Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – tender jew direct order lil kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu, tawx tender jew direct order lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Meta ngħataw, ta’ kemm kienu u abbażi ta’ xiex?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jispeċifika t-talba tiegħu.
Ministeru għal Għawdex – tender jew direct order lil kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu, tawx tender jew direct order lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Meta ngħataw, ta’ kemm kienu u abbażi ta’ xiex?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jispeċifika t-talba tiegħu.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm irċeviet vaċċini Malta f’dawn l-aħħar 15-il jum? X’inhu n-numru uffiċjali ta’ Maltin li ħadu l-vaċċin f’dawn l-istess 15-il jum?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sal-bieraħ 17 ta’ Jannar kienu ġew amministrati 11,705 dożi tal-vaċċin tal-Covid. Ninfurmah ukoll illi sal-bieraħ kienu waslu Malta 22,650 doża li kienu biżżejjed biex jitlaqqmu 11,325 ruħ. Matul il-ġurnata tal-lum mistenni li jaslu aktar dożi.
Tender għas-servizz ta’ ġarr tal-passiġġieri bil-baħar bejn il-Belt, Tas-Sliema u t-Three Cities
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17674, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-talba li qed jagħmel referenza għaliha, u ċjoè t-talba li qed jgħid li saret mis-soċjetà Marsamxetto Steamferry Services Ltd u kwalunkwe korrispondenza oħra relatata mas-suġġett? Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-estensjoni li ngħatat inklużi t-termini u kundizzjonijet?
Response (BORG, IAN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li d-dokumentazzjoni minnu mitluba ma jistgħux jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra peress li huwa ta’ natura kummerċjalment sensitiva.
B’referenza għar-rapporti li dehru fil-media rigward l-investimenti li se jsiru fil-Port Ħieles, u partikolarment l-investiment ta’ €13-il miljun fis-ship-to-shore, jista’ l-Ministru jgħid meta dan se jkun komplut u jopera mija fil-mija?
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex isiru l-emendi fil-liġijiet rispettivi, sabiex aħwa mill-istess omm imma b'missier differenti u għalhekk kunjom differenti, bil-ġenituri miżżewġa, tkun tista' tiġi trasferita għalqa/raba’ li tkun bi qbiela tal-privat fuq il-missier filwaqt li oriġinarjament ir-raba’ kien bi qbiela fuq l-antenati min-naħa tal-omm peress li sal-lum it-trasferiment tal-qbiela tal-għalqa/raba’ ġie mċaħħad għaliex ulied l-omm li oriġinarjament il-qbiela kienet fuq in-naħa tal-antenati tagħha ma ġewx rikonoxxuti mis-sidien bħala werrieta għaliex huma ta' kunjom differenti minn tar-raġel li kien żewġ ommhom fit-tieni żwieġ?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet bejn il-Kunsill Lokali tal-Mosta u Transport Malta dwar il-bidla tas-sistema tat-traffiku (one ways etc.) fi Triq il-Kbira, Triq San Silvestru, u toroq fl-inħawi ta' San Pawl tal-Qlejja fil-Mosta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorita’ tat-Trasport li d-diskussjonijiet għadhom għaddejjin u l-uniku tibdiel li sar huwa temporanju minħabba x-xogħoljiet ta’ Infrastucture Malta.
Ta’ Kandja Shooting Range – irregolaritajiet – Awditur Ġenerali
Question
Wara l-konklużjonijiet tar-rapport tal-Awditur Ġenerali li ġie ppubblikat f’Diċembru 2020 u li l-istess konklużjonijiet urew biċ-ċar numru kbir ta’ irregolaritajiet fit-twettiq tal-proġett tas-shooting range f’Ta’ Kandja, tista’ l-Ministru tgħid jekk u min ser ikun qed jerfa’ r-responsabilità politika għal dawn in-nuqqasijiet kbar imsemmiha fir-rapport?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — Ħaddiema infattati bil-Covid-19
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16830 u 17009 u jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li kienu infettati mill-COVID-19?
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16994, jista’ l-Ministru jgħid minbarra s-7 ħaddiema tal-Gozo Channel, kien hemm aktar ħaddiema mis-Servizz Pubbliku minn Għawdex li ħadmu permezz tat-teleworking? Jekk iva, kemm kien hemm mill-bidu ta’ Marzu sal-lum? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-bidu ta’ Marzu sal-lum, fil-Ministeru għal Għawdex hemm 199 ħaddiem fuq telework (48 raġel u 151 mara).
Minħabba s-siwazzjoni preżenti hemm għadd ta’ ħaddiema oħra li qegħdin jaħdmu għadd ta’ ġranet mid-dar.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Ħaddiema - Telework
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16992, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji għall-Awtorità tat-Trasport kif kien indikat fir-risposta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont l-informazzjoni mogħtija mill-Awtorita’ tat-Trasport minn l-1 ta’ Marzu 2020 sa llum kien hemm 62 talba uffiċjali għal
teleworking
minn impjegati sabiex jkunu jistu ilaħħqu mad-doveri familjari tagħhom (mhux relatati ma’ Covid-19). Minn dawn kien hemm 58 mara u 4 rġiel.
Hekk kif tfeġġet il-pandemija tal-Covid-19, mill-1 ta’ Marzu 2020 s’issa, l-Awtorita’ tat l-opportunita’ għat-teleworking lil dawk l-impjegati li n-natura tax-xogħol tagħhom jippermetti li jaħdmu mid-dar.
Il-Magħtab — żona residenzjali - tnaqqis ta' rimi ta' Skart
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17016, jista’ l-Ministru jikkonferma li l-WasteServ fil-fatt m’għandhiex Corporate Social Responsibility?
Response (FARRUGIA, AARON)
Naħseb li r-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 17016 kienet ċara biżżejjed u m’għandix x’inżid magħha.
In-Naxxar — Triq il-Fortizza tal-Mosta - xogħlijiet
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17017, jista’ l-Ministru jgħid liema kienet id-data li fiha beda x-xogħol fuq Triq il-Fortizza tal-Mosta fl-intier tagħha mill-Mosta san-Naxxar?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif diġà spjegajt fi tweġibiet għal mistoqsijiet parlamentari preċedenti li saru mill-istess Onorevoli membru, Triq il-Fortizza tal-Mosta hija triq twila bejn il-Mosta u n-Naxxar u x-xogħol fiha kien ġie ppjanat li jsir fi tliet fażijiet. Ix-xogħol beda fl-2019 fuq ix-xaqliba tal-Mosta fejn saru l-ewwel żewġ fażijiet li fihom saret manutenzjoni tal-wiċċ tat-triq. Biex setgħet issir il-parti tat-triq li kien fadal in-naħa tan-Naxxar, l-ewwel kellhom jitlestew xogħlijiet tas-sistema tad-drenaġġ li saru minn entità oħra. Għaldaqstant, l-aħħar fażi tax-xogħlijiet f’din it-triq minn Infrastructure Malta bdew fl-ewwel t’Ottubru. Tlesta x-xogħol fuq il-mains tal-ilma u bdew xogħlijiet fuq bankini ġodda. Huwa ppjanat li x-xogħlijiet jiltestew fl-ewwel kwart tal-2021.
Jista’ l-Ministru jgħid fix-xogħlijiet li qed isiru fi Triq San Pawl fin-Naxxar għalfejn il-katusa ta’ dijametru wiesgħa li ser tintuża bħala storm water culvert, ma’ tkomplietx sa ħdejn il-Kappella ta’ San Pawl tat-Tarġa biex ingħaqdet ma’ culvert antik li joħroġ minn Triq il-Markiż Scicluna li huwa idjaq? Jikkonferma li lanqas spezzjonijiet fil-manhole ma saru?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’Diċembru, Infrastructure Malta lestiet l-aħħar fażi tal-bini mill-ġdid ta’ Triq San Pawl fin-Naxxar, li testendi 1.3 kilometri bejn ir-roundabout fl-inħawi tat-Telgħa t’Alla u Ommu (Burmarrad) u r-roundaout li hemm fuq in-naħa l-oħra u li tgħaqqadha ma’ Triq il-Parroċċa u Triq il-Wied, l-Iklin. Ix-xogħlijiet bdew kmieni s-sena l-oħra u biex l-inkonvenjent għal kull min jużaha u għar-residenti jkun l-inqas possibbli, dawn tqassmu f’erba’ fażijiet billi f’kull fażi saret parti mit-triq.
L-investiment ta’ €2.3 miljun li sar f’din it-triq jinkludi bini mill-ġdid tal-bankini u oħrajn ġodda, punti għall-qsim pedonali ġodda (
pedestrian crossings
) sabiex dawk li jkunu għaddejjin bil-mixi jkunu jistgħu jaqsmu għan-naħa l-oħra tat-triq b’inqas riskji t’aċċidenti, tqegħid ta’ aktar minn 3 kilometri ta’ pajpiet taħt l-art għas-servizzi tal-ilma u Internet, kif ukoll katusi tad-drenaġġ li biex saru uħud minnhom kellhom jitħaffru trinek ta’ madwar sular fond kif ukoll inbnew mill-ġdid il-manholes kollha tat-triq.
Inbidlet ukoll is-sistema ta’ lqugħ tal-ilma tax-xita tal-istess triq wara li nstab li din ġarrbet ħsarat waqt xogħlijiet li saru fil-passat, bil-konsegwenza li kienet qed tikkawża problemi ta’ għargħar fit-triq u f’bini li hemm fil-viċin. Qabel ma nbdew ix-xogħlijet is-sistema kollha ġiet spezzjonata b’mod komprensiv permezz ta’ cameras, kif juri r-ritratt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, u rriżulta li fost ħsarat oħrajn kien hemm diversi partijiet minnha miżdudin. Kull fejn instab li din l-infrastruttura ma kenitx taħdem sew ġiet mibdula u s’intendi fejn kienet għadha tajba ma kienx jagħmel sens li tinbidel.
Fl-istess waqt saru anke spezzjonijiet fit-toroq tal-madwar u fost xogħlijiet oħrajn saret estensjoni tal-culvert ma’ Triq il-Markiż Scicluna, liema żona qatt ma kellha lqugħ għall-ilma tax-xita. Saru wkoll żewġ soak aways ta’ madwar 40 metru fond biex ikomplu jtaffu l-problema tal-għargħar f’din iż-żona.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm liċenzji approvati mill-MFSA fl-1 ta' Jannar 2018 u fl-1 ta' Diċembru 2020? Kemm kumpaniji, individwi jew SICAVs talbu li jirtiraw il-liċenzja tagħhom f'dan il-perjodu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta qed tpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni rikjesta, mqassma skont is-settur u t-tipi differenti ta’ liċenzji maħruġa matul l-2018, 2019 u 2020, kif ukoll numru totali ta’ liċenzji attivi li ġew irtirati matul l-istess zmien.
Attachments:17783 (papers laid) new licences.pdf17783 (papers laid) surrendered.pdf
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il liċenzja ħarġet l-MFSA dwar blockchain? Kemm hawn impjiegi diretti fis-settur tal-blockchain?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta tixtieq tiċċara li hi ma toħroġx liċenzji lill-entitajiet li juzaw il-blockchain. L-Awtorità toħroġ liċenzji u tirregola biss dawk l-entitajiet li jaqgħu taħt l-Att Dwar L-Attiv Finanzjarju Virtwali (Kap. 590 tal-liġijiet ta’ Malta.
Il-figuri definittivi fuq l-impjieg f'dan ir-rigward ma tistax tingħata peress li l-NSO tu¿a l-klassifikazzjoni tal-attività ekonomika hekk imsejħa NACE biex ikunu kkalkulati l-livelli tal-impjiegi fl-intraprizi. Din il-klassifikazzjoni ma titrattax il-
blockchain
bħala settur separat, jiġifieri għalih innifsu.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il fossa hawn madwar Malta u Għawdex? Tista' tgħid liema żoni f'Malta u Għawdex, fejn hemm imniżżla li jgħixu residenti, għadhom jużaw il-fossa għax is-sistema tad-drenaġġ għadha ma waslitx? Meta huwa ppjanat li dawn iż-żoni jiġu amalgamati mas-sistema tad-drenaġġ?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Malta u Għawdex hawn madwar 647 fossa reġistrata mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma. L-espansjoni tas-sistema tad-drenaġġ hija dejjem waħda mill-prijoritajiet prinċipali għal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, u fil-fatt xhieda ta’ dan huwa li fl-aħħar ħames snin is-sistema tad-drenaġġ ġiet estiża b’31 KM. Dan ifisser li s-sistema tad-drenaġġ eżisteni tinfirex għal total ta’ 1,626 KM madwar Malta u Għawdex.
Minkejja dan, xorta waħda għad fadal postijiet remoti fejn l-estenzjoni tas-sistema tad-drenaġġ hija diffiċli ħafna li ssir għal raġunijiet tekniċi u ta’ sostenibilita. Il-Korporazzjoni se tibqa’ taħdem sabiex tkompli tespandi s-sistema tad-drenaġġ b’mod sostenibbli u responsabbli.
Jista' l-Ministru jgħid x’jiġri mill-flus li l-FIAU jiġbor minn multi amministrattivi li jimponi? Dawn jinżammu mill-FIAU u jkunu parti mill-budget tal-FIAU jew jgħaddu għand il-Gvern fil-Fond Konsolidat? F’każ li l-FIAU jżomm dawn il-flejjes, dawn jintużaw għall-operat tal-istess FIAU?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-pagamenti tal-multi amministrattivi maħruġa mill-FIAU jiġu miġbura mill-FIAU u dawn jintuzaw għall-operat tal-FIAU. Ta' min isemmi li multi li jiġu appellati ma' jitħallsux sakemm ma' jkunx hemm deċi¿joni finali mill-Qorti favur l-FIAU.
Kull tliet xhur, l-FIAU tibgħat lill-Ministeru tal-Finanzi u x-Xogħol "Statement of Cashflow" fejn turi il-qagħda finanzjarja tal-Korp sa dak il-perjodu u estimi tal-qagħda finanzjarja sal-aħħar tas-sena. Il-Ministeru tal-Finanzi u x-Xogħol, wara li jagħmel evalwazzjoni tal-informazzjoni mogħtija, jiddeċiedi jekk izommx xi fondi mis-'subvention' li tkun ġiet allokata sabiex jagħmel
settlement
bejn dak ivvutat lil-FIAU f’termini ta' baġit, u dak li jkun inġabar mill-multi maħruġa.