Ministeru għal Għawdex – binjiet ġodda mikrija mingħand il-privat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inkrew binjiet ġodda mingħand il-privat mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħtu bejn il-31 ta' Jannar 2020 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid f' kull każ għal liema skop inkrew dawn il-binjiet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mid-data msemmija sal-lum, il-Ministeru għal Għawdex kera tliet binjiet ġodda mingħand il-privat. Binja minnhom qiegħda tinkera biex tintuża mit-taqsima tar-Reġistru Pubbliku, mil-Land Registry u anke minn Nutar tal-Gvern. It-tieni binja qiegħda tintuża bħala Day Centre’ għall-anzjani, filwaqt li t-tielet binja ser tkun qiegħda tintuża temporanjament minn diversi uffiċini ġa eżistenti fil-binja tal-Ministeru għal Għawdex, li ser ikunu qegħdin jirrelokaw sabiex ikunu jistgħu jitkomplew ix-xogħlijiet marbuta mal-proġettt tar-Retro Fitting tal-istess Ministeru.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – tender jew direct order lil kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu, tawx tender jew direct order lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Meta ngħataw, ta’ kemm kienu u abbażi ta’ xiex?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika t-talba tiegħu
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali – tender jew direct order lil kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu, tawx tender jew direct order lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Meta ngħataw, ta’ kemm kienu u abbażi ta’ xiex?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant biex jispecifika t-talba tiegħu.
Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija – tender jew direct order lil kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu, tawx tender jew direct order lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Meta ngħataw, ta’ kemm kienu u abbażi ta’ xiex?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jispeċifika t-talba tiegħu.
Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza – tender jew direct order lil kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu, tawx tender jew direct order lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Meta ngħataw, ta’ kemm kienu u abbażi ta’ xiex?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jispeċifika t-talba tiegħu.
Ministeru għall-Edukazzjoni – tender jew direct order lil kumpanija
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha jew xi entità li taqa’ taħtha, tawx tender jew direct order lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Meta ngħataw, ta’ kemm kienu u abbażi ta’ xiex?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika t-talba tiegħu.
Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriżi u l-Iżvilupp Sostenibbli – tender jew direct order lil kumpanija
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha jew xi entità li taqa’ taħtha, tawx tender jew direct order lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Meta ngħataw, ta’ kemm kienu u abbażi ta’ xiex?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jispeċifika t-talba tiegħu.
MFSA — ħaddiema/membri li jiddeċiedu fuq kanċellazzjoni fuq liċenzji
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif jiġi żgurat li l-membri/ħaddiema fi ħdan l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) li jiddeċiedu fuq kanċellazzjoni ta' liċenzja jew fuq jekk individwu hux fit and proper, ikollhomx kunflitt ta' interess? Jista' jassigura li dawn il-membri/ħaddiema tal-MFSA ma jkollhomx relazzjoni ma' kompetituri tal-kumpaniji li fuqhom tittieħed deċiżjoni?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kull impjegat ta’ l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta huwa obbligat li jiddikjara kull kunflitt ta’ interess li jista’ jkollu mid-data tal-impjieg, kif ukoll matul l-impjieg kollu tiegħu. Il-proċess tat-teħid tad-deċizjonijiet fi ħdan l-Awtorità tizgura l-governanza tajba u n-nuqqas ta' kunflitti ta' interess billi timplimenta diversi saffi għall-proċess tal-approvazzjoni.
Deċizjonijiet fuq kanċellazzjoni ta' liċenzja jew fuq jekk individwu hux
fit and proper
, jittieħdu mill-Kumitat Ezekuttiv, li huwa kostitwit skont il-liġi. Kull membru għandu vot. Il-membri jiġu infurmati bid-dettalji sħaħ tal-kaz, qabel ma’ tittieħed deċizjoni.
Għaldaqstant, l-istruttura tat-teħid tad-deċizjonijiet tal-Awtorità tizgura li l-ebda persuna waħedha ma tista' tinfluwenza d-deċizjoni u b’hekk jiġu evitati l-kunflitti ta' interess.
Tista’ l-Ministru tindika jