Legislature:
Category:
Reset
Active:

Żona tat-Trade Fair – toroq li ser jinfetħu jew jinbidlu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17047 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid liema toroq se jinfetħu jew jinbidlu fiż-żona tat-Trade Fair, b’rabta mal-proġett ta’ żvilupp massiv f’din iż-żona?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat li s-sit in kwistjoni huwa kopert b’permess ta’ kontroll ta’ ppjanar PC 38/16 datat 6 ta’ Dicembru 2017: “To introduce new street alignments and exclude site from land covered by CMLP Policies NA01 and NA02 and confirm building height limitations at 17.50 metres. ” Qed inpoġġi wkoll fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-pjanta approvata u li turi li dan il-permess ta’ kontroll ta’ ppjanar (Planning Control permit) jirriżulta fit-toroq elenkati hawn taħt: 1. Tkabbir tal-“ junction ” bejn Triq San Pawl u Triq il Marki¿ Giuseppe Scicluna u ntroduzzjoni ta’ “ roundabout ”: 2. Estensjoni ta’ Triq San Timotju fid-direzzjoni Xlokk il-Lvant sakemm tinfed ma’ triq ġdida li tibda mill-“ junction ” ma’ Triq San Pawl u taqsam is-sit b’mod lonġitudinali fid-direzzjoni Nofsinhar; 3. Estensjoni ta’ Triq it-Torri tal-Kaptan fid-direzzjoni ta’ l-Lvant li taqsam is-sit b’mod latitudinali sakemm tinfed ma Triq il-Markiż Giuseppe Scicluna faccata ta’ Triq il-Ġiżwiti ; 4. Triq ġdida li minn Triq San Pawl taqsam is-sit b’mod lonġitudinali lejn in-nofsinhar sakemm tasal ma l-estensjoni ta’ Triq it-Torri tal-Kaptan fejn tifred iż-żewġ toroq li jibqgħu neżlin lejn in-Nofsinhar sakemm jerġgħu jingħaqdu u t-triq twassal sa Pjazza Celsi; 5. Triq ġdida li minna t’isfel ta’ Triq il Marki¿ Giuseppe Scicluna tikser lejn il-Punent sakemm tinfed mat -triq ġdida msemmija f’punt “4”; 6. Triq (li diġà hija ffurmata) li tibda minn Triq it-Torri tal-Kaptan u tinżel lejn in--nofsinhar u tispiċċa f’turning circle”.

Evictions

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il eviction saret matul is-sena 2020?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-2020 saru 14-il eviction. Fl-aħħar tliet snin l-Awtorità tad-Djar wettqet 4,400 spezzjoni sabiex jiġi assigurat li l-proprjetà tal-Gvern tkun qegħda tintuża b’mod ġust. Intenni li m’aħna se nittolleraw ebda abbuż, dan sabiex nassiguraw li l-appartamenti tal-Gvern jintużaw minn persuni u familji ġenwinament fil-bżonn.

Siġġiewi – ħinijiet tal-ftuħ tal-għassa

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-ħinijiet li kienet miftuħa l-għassa tas-Siġġiewi mill-1 ta' Jannar 2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Kif kelli ċans nispjega għal iktar minn darba l-viżjoni tal-Korp tal-Pulizija hi li jkun hemm preżenza ikbar ta’ pulizija fit-toroq. L-għassa ta’ Siġġiewi tkun miftuħa skont l-esiġenzi tas-servizz. Fl-istess ħin issir ronda minn uffiċjali b’vetturi tal-patrol. Mal-għassa tas-Siġġiewi ġie installat servizz ta’ ‘intercom’ li hu mqabbad 24/7 mal-Control Room fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, minn fejn kull assistenza tingħata skont kif mitlub jew meħtieġ. Infakkru wkoll li ħafna mir-rapporti jistgħu jsiru wkoll permezz tat-telephone jew mezzi elettroniċi oħra. Minkejja, dan irrid ngħid li l-għases ewlenin se jibqgħu miftuħa 24 siegħa kuljum u fil-każ tar-residenti tas-Siġġiewi hija l-għassa ta’ Ħal Qormi dik l-għassa ewlenija li tkopri bis-servizzi tagħha ż-żona li jgħixu fiha.

Siġġiewi – restawr taz-zuntier tal-Knisja Arċipretali ta’ San Nikola

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fejn waslu d-diskussjonijiet dwar ir-restawr taz-zuntier tal-Knisja Arċipretali ta' San Nikola fis-Siġġiewi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi jinsab fil-proċess li jipprepara l-pjanti għall-bini mill-ġdid taz-zuntier tal-Knisja Arċipretali ta’ San Nikola biex tiġi sottomessa applikazzjoni lill-Awtorità tal-Ippjanar.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — Bordijiet - attendenza ta' membri

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17525 u jagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħu matul din il-leġiżlatura?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni dwar in-numru ta’ laqgħat ta’ bordijiet bejn Ġunju 2017 u Diċembru 2020 hija kif ġej: Bord dwar ir-Relazzjonijiet dwar l-Impjiegi – 33 laqgħa National Productivity Board – 10 laqgħat PBS – Bord tad-Diretturi – 47 laqgħa PBS -Bord Editorjali – 44 laqgħa Ninforma wkoll lill-Onorevoli Interpellant li fil-laqgħat kollha dejjem kien hemm kworum.
Leg 13 PQ #17851 Sitting 416 2021-01-18 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – żwiġijiet bir-reġistru u adozzjonijiet bejn koppji tal-istess sess

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17468 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza u li issa ġiet riferuta lilu u jelenka kemm kien hemm żwiġijiet bir-reġistru Għawdxi mill-2017 ‘l hawn maqsuma sena b’sena, bejn koppji tal-istess sess u kemm saru adozzjonjiet bejn koppji tal-istess sess fil-gżira Għawdxija?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-2017 ‘l hawn ġew reġistrati ħames żwiġijiet bir-reġistru Għawdxi bejn koppji tal-istess sess kif indikat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Fl-imsemmi perijodu ma kien hemm ebda’ reġistrazzjoni ta’ adozzjonijiet bejn koppji tal-istess sess fil-gżira Għawdxija.
Leg 13 PQ #17852 Sitting 416 2021-01-18 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Air Malta — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17596 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid min huma l-konsulenti tal-Air Malta? Kif inħatru? X’inhi r-remunerazzjoni tagħhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi peress li l-Air Malta hija entita kummerċjali, din l-informazzjoni hija kummerċjalment sensittiva, u għalhekk ma tistgħax tingħata.
Leg 13 PQ #17853 Sitting 416 2021-01-18 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Dipartiment tal-Kuntratti tal-Gvern – professjoni legali, avukati – impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17467 u li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm impjegati fil-professjonali legali, avukati, mad-Dipartiment tal-Kuntratti tal-Gvern u f’liema skala qegħdin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fid-Dipartiment tal-Kuntratti tal-Gvern hemm Junior Legal Officer wieħed (1), li qiegħed fi skala 9.

Awtorità tad-Djar – persuni li żaru l-uffiċini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna żaret l-uffiċini tal-Awtorità tad-Djar bejn l-2019 u l-2020?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor, Interpellant li matul l-2019 u l-2020 żaru l-uffiċini tal-Awtorità tad-Djar 29,156 persuna.

Għajnuna finanzjarja biex jiġu rranġati kmamar tal-banju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat għajnuna finanzjarja biex jiġu rranġati djar fejn m’hemmx kmamar tal-banju jew fejn hemm bżonn li tinbidel, mill-2013 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni ser tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #17892 Sitting 416 2021-01-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika – statistika fuq Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-aħħar statistika ta' kull qasam li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għandu dwar Għawdex?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-NSO jippubblika serje ta’ statistika reġjonali fuq diversi setturi f’Malta u Għawdex miġbura f’pubblikazzjoni annwali bit-titlu ‘Regional Statistics MALTA’. Din il-pubblikazzjoni tkopri statistika dwar il-popolazzjoni, l-edukazzjoni, l-impjiegi, l-ekonomija, it-trasport, it-turizmu, l-agrikoltura u s-sajd u r-rizorsi (ilma, skart u enerġija rinovabbli) dejjem fl-livell reġjonali. L-aktar pubblikazzjoni riċenti ġiet ippubblikata fis-27 ta’ Mejju 2020 bl-isem ‘ Regional Statistics MALTA: 2020 Edition’ . Apparti, l-NSO jippubblika numru ta’ News Releases b’kontenut reġjonali. F’dan ir-rigward, it-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra qed tipprovdi l-ismijiet ta’ dawn in- News Releases . Dawn il-pubblikazzjonijiet huma kollha disponibbli minn fuq is-sit ta’ l-NSO.

Passaport — Skeda ta' Tilqim

Question

B'referenza għall-possibbilità li l-Unjoni Ewropea ser tbiddel il-passaporti tagħha talli li ser tinkludi l-iskeda tat-tilqim, jista' l-Ministru x’inhi l-pożizzjoni tal-Gvern dwar din il-possibbilità?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa hemm diskussjonijiet fuq livell Ewropew b’rabta ma’ tip ta’ dokument għal min ikun ħa l-vaċċin, fil-kuntest tal-ivvjaġġar. Irid ikun iċċarat li bl-ebda mod dan mhu se jibdel il-passaport tradizzjonali kif tindika d-domanda tiegħu. Intant, il-Gvern Malti jemmen li jekk għandu jittieħed xi pass f’dan is-sens dan għandu jservi bħala għodda biex ikun iffaċilitat il-moviment tal-persuni b’mod sigur u mhux bħala barriera għall-moviment ħieles.

Sptar Mater Dei — trattamenti rikomandati

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhuma t-trattamenti li qed jintużaw u li huma rikomandati biex jiġu trattati l-pazjenti fl-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jispeċifika għal liema trattamenti qed jirreferi fil-mistoqsija parlamentari tiegħu.

Pazjenti li kienu fuq ventilator u mietu

Question

B'referenza għall-pazjenti li kellhom il-COVID-19 u li tpoġġew fuq ventilator, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid minn mindu bdiet il-pandemija kemm kienu dawk il-pazjenti li tqiegħdu fuq il-ventilator u mietu? Jista' jagħti din l-informazzjoni xahar b'xahar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tabella t’hawn taħt. Numru ta’ pazjenti li ddaħlu l- ITU għal għajnuna ta’ ventilator. Numru ta’pazjenti li mietu l- ITU. Marzu 2019 6 0 April 2019 4 0 Mejju 2019 1 0 Ġunju 2019 1 0 Lulju 2019 0 0 Awwissu 2019 5 3 Settembru 2019 12 6 Ottubru 2019 26 11 Novembru 2019 24 11 Diċembru 2019 20 9 (Korrezzjoni: Ara dokument PL 5932 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 417, nhar it-Tlieta, 19 ta' Jannar 2021)

Pazjenti għat-trattament tal-COVID-19 — Tabib tal-Familja

Question

B'referenza għall-pazjenti li jkunu għat-trattament tal-COVID-19, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta pazjent jistaqsi għat-tabib tal-familja, hux qed jingħata permess u aċċess biex iżuru fis-sala tal-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi biex jitnaqqas il-periklu tat-tixrid tal-virus, l-aċċess għal pazjenti b'Covid 19 huwa limitat anke għall-eqreb qraba. Jekk it-tabib tal-familja jkun jixtieq i¿ur pazjent personalment u l-amministrazzjoni tal-isptar u t-tim mediku li jieħu ħsieb il-pazjent jiġu nfurmati, isiru l-arranġamenti neċessarji biex dan isir bl-iktar mod sigur.

Pazjenti bil-COVID-19 — co-morbidities

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhuma l-aktar erba' co-morbidities ta’ dawk il-pazjenti f’termini ta’ persentaġġ li kellhom il-COVID-19 fis-sena 2019 u ta’ dawk li mietu minn din il-marda fis-sena 2019?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2019 ma kien hemm l-ebda persuni f’Malta li kellhom il-Covid-19 u għalhekk lanqas ma kien hemm imwiet relatati mal-Covid-19 fl-2019.