Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe dokument konsultattiv jew abbozz leġislattiv li jimplimenta t-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni? Fi kwalunkwe każ, jista’ l-Ministru jindika jekk il-Gvern identifikax dipartment responsabbli għal din it-traspożizzjoni, hu liema hu, u jekk inbediex jew tlestiex l-abbozzar tal-liġi li timplimenta t-traspożizzjoni?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Id-Direttorat tal-iStrateġija u Sapport fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja, Ugwaljanza u Governanza flimkien mal-uffiċċju tal-Avukat tal-Istat se jkunu qed imexxu din it-traspożizzjoni. Minħabba li l-liġi kif proposta qiegħda fil-fażi ta’ abbozz, dan jitqies bħala dokument intern u ma jkunx għaqli li jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Qrati tal-Ġustizzja – awli attrezzati għal smigħ ta’ seduti online
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm awli fil-bini tal-Qrati tal-Ġustizzja u kemm minn dawn huma mgħammra bil-faċilità għall-smigħ ta’ seduti online?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Qorti ta’ Malta hemm tliet (3) Awli li huma mgħammra bil-faċilità għall-smigħ ta’ seduti online. Hemm ukoll żewġ (2) sistemi portabbli għall-smigħ ta’ seduti online li jintużaw f’dawk l-Awli li sal-llum m’humiex mgħammra bil-faċilità għall-smigħ ta’ seduti online. L-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati qegħda fil-proċess sabiex sal-aħħar ta Jannar 2021 ikun hemm ħames (5) Awli oħra mgħammra bil-faċilità għall-smigħ ta’ seduti online.
Fil-bini tal-Qorti ta’ Għawdex hemm tlett awli li tnejn minnhom huma mgħammra bil-faċilità (waħda minnhom portable) għall-smigħ ta’ seduti online.
Amministrazzjoni tal-Qrati tal-Ġustizzja – persuni li jħaddmu seduti online
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna hemm addetta mill-amministrazzjoni tal-Qrati tal-Ġustizzja biex jitħaddmu l-awli fejn jistgħu jsiru seduti online, apparti l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li jagħmel xogħol sfieq u dedikat?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li fil-Qorti ta Malta hemm numru ta’ Deputati Registraturi tal-Qorti li huma mħarrġa biex iħaddmu l-apparat għal seduti online. Hemm ukoll erba’ impjegati tekniċi oħra li d-dmirijiet tagħhom jinkludu li jaraw li jitħaddem l-apparat għal seduti online. Is-s-salary scale tagħhom hija kif ġej:
Deputati Registraturi: Skala bejn 6 – 12
ICT Officer: Skala 5
Senior Systems Administrator Skala 7
Principal Technical Officer Skala 9
ICT and Audiovisual Support Officer Skala 10
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu s-salary scale tal-persuna teknika addetta mill-amministrazzjoni tal-Qrati tal-Ġustizzja li għandu d-dmir, fost oħrajn, li jara li jitħaddem l-apparat għal seduti online?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f’mistoqsjia parlamentari 17998.
Birkirkara — kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17893 u jgħid:
a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq ta’ Birkirkara, triq b’triq;
b. kemm minn dawn għadhom attivi;
c. quddiem liema proprjetà;
d. għal liema skop huma riservati; u
e. meta saru?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Ħal Balzan — Kaxxi sofor u blu għal parkeġġ riservat
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17896 u jgħid:
a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq ta’ Ħal Balzan, triq b’triq;
b. kemm minn dawn għadhom attivi;
c. quddiem liema proprjetà;
d. għal liema skop huma riservati; u
e. meta saru?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
L-Ilklin — Kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqisja parlamentari 17897 u jgħid:
a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq tal-Iklin, triq b’triq;
b. kemm minn dawn għadhom attivi;
c. quddiem liema proprjetà;
d. għal liema skop huma riservati; u
e. meta saru?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Il-Mosta — kaxxi sofor u blu għal parkeġġ riservat
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17898 u jgħid:
a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din l-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq tal-Mosta, triq b’triq;
b. kemm minn dawn għadhom attivi;
c. quddiem liema proprjetà;
d. għal liema skop huma riservati; u
e. meta saru?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Il-Kalkara – Triq Ġanni Raimondo – aċċess għall-proprjetà
Question
Billi għadd ta’ residenti fi Triq Ġanni Raimondo fil-Kalkara ma jistgħux jaċċessaw il-proprjetà tagħhom konsistenti f’garaxx, jista’ l-Ministru jgħid x’qiegħed ikun ikkunsidrat biex din il-problema li tolqot numru ta’ residenti tkun solvuta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li Infrastructure Malta kienet qed tagħmel xi xogħlijiet fi Triq il-Kappuċini li tagħti access għal Triq Ġanni Raimondo fil-Kalkara. Dawn ix-xogħlijiet tlestew f’Novembru u minn naħa tagħna m’għadx hemm iżjed xogħlijiet fiż-żona msemmija.
