Jista' l-Ministru jgħid kemm ġabar flus l-FIAU mill-1 ta' Jannar 2019 sal-lum minn multi amministrattivi?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-FIAU irċieva Euro 1,364,928 minn multi amministrattivi fil-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2019 u l-14 ta' Diċembru 2020. Dan l-ammont ma jinkludix multi li għadhom taħt appell.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda ta’ ħlasijiet li saru lil kull credit rating agency li tagħti rating lil Malta, aġenzija b’aġenzija u sena b’sena minn Marzu 2013 sad-data ta’ din il-mistoqsija?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-kamra.
Kunsilli Lokali – konċessjoni ta’ spazju fi proprjetà tal-kunsill lokali
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi proċedura għandha tiġi segwita minn Kunsill Lokali meta dan jintalab u jaċċetta li jikkonċedi spazju fi proprjetà tiegħu biex minnu għaqda volontarja toffri servizz lill-pubbliku fuq bażi temporanja bi jew bla ħlas? F'każ li hemm proċedura, jista' jispjega l-bażi legali għal tali proċedura?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm seħħew inċidenti fil-qasam tal-bini jew inkella b'rabta mal-qasam tal-bini mill-bidu tal-leġiżlatura preżenti sal-jum meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid kemm minn dawn l-inċidenti kienu fatali u kemm minnhom ħallew il-persuni involuti b'xi forma ta' diżabiltà? Jista' jgħid ukoll kemm mill-persuni involuti fl-inċidenti kienu Maltin u kemm kienu barranin?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Kummissjoni maħtura minħabba miżuri ta’ sigurtà fil-Qasam tal-Kostruzzjoni
Question
B'referenza għall-inċident ta' Marzu 2020 fejn iġġarrfet residenza u sfortunatament tilfet ħajjitha persuna, jista' l-Prim Ministru jgħid x'kien l-eżitu tal-ħidma tal-kummissjoni maħtura mill-Gvern biex teżamina, u tipproponi miżuri kwantu s-sigurtà fil-qasam tal-kostruzzjoni? Jista' jgħid ukoll x'ser tkun it-triq ’il quddiem?
Response (ABELA, ROBERT)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 14221, li għamel hu stess, inżid li fl-aħħar xhur il-Gvern ħadem fuq strateġija inti¿a biex tkompli ssaħħaħ l-istrutturi regolatorji fis-settur. Għall-aħħar aġġornamenti, nitolbu jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew installati lifts mill-2013 l'hawn sena b'sena, f'liema blokka u l-lokalità, sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-2013 sal-aħħar tas-sena 2020 ġew installati 68 lift fi blokok ta’ housing soċjali fil-Marsa, Isla, Birkirkara, Imtarfa, Pembroke, Naxxar, San Ġwann, Siġġiewi, Imġarr, Ta’ Xbiex, Ħal Qormi, Raħal Ġdid, Ħal Kirkop, Żejtun, Mellieħa, Birgu, Rabat, Tarxien, Żabbar, Santa Luċija, Santa Venera, Żurrieq u l-Belt Valletta.
Akkomodazzjoni soċjali — - Qtugħ ta’ persuni mil-lista ta’ stennija - kriterji
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji li wieħed jinqata’ mil-lista ta' stennija għall-akkomodazzjoni soċjali?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjonijiet jiġu kkanċellati għax ma jkunux konformi mal-kundizzjonijiet indikati hawn taħt:
· Bdil ta’ residenza mingħajr ma nkunu infurmati;
· M’humiex aktar interessati;
· Xtraw proprjetà;
· Ibbenefikaw minn skema ta’ home ownership fosthom Social Loans;
· Jeċċedu d-dħul/assi;
· Mingħajr titlu legali;
· Korrispondenza mhux imwieġba;
· Applikanti naqsu milli jemendaw l-applikazzjoni;
· Applikant ġie nieqes;
· Tibdil fl-istat ċivili;
· Ma jkunux pre¿enti għall-ispezzjoni;
· Applikazzjoni Duplikata;
· Ma jissodisfawx il-kriterja ta’ eliġibbiltà;
· Applikazzjoni ma tindikax id-dħul
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhu l-impenn fil-qasam tal-condominium, sabiex dawn ma jmorrux lura u jibqgħu diċenti?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar tħaddem skema li permezz tagħha u b’kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali, r-residenti jiġu mħeġġa jappuntaw amministratur sabiex jieħu ħsieb il-partijiet komuni.
Permezz ta' din l-iskema l-Awtorità tad-Djar tinċentiva lir-residenti billi twettaq xogħlijiet b'valur ta' €6,000 biex ittejjeb il-partijiet komuni.
L-amministratur imqabbad mir-residenti jingħata ċ-ċifra onorarja ta' €150 fis-sena bħala inċentiv u apprezzament għax-xogħol imwettaq.
Awtorità tad-Djar — Pussess ta’ artijiet mogħtija mill-Joint Office
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar ħaditx u jekk għandix fil-pussess tagħha artijiet mogħtija mill-Joint Office tul is-snin?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar għandha diversi artijiet tal-Joint Office li kienu ġew mgħoddija lilha permezz ta’ Avvi¿ Legali.
Awtorità tad-Djar – inizjattivi ta’ sistema ta’ Housing differenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar tipprovdix inizjattivi simili għal dawk li jagħmlu NGOs li jipprovdu sistema ta' Housing differenti minn dak li aħna tradizzjonalment nirrikonoxxu bħala Housing Soċjali?
Response (GALDES, RODERICK)
Onorevoli Interpellant, dan il-Gvern huwa konxju li uħud mill-persuni vulnerabbli li jeħtieġu għajnuna sabiex ikollhom saqaf fuq rashom għandhom ħtiġijiet uniċi li jmorru oltre milli jingħataw iċ-ċavetta ta’ proprjetà.
Kien għalhekk li fl-2018 is-Segretarjat għall-Akkomodazzjoni Soċjali nieda riċerka estensiva sabiex jiġu identifikati l-ħtiġijiet ta’ dawn il-persuni u jitfassal pjan ta’ azzjoni. Ġie nnutat li persuni vulnerabbli jeħtieġu akkommodazzjoni b’disinn inklussiv li jħares lejn ir-relazzjoni bejn id-dar, l-istat soċjo-ekonomiku tal-persuna jew familja u s-saħħa mentali. Ġie nnutat ukoll l-importanza li l-binja sservi bħala għodda li tiffaċilita l-kuntatt fil-komunità.
Fid-dawl ta’ dawn is-sejbiet kif ukoll konsultazzjoni ma għaqdiet volontarji li jagħtu għajnuna lil dawn il-persuni, fl-2019 ġiet imnedija l-policy bit-titlu Sustainable Communities, Housing for Tomorrow. L-għan ta’ din il-policy huwa li jiġu promossi proġetti ta’ akkomodazzjoni li jikkunsidraw l-aspett funzjonali, ambjentali u soċjali tal-ħajja domestika u l-komunità Maltija. Din il-vi¿joni tpoġġi d-dar fiċ-ċentru tal-ħajja ta’ kuljum.
Ġie ffurmat kumitat apposta fi ħdan l-Awtorita’ tad-Djar sabiex tinħoloq relazzjoni ma’ l-istakeholders ikkonċernati, mal-Kamra tal-Periti u mat-tielet settur. Dan kien pass importanti sabiex il-b¿onnijiet tal-għaqdiet volontarji li jaħdmu f’dan il-qasam jiġu milħuqa anke mill-aspett arkitettoniku.
Darba fis-sena tinħareġ sejħa sabiex għaqdiet interessati jitfgħu l-proposti tagħhom. Il-kumitat ta’ l-i
specialized Housing
jgħarrex il-proposti tal-għaqdiet volontarji fid-dettal sabiex jaċċerta li l-għaqdiet għandhom il-mezzi meħtieġa biex iwettqu l-proġett mixtieq u b’hekk ikun jista jagħ¿el l-aħjar proposti.
· Filfatt, minn mindu tnediet din il-policy, b’investiment ta’ €1.5 miljun ġew allokati sitt proprjetajiet lill-għaqdiet volontarji li jaħdmu f’dan il-qasam filwaqt li ġie ffinanzjat il-bini ta’ proġett ieħor: Dar f’Bormla se tinbidel f’Dar Terry biex ommijiet bi sfidi mentali li jibbenefikaw mill-għajnuna ta’ Richmond Foundation jirċievu l-appoġġ u s-servizzi meħtieġa fil-komunità, mingħajr il-b¿onn li jinfirdu mit-tfal, fl-2020 l-Fondazzjoni Richmond ġiet allokata aktar fondi sabiex tagħmel ukoll estensjoni ta’ dan il-proġett tant b¿onnju¿;
· Dar fil-Birgu se tinbidel f’Dar Bla Ħitan li minnha l-Fondazzjoni mid-Dlam għad-Dawl se toffri ambjent ta’ dar residenzjali u child-friendly lil dawk li jkunu ħarġu mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin b’servizzi speċjalizzati u b’appoġġ li jgħinuhom fl-integrazzjoni lura fis-soċjetà;
· Dar f’San Ġwann se tinbidel f’Dar Qawsalla li minnha l-Fondazzjoni li twaqqfet bil-għan prinċipali li tgħin fir-riabilitazzjoni u ri-integrazzjoni fis-socjetà ta’ persuni
LGBTQI, l-MGRM, se tagħti ċ-ċans lil dawn il-persuni jerġgħu jibnu ċ-ċirku soċjali tagħhom, isibu impjieg jew jitħarrġu fi programmi edukattivi waqt li jaħdmu biex jingħaqdu lura malfamilji tagħhom. L-għan aħħari huwa li jgħixu b’mod indipendenti;
· Dar fil-Belt Valletta se tinbidel f’Y Communal House, li minnha l-Fondazzjoni YMCA Malta se tkun qed tagħti servizz bil-għan prinċipali li tgħin fir-riabilitazzjoni u riintegrazzjoni fissoċjetà individwi u familiji homeless speċjalment dawk ta’ età ’l fuq minn sittin (60) sena. Dan se jsir
peress li dan is-servizz nieqes mit-tielet settur, fejn ħa jkun qed jinkludi ukoll persuni b’di¿abbiltà. YMCA filkors tax-xogħol tagħha identifikat il-b¿onn ta’ proġett għar-riabilitazzjoni fejn dawn il-persuni jkollhom iċċans jerġgħu jibnu ċ-ċirku soċjali tagħhom, isibu
impjieg jew jitħarrġu fi programmi edukattivi;
· Dar f’Birkirkara se tinbidel f’Dar Mixtla li permezz tagħha l-Fondazzjoni Sebħ se tgħin lil ¿għa¿agħ, nisa u wliedhom jintegraw fis-soċjetà. Dawn il-persuni jkunu għaddew minn abbu¿ tà vjolenza domestika u jkunu waslu fl-aħħar proċess tà sapport biex jibdew jgħixu b’mod indipendenti. Fondazzjoni Sebħ fil-kors tax-xogħol tagħha identifikat il-b¿onn ta’ proġett ta’ integrazzjoni fejn dawn il-persuni jkollhom iċ-ċans jerġgħu jibnu ċ-ċirku soċjali tagħhom, isibu impjieg jew jitħarrġu fi programmi edukattivi;
· Art fin-Naxxar propjetà tal-Caritas, permezz ta’ dawn il-fondi allokati mill-Awtorità tad-Djar se tkun tistà tinbena bil-għan li tintu¿a bħala half-way house għall-persuni li kellhom problemi ta’ droga.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex skont l-Estimi Supplimentari għas-sena 2020 fil-vot 6794 intefqu €21 miljun iżjed milli kien previst? Jista' jagħti dettalji eżatti fiex intefqu dawn il-€21 miljun iżjed mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, matul is-sena 2020?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-somma addizzjonali ta’ €21 miljun, li qed jirreferi għaliha, kienet intalbet bil-għan li l-Ministeru jkun jista’ jimitiga bl-aħjar mod iċ-ċirkostanzi bla preċedent li żviluppaw fuq l-industrija turistika kollha kemm hi b’riżultat tal-pandemija tal-COVID-19.
Minkejja dan, grazzi għall-għaqal fit-tmexxija u anke peress li l-pandemija twalet, u allura saru
savings
oħra minn inizjattivi li ma setgħux jimmaterjalizzaw, il-flus riservati ma kienx hemm bżonn li jiskattaw. Dawn jistgħu jerġgħu jkunu għad-dispożizzjoni tal-Awtorità sabiex jintużaw b’mod effettiv bil-għan li l-industrija tiġi mgħejjuna tqum fuq saqajha kemm jista’ jkun malajr, u biex pajjiżna jkun
marketed
b’mod aggressiv, fi żminijiet aktar opportuni. Infakkar li l-ekonomija nazzjonali tiddependi ħafna fuq din l-industrija, waqt li minnha jaqilgħu l-għajxien tagħhom eluf kbar ta’ familji Maltin u Għawdxin, kemm b’mod dirett kif ukoll indirettament.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – Vot ‘Rent’ — talba għal aktar fondi
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-vot 24 'Rent' taħt il-Ministru għat-Turiżmu għas-sena 2020 kien ta' €242,000 u fil-fatt intalbu €400,000 oħra għal dan il-vot (skont l-Estimi Supplimentari għas-sena 2020)? Jista' jagħti break down fuq xiex tħallas l-ammont ta' €642,000 f'kirjiet mill-Ministeru tiegħu?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-somma addizzjonali ta’ €400,000, li qed jirreferi għaliha, kienet intalbet biex tkopri l-ispejjeż tal-ħlas tal-kera relatata mal-fond tal-Ministeru stess fi Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta. Dan kien neċessarju wara li d-Dipartiment tal-Artijiet ħareġ fattura u dikjarazzjoni b’lura biex ikopri d-drittijiet tal-kera peress li kien għad hemm pendenzi passati li setgħu jiġu pproċessati biss meta l-proċess ġie iffinalizzat.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – Vot ‘Professional Services’ — talba għal aktar fondi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-vot 31 tal-Ministeru tiegħu għal 'Professional Services' kien ta' żewġ miljuni u fil-fatt intalbu €600,000 oħra (skont l-Estimi supplimentari għas-sena 2020)? Jista' jagħti break down fiex intefqu dawn iż-żewġ miljuni u sitt mitt elf euro fi Professional Services u jgħid għal kull min tħallas minn taħt dan il-vot fis-sena 2020, min kien, kemm tħallas b'mod globali matul l-istess sena, u jekk dan ix-xogħol ingħatax wara sejħa għall-offerti jew b'direct order?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-somma addizzjonali ta’ €600,000, li qed jirreferi għaliha, kienet mitluba minħabba li l-ħlasijiet tal-grievances fl-Air Malta, li ammontaw għal madwar €850,000, għaddew kollha minn dan il-vot. Kienet wegħda elettorali minn Gvern Laburista li jissewwew l-inġustizzji u l-vendikazzjonijiet li twettqu minn amministrazzzjonijiet preċedenti anke fil-linja nazzjonali tal-ajru, għax għandu għal qalbu l-ħaddiem Malti u Għawdxi.
Jista' l-Ministru jgħid kif l-allokazzjoni tal-Gvern (vot 6847) għall-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) għas-sena 2020 kien €13.6 miljun u fil-fatt intefqu €28,875,000 - ferm aktar mid-doppju? Jista' jgħid għaliex intalbet din iż-żieda fil-vot kif jirriżulta mill-Estimi Supplimentari għas-sena 2020? Jista' jgħid x'kienu l-ispejjeż extra li għamlet l-MFSA matul is-sena 2020 li ma kinux maħsuba fil-budget kif approvat minn din il-Kamra għas-sena 2020? Jista' jgħid issa kif għas-sena 2021 il-budget approvat għall-MFSA minn naħa tal-Gvern huwa dak ta' €16-il miljun (vot 6847) u ċjoè 12-il miljun inqas minn dak li kellha bżonn l-MFSA mingħand il-Gvern għas-sena 2020? Dan ifisser li l-MFSA ser tnaqqas l-ispiża tagħha u jekk iva kif u minn fejn ser tnaqqas? Jew ifisser li l-MFSA ser iżżid id-dħul tagħha permezz ta' fees ġodda jew żieda fil-fees tagħha? Jekk iva liema fees hu maħsub li jidħlu ġodda u liema fees hu maħsub li jiżdiedu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ispiza rikorrenti tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta fis-sena 2019 kienet ta’ €27.5 miljuni, filwaqt li l-ispiza kapitali fl-istess perjodu kienet ta’ €1.9 miljuni. L-ispiza rikorrenti tal-Awtorità fis-sena 2020 hi stmata li ser tkun €29 miljun, filwaqt li l-ispejjez kapitali jilħqu €1.4 miljuni. Importanti li wieħed jinnota d-distinzjoni bejn is-sussidju tal-Gvern lill-Awtorità, li oriġinarjament kien €13.6 miljun, u n-nefqa totali tal-istess Awtorità. Is-sussidju tal-Gvern jingħata lill-Awtorità biex tkopri d-differenza bejn id-dħul tal-Awtorità u l-istima tan-nefqa totali tal-Awtorità.
L-ispiza rikorrenti għas-sena 2020 tinkludi spejjez straordinarji ta’ €3.9M relatati mas-Satabank minħabba l-fatt li l-Awtorità kienet ingaġġat ‘Persuna Kompetenti’ biex tieħu ħsieb l-operat ta’ dan il-bank, kif kien jirrikjedi li tagħmel. Spejjez addizjonali ta’ €1.72M kienu relatati maz-zieda fir-rizorsi umani u servizzi professjonali relatati ma’ ‘Regulatory support’ u ‘Due Diligence’ hekk kif l-Awtorità kompliet timplimenta l-pjan strateġiku tagħha u l-pjan relatat mal-implimentazzjoni tar-rakomandazzjonijiet tal-Moneyval. Intalbu wkoll €1.4M biex l-Awtorità tirrifondi dħul tar-Registry of Companies (ROC) li baqa’ jidher fuq il-kotba tal-Awtorità għal ftit xhur wara li din ta’ l-aħħar saret il-Malta Business Registry (MBR) u nqatgħet bħala entità għaliha fl-istess sena.
It-talba mill-Awtorità għall-ispejjez rikorrenti fis-sena 2020 kienet ta’ €13.98M, li minnhom ġew approvati €13.6M. Din id-differenza ta’ €380K, flimkien mal-aġġustamenti li kien hemm bzonn kif spjegat hawn fuq, irrizulta fi bzonn ta' fondi addizzjonali ta' €10.52M għall-ispejjez rikorrenti biex ikun jista’ jitmexxa l-operat kollu tal-Awtorità fis-sena 2020.
Wara li kkunsidrat l-andament tal-proġetti u investimenti neċessarji, anki fl-isfond tal-pandemija, l-Awtorità għamlet talba lill-Gvern għall-€3.35M biex tkopri l-spejjez kapitali, biex b’hekk t-talba addizzjonali finali tar-revizjoni tal-estimi għas-sena 2020 telgħet għal €15.275M, li jinkludu wkoll l-ammont dovut mill-Awtorità lill-Malta Business Registry.
Sussegwentament, l-Awtorità rċeviet €7.284M. €4M supplimentari għall-operat dirett u €3.284M biex tkopri l-ispejjez tal-'Persuna Kompetenti' biex tieħu ħsieb l-operat ta' SataBank. Infiq fuq spejjez kapitali għas-sena 2020 fil-biċċa l-kbira tiegħu ġie trasferit għas-sena 2021. Għalhekk, wara din ir-rikonċiljazzjoni, l-Awtorità ziedet ir-reviżjoni tal-estimi għas-sussidju neċessarju għas-sena 2020 minn €13.6M għal €20.88M, b’differenza totali ta' €7.284M li ġejja primarjament mill-infieq straordinarju relatat mal-bank Satabank , u minn nuqqas ta' €4.52M fid-dħul oriġinarjament previst li jiġi ġġenerat fis-sena 2020.
Is-somma ta’ €16-il miljun mhix in-nefqa totali tal-Awtorità, izda s-sussidju approvat mill-Gvern, kif meħtieġ sabiex l-Awtorità topera u timplimenta l-proġetti meħtieġa. Fis-sena 2021, l-ispiza ser tizdied bejn wieħed u ieħor b'€5M meta mqabbla mal-ispiza tas-sena 2020 (minn €29M għal €34M), bl-investiment ippjanat fit-teknoloġija, u minħabba z-zieda fir-rizorsi umani li saret fis-sena 2020 bħala parti mill-pjan strateġiku tal-Awtorità.
It-talba mill-Awtorità li r-rizultat f’€16M approvati mill-Gvern, kienet saret fiz-zmien meta l-Awtorità kienet qiegħda tieħu f’kunsiderazzjoni zieda fid-dħul tagħha minn naħa ta’ revizjoni tal-mizati. Għalkemm sar progress kbir mill-awtoritajiet tas-saħħa fil-ġlieda kontra l-pandemija, l-Awtorità qed timxi b’kawtela fuq l-introduzzjoni ta’ mizati ġodda, hekk kif l-ekonomija tkompli tirpilja. Madanakollu, l-Awtorità għandha obbligu li tkompli tinvesti, u ttejjeb l-mod kif tesegwixxi x-xogħol supervizorju tagħha, kif mistenni minnha, inkluz mill-istituzzjonijiet Ewropej. Jista’ jagħti l-kaz, allura, li matul is-sena 2021, l-Awtorità tagħmel talba lill-Gvern għal fondi supplimentari, biex b’hekk tkun tista tkompli bl-operat tagħha.
Tista’ l-Ministru tgħid mill-2015 s’issa, sena b’sena, kemm-il deċiżjoni regolatorja ħareġ ir-REWS fir-rigward tas-settur tas-servizzi tal-ilma? Kemm minn dawn id-deċiżjonijiet kienu kontestati u f’kull każ, x’kien l-eżitu tal-kontestazzjoni? Tista’ tgħid mill-2015 s’issa kemm-il konsultazzjoni pubblika nħarġet mir-REWS fir-rgiward tas-settur tas-servizzi tal-ilma? F’kull każ, x’kien is-suġġett, meta nħarġet il-konsultazzjoni u jekk din kinitx tittratta dwar xi implimentazzjoni ta’ xi rekwiżit tal-UE u jekk iva, liema?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS), fil-każ tas-settur tal-Ilma, ma kellux deċiżjonijiet regolatorji x'jieħu fl-2015, fl-2016, fl-2017 u fl-2019.
Fl-2018 ir-REWS ħadet deċiżjoni waħda fuq l-istess settur imsemmi rigward “Regolamenti dwar il-Proċeduri għad-Determinazzjoni ta’ Kwistjonijiet” li ma ġietx ikkontestata. Fl-2020 ir-REWS ħadet żewġ deċiżjonijiet oħra; fuq l-ewwel każ ma kien hemm l-ebda kontestazzjoni, waqt li fit-tieni każ il-kontestazzjoni għadha kemm bdiet u għalhekk għadha għaddejja quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva.
Fir-rigward tal-konsultazzjoni pubbliċi tas-settur tal-ilma, ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) ma ħareg l-ebda konsultazzjoni pubblika mill-2015 s’issa.
Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għaliex kien hemm il-ħtieġa li jiġu vvutati 26,980,000 Euro iżjed minn dak approvat fl-estimi għas-sena 2020 taħt il-Vot 7235 "Investment - Equity Acquisition'? Jista' jgħid fiex intefqu s-36,890,000 Euro taħt dan il-Vot u jagħti breakdown ta' kull nefqa li saret taħt dan il-vot?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-somma ta’ €36,980,000 ivvuttata taħt Item 7235 Investment Equity Acquisition permezz ta’ l-Ewwel u t-Tieni Atti ta’ Approprjazzjoni għall-2020 tikkonsisti f’ dan li ġej:-
· €10.0 miljuni għall-Bank Malti għall-I¿vilupp
· €13.02 miljuni għall-IP Holding
· €13.96 miljuni għall-Mekkanizmu Ewropew ta’ Stabbiltà
Fil-kaz tal-Mekkanizmu Ewropew ta’ Stabbilta’, filwaqt li l-ammont kien ġie vvutat oriġinarjament taħt item ieħor, cioe’
Item 5644 EFSF / ESM Credit Line Facility
fil-Vot Rikurrenti tat-
Tezor
, dan l-ammont ġie trasferit għal taħt
Item 7235 Investment Equity Acquisition
sabiex jirrifletti n-natura tan-nefqa b’mod aktar idoneju. Minħabba f’dan, l-ammont oriġinarjament ivvutat taħt
Item 5644 EFSF / ESM Credit Line Facility
allura ser jibqa ma jintefaqx.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – konsulenzi legali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-natura tal-konsulenza legali li ngħatat mill-kumpaniji jew persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament lill-Ministeru tat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur bejn Jannar u Ġunju 2020?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ewwel kumpanija msemmija pprovdiet servizzi legali marbutin ma’ diversi oqsma, fosthom il-Package Travel Regulations, konċessjonijiet, u implikazzjonijiet legali relatati mal-Brexit fost l-oħrajn.
It-tieni kumpanija msemmija pprovdiet servizzi legali relatati mal-avjazzjoni.
L-individwu msemmi pprovda numru ta’ servizzi legali, fosthom marbutin mar-reviżjoni ta’ leġislazzjonijiet u assistenza legali fuq materji relatati ma’
procurement
.
Tajjeb jingħad ukoll li, minkejja li dawn is-servizzi ġew ippubblikati fil-Gażżetta tal-Gvern għal perjodu Jannar sa Ġunju 2020, parti kbira minnhom huma marbuta ma’ servizzi li ingħataw fl-2019, u dan għaliex l-ammonti jiġu ippublikati biss wara li tingħata l-approvazzjoni definittiva mill-Ministeru għall-Finanzi u wara li l-ammont finali jsir magħruf.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17396, jista' l-Ministru, permezz tal-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni jgħid kif stabbilixxa li l-uniformità tal-prezz ipprattikat mill-pompi tad-diesel u tal-LPG għall-karozzi u mill-bejjiegħa ta' ċilindri tal-gass hu r-riżultat ta' conscious parallelism u mhux ta' prattiċi antikompettivi?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġejt infurmat li l-prezzijiet li jinbiegħu mill-pompi tal-karburant u mill-bejjiegħa taċ-ċilindri tal-gass huwa l-istess li jitħabbru mill-kumpaniji ewlenin li jissuplixxu l-prodott partikolari u l-prezzijiet fis-suq jiġu segwiti mill-bejjiegħa il-mument li titħabbar xi bidla fil-prezz minn dawn kumpaniji. Dan ifisser illi l-bejjiegħa tal-pompi tal-karburant jew l-operaturi li jbiegħu ċ-cilindri tal-gass isegwu l-prezzijiet imħabbra u mhux jiftehmu bejniethom il-prezz li jinbiegħ lil-konsumatur.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa sabiex jinvestiga kif fit-2 ta' Jannar 2021 ħadd mill-Forzi Armati ta’ Malta ma rrisponda għas-sejħa ta' għajnuna sabiex jiġu salvati 96 immigrant illegali illi kienu f'periklu fiż-żona ta' tfittix u salvataġġ Maltija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
L-Onorevoli Interpellant qed jagħmel domanda bbażata fuq asserzjonijiet żbaljati.
Pero ma nistax ma ninnotax li għal darba oħra f’isem l-Oppożizzjoni, qed jitlob li jittieħdu passi kontra s-suldati tagħna.
Nittama li mhux tgħaddilu minn rasu li jerġa’ jagħmel xi kwerela kriminali oħra kontra l-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Lill-Onorevoli Interpellant ngħidlu li l-passi li ħadt jien kienu dawk li waslu biex is-suldati llum għandhom kundizzjonijiet ta’ xogħol aħjar.