleranza għal użu ta’ sustanzi llegali. Fi żmien li ġej se nkun qed inressaq hawn ukoll emendi leġi¿lattivi li jagħtu iktar saħħa lill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku anke f’każ fejn ikun hemm individwi li jirrifjutaw li jagħmlu t-test.

Forzi Armati ta’ Malta – testijiet ta’ droga fuq membri tal-korp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru testijiet fuq membri tal-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) sabiex jiġi determinat għamlux użu minn droga jew sustanzi illegali fis-sena 2020? Jista’ jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ membri tal-AFM li minn testijiet li saru fuqhom f'dan il-perjodu, irriżulta li għamlu tali użu minn droga jew sustanzi illegali?

Response (CAMILLERI, BYRON)

B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari PQ 17932, l-Onorevoli Interpellant għandu jkun infurmat illi matul is-sena 2020 saru total ta 141 testijiet tad-droga (at random) li ma jinkludux it-testijiet mandatorji li jsiru lill-rekluti, uffiċjali kadetti, kif ukoll lill-membri tar-riżerva li jsiru waqt il-proċess ta’ selezzjoni. Mill-141 test, ġew ikkonfermati 3 każi pożittivi għal xi sustanza llegali. Individwu ieħor irrifjuta li jagħmel it-test u għaldaqstant ġie maħlul mis-servizz b’mod immedjat skont regoli nterni. Wieħed mill-kandidati li applika mas-sejħa li ħarget lejn l-aħħar tas-sena 2020 ġie pożittiv għal sustanza llegali waqt testijiet mediċi ta’ proċedura.

Uffiċjali tal-Ħabs – testijiet ta’ droga fuq membri tal-korp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru testijiet fuq uffiċjali tal-ħabs sabiex jiġi determinat għamlux użu minn droga jew sustanzi illegali fis-sena 2020? Jista’ jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ uffiċjali tal-ħabs li minn testijiet li saru fuqhom f'dan il-perjodu rriżulta li għamlu tali użu minn droga jew sustanzi illegali?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lil Onor Interpellant li fil-ħabs saru 41 test fuq uffiċjali korretivi fl-2020 u tnejn instabu pożittivi għall-kokaina.

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija – Ħaddiema li huma minn skala 6 ’l fuq

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16866, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu fi skala 6 jew aktar 'il fuq skond Appendix 'N' tal-Estimi finanzjarji 2021 (Pg 407)? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #17208 Sitting 413 2021-01-11 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħaddiema li huma minn skala 6 'l fuq

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16865, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu fi skala 6 jew aktar 'il fuq skond Appendix 'N' tal-Estimi finanzjarji 2021 (Pg 407)? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li hemm 138 persuna fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru li huma fi skala 6 jew aktar.Minn dawn 75 huma nisa u 63 irġiel.

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — Ħaddiema li huma minn Skala 6 'l fuq

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16879 u jgħid, fil-mument li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li huma minn skala 6 ’l fuq? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant, li l-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (entita’ li taqa’ taħt il-Ministeru li tiegħu jien responsabbli) għandha 40 -il impjegat fi skala 6 ’l fuq. Minnhom 22 huma nisa’ u 18 huma rġiel.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Ħaddiema li huma minn skala 6 ’l fuq

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16876 u jgħid, fil-mument li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li huma minn skala 6 ’l fuq? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fuq informazzjoni illi ġbarna mill-entitajiet tas-Settur Pubbliku li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, jirri¿ulta li hemm total ta’ mija tlieta u erbgħin (143) b’salarju ekwivalenti minn skala 6 ‘l fuq. Disgħa u tmenin (89) huma rġiel u erbgħa u ħamsin (54) huma nisa.

Pandemija — Nies li qed jonqsu li jmorru jagħmlu check-ups ta’ rutina

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16902, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kie hemm pazjenti affettwati minn dan in-nuqqqas ta' servizz?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn Marzu u l-bidu ta’ Awissu tal-2020 dan is-servizz kien waqaf minħabba l-bidu tal-pandemija tal-Covid-19. Fl-aħħar xhur tas-sena li għaddiet saru sforzi kbar biex minkejja li għadha għaddejja l-pandemija il-figuri għal-iscreening għal-colon u cervix issa huma simili tal-2019 filwaqt li dawk tal-breast screening għadu qed isir l-eżerċizzju tal-catch up.

COVID-19 — Servizz u Sapport għas-Saħħa Mentali tal-Frontliners

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16904, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid filfatt minn Marzu 2020 sal-ġurnata meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm kien hemm frontliners li għamlu użu minn dan is-servizz tas-saħħa mentali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kien hemm 123 il- frontliner li fittex u għamel użu mis-servizzi tas-saħħa mentali offruti mid-Dipartimenti tas-Saħħa. Rigward is-servizz ta’ sapport psikoloġiku u ta’ counselling permezz tal-Employee Support Programme (ESP) nitolbha sabiex tirreferi lill-Ministru kkonċernat.

Paola Hub — spejjeż

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16300, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet l-ispiża li saret fil-Paola Hub, Ċentru tas-Saħħa tul is-sena 2020 u dik prevista għal tul din is-sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul l-2020 l-ispiża Attwali li saret fil-Paola Hub kienet € 3,949,901 filwaqt li dik prevista għal-2021 għandha tkun ta’ madwar €24 miljun.
Leg 13 PQ #17721 Sitting 413 2021-01-11 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ministeru għall-Edukazzjoni — Bordijiet - Attendenza ta' membri

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 17512 u tagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tagħha matul din il-leġiżlatura?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.

Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp — Bordijiet - attendenza ta' membri

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 17513 u tagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tagħha matul din il-leġiżlatura?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #17752 Sitting 413 2021-01-11 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għal Għawdex

Vapur MV Nikolaus – riħa ta’ drenaġġ fis-sala tal-passiġġieri

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għalfejn kien hemm riħa ta’ drenaġġ fis-sala tal-passiġġieri fuq il-vapur tal-Gozo Channel MV Nikolaus nhar it-Tlieta 8 ta’ Diċembru 2020?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija Gozo Channel ma kellha l-ebda rapport fuq ir-riħa ta’ drenaġġ.
Leg 13 PQ #17760 Sitting 413 2021-01-11 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Reklamar għal gżira Għawdxija — nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14027 u jispjega lill-Parlament kemm kienet in-nefqa tiegħu bejn l-2013 u l-2019 sena b’sena biex isir reklamar f’Għawdex bħala destinazzjoni turistika unika u distinta minn Malta? Jista’ jispjega kemm ser tkun din in-nefqa għas-sena 2020 u x’inhuma l-inizjattivi ppjanati?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.