Tista’ l-Ministru tagħti direzzjoni lill-Enemalta sabiex mingħajr aktar dewmien isir dawl ġdid jew manutenzjoni fuq id-dawl eżistenti minħabba nuqqas ta' dwal tat-triq f’parti minn Triq l-Emigranti fin-Naxxar?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-manutenzjoni tal-lampi fit-triq msemmija tlestew u l-Kunsill Lokali tan-Naxxar ġew nfurmati mill-Enemalta. Madanakollu, l-Enemalta ma rċeviet l-ebda talba għal dawl ġdid fit-triq imsemmija.
In-Naxxar – Żona tas-Sgħajtar – bini mill-ġdid ta’ toroq u bankini
Question
Jista’ l-Ministru jara li ssir il-manutenzjoni meħtiega jew bini mill-ġdid ta’ numru ta’ toroq u bankini fiż-żona tas-Sgħajtar fin-Naxxar, minn Infrastructure Malta, liema toroq jinsabu fi stat ħażin peress li llum hija l-istess Infrastructure Malta responsabbli mit-toroq f’pajjiżna u mhux aktar il-Kunsilli Lokali?
Response (BORG, IAN)
Għal darb’oħra l-Onor. Cutajar qed ifakkarna li wara li bħala parti mill-Oppożizzjoni ivvota kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta, minn meta twaqqfet kontra r-rieda tiegħu tgħidx kemm talab li din l-istess entità tagħmel xogħlijiet. Huwa tajjeb li qed jinduna li kien żbaljat meta ħadem biex din l-aġenzija li tant qed twettaq xogħol lanqas biss titwaqqaf, wara li l-poplu kien ilu għexieren ta’ snin jittama li Gvernijiet preċedenti li kien jifforma parti minnhom l-Onor. Cutajar jieħdu bis-serjetà l-infrastruttura ta’ pajji¿na u jibdew jaħdmu biex ikollna toroq aħjar.
Bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajji¿na jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna.
Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’madwar 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali u bħalissa għaddejjin xogħlijiet f’għexieren ta’ toroq oħrajn. Fil-lokalità tan-Naxxar diġà bniet mill-ġdid Triq il-Kappella ta’ San Mikiel, Triq ix-Xbieki, Triq John Adye, Triq San Franġisk t’Assisi u Triq San Pawl. Waqt li bħalissa qegħdin isiru Triq il-Forġa, Triq il-Fortizza tal-Mosta u triq bla isem fi Vjal il-Labour, diġà hemm ippjanati toroq oħrajn biex jinbnew mill-ġdid fiż-żmien li ġej li jinkludu Triq il-Ġdida, Triq il-Magħtab, Triq Leli Falzon, Triq Ġdida fi Triq tat-Tarġa u Triq Santa Klara.
Infrastructure Malta diġà għamlet ukoll xogħlijiet f’diversi toroq oħrajn fil-lokalità tan-Naxxar. Dawn kienu jinkludu xogħol fit-Telgha ta’ Alla u Ommu, Triq Wied Filep, Triq Santa Fawstina ta’ Kowalska, Triq Tal-Balal, roundabout junction ġdida fi Vjal il-Labour, kif ukoll titjib fir-roundabout junction bejn Triq il-Parroċċa u Triq San Pawl fost oħrajn. Sar ukoll titjib kbir fit-toroq ewlenin tal-inħawi bejn iċ-ċimiterju ta’ Ħal Lija, l-Iklin u n-Naxxar, filwaqt li nbena parkeġġ ġdid ħdejn ir-Riserva Naturali tas-Salina.
Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.
Designated Date imsemmija f’Art 311(6)(a) tal-Kodiċi Ċivili (Kap 16)
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-'designated date' imsemmija f'Art 311 (6) (a) tal-Kodiċi Ċivili (Kap 16), li tirregola l-bidu ta' terminu ta' 10 snin sabiex jiġu reġistrati drittijiet privati fuq l-art ta' mal-plajja, ġietx stabbilita mill-Ministru responsabbli għall-Artijiet permess ta' ordni fil-Gazzetta tal-Gvern hekk kif jgħid l-istess artiklu tal-liġi? Jekk din ġiet stabbilita, jista' jgħid liema hi din id-data, u fejn din ġiet ippubblikata?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispjega għalfejn fil-11 ta' Jannar 2021 tlaqqmu biss għaxar impjegati tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex bil-vaċċin kontra l-COVID-19 meta preċedentement kienu qed jitlaqqmu għoxrin kuljum? X'inhi r-raġuni li r-ritmu ta' tilqim kemm fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex kif ukoll it-tilqim in ġenerali hu daqshekk kajman u meta hu maħsub li jiġu mlaqqma l-impjegati kollha tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tilqim kontra l-COVID-19 qiegħed isir b'mod proporzjonali. Il-proporzjon ta’ ħaddiema fl-isptar Ġenerali ta' Għawdex hu simili għal dak fl-entitajiet u dipartimenti tas-saħħa oħrajn.
MCCAA – rapport tal-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni dwar tariffi tal-banek kummerċjali
Question
Jista' l-Ministru jispjega x'kien l-eżitu tal-ittra li ddikjara li ser jikteb fis-27 ta' Ottubru 2015 lill-Awtorità Maltija tal-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur wara r-rapport tal-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni dwar it-tariffi tal-banek kummerċjali tat-28 ta' Lulju 2015? Xi progress ġie reġistrat sabiex ikun hemm aktar trasparenza fit-tariffi tal-banek kummerċjali u imgħaxijiet fuq self ikunu aktar in linea mal-medja Ewropea? Jista’ jiddikjara jekk hux sodisfatt bil-progress li ġie reġistrat s'issa sabiex l-imgħaxijiet fuq is-self ikunu skont il-medja Ewropea u x'beħsiebu jagħmel sabiex dan il-għan jintlaħaq?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’Seduta oħra.
MCCAA – rapport tal-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni dwar tariffi tal-banek kummerċjali
Question
Jista' l-Ministru jispjega x'għamlet l-Awtorità Maltija tal-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur wara r-rapport tal-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni dwar it-tariffi tal-banek kummerċjali tat-28 ta' Lulju 2015? Xi progress ġie reġistrat sabiex ikun hemm aktar trasparenza fit-tariffi tal-banek kummerċjali u imgħaxijiet fuq self ikunu aktar in linea mal-medja Ewropea? Jista’ jiddikjara jekk hux sodisfatt bil-progress li ġie reġistrat s'issa sabiex l-imgħaxijiet fuq is-self ikunu skont il-medja Ewropea u x'beħsiebu jagħmel sabiex dan il-għan jintlaħaq?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara li l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni kien ħareġ ir-rapport dwar it-tariffi tal-banek kummerċjali fit-28 ta' Lulju 2015 huwa kien ssorvelja biex jara li r-rakkomandazzjonijiet li għamel fir-rapport li kellhom bħala l-għan it-tisħiħ fit- trasparenza fit-tariffi tal-banek kummerċjali u imgħaxijiet fuq self, jiġu fill-fatt implementati mill-banek. Fl-2016 kien saru wkoll diversi laqgħat mal-banek individwalment għal dan il-għan.
Minkejja li l-Uffiċċju m’għandux il-poter li jinforza r-rakkomandazzjonjiet, b’riżultat ta’ inkjesta settorjali l-Uffiċċju ħadem biex jirreġistra progress pożittiv fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet. Hawnhekk nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li nagħtat għal-mistoqsija parlamentari 30477.
Waħda mir-rakkomondazzjonjiet tal-Uffiċċju kienet proprju illi meta jkun hemm skemi finanzjarji maħluqa mill-Gvern jew b’riżultat ta’ fondi Ewropej li jkollhom l-għan li joffru self aktar vantaġġjuż lil-SMEs, kellu jkun hemm aktar minn operatur wieħed li jipprovdi self lill-intrapriżi f’Malta. Ta’ min jirrimarka illi mid-data tar-rapport ’l hawn kien hemm aktar minn bank kummerċjali wieħed li qed joffri forom ta’ għajnuna ta’ finanzjament lill-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju biex jiiffaċilitaw l-aċċess għal-finanzi għall-SMEs u biex inaqqsu l-obbligi kollaterali flimkien ma' tnaqqis fir-rata tal-imgħax.
Gozo Channel (Operations) Ltd – audited u management accounts
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Gozo Channel (Operations) Ltd. ippreżentat l-audited accounts tagħha għas-sena 2019 fit-terminu preskritt mil-liġi u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tagħhom? Jista', fin-nuqqas, ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts għas-sena 2019 kif ukoll dawk għas-sena 2020?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-audited accounts għas-sena 2019 ma jistgħux jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra peress li għadhom ma ġewx iffinilizzati.
Għaqdiet volontarji li mhumiex fil-kera – nuqqas ta’ għajnuna finanzjarja
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 17349 u tispjega għaliex l-għaqdiet voluntarji li mhumiex fil-kera imma għandhom obbligi finanzjarji sabiex jiffinanzjaw il-fond fejn qed joperaw, mhumiex jirċievu l-ebda għajnuna finanzjarja sabiex jonoraw tali obbligi?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskemi stabbiliti għall-għaqdiet voluntarji isostnu kirjiet. L-għaqdiet volontarji kollha huma eleġibbli sabiex jingħataw sostenn finanzjarju kemm fejn jidħlu kontijiet u kirjiet tal-arloġġ għad-dawl u l-ilma kif ukoll għal spejjes li kellhom isiru fil-binja tagħhom għal raġunijiet ta’ saħħa u sigurta relatati mal-COVID-19.
Anzjani u persuni vulnerabbli li joqogħdu l-Mellieħa – tilqima tal-vaċċin tal-COVID-19 miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema raġuni l-anzjani u l-persuni vulnerabbli li joqogħdu fil-lokalità tal-Mellieħa qed ikunu mġielgħa bi skariġġ li jmorru fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta sabiex jieħdu l-vaċċin tal-COVID-19 u dan meta tista’ tingħata fil-Berġa tal-Mellieħa li tinsab biswit Dar il-Madonna tal-Mellieħa?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jibgħat din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Persuni li jkunu ser joħorġu mill-ħabs – għoti ta’ ħwejjeġ
Question
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex meta dawk ir-residenti li jkunu skontaw is-sentenza u joħorġu mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin biex imorru lura fil-komunità, jingħataw il-ħwejjeġ li jkunu jistgħu jilbsu fl-ewwel ġimgħat speċjalment meta jkun magħruf li dawn ir-residenti ser jispiċċaw bla saqaf u ma jkollhomx flus biex jixtru l-aktar affarijiet essenzjali għall-ħajja?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma l-Onor Interpellant li l-Care-plan coordinators impjegati mal-Agenzija għas-Servizzi Korrettivi jieħdu ħsieb li l-priġunieri li jkunu ser iħallu l-ħabs jkollhom ilbies diċenti u skont l-istaġuni tas-sena.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19729 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jelenka kemm tħallsu flus mill-Ministri jew MPs fuq in-naħa tal-Gvern għal footage ta' programmi li xxandru minn fuq l-istazzjonijiet televiżivi tal-PBS?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jispeċifika għalxiex qed jirreferi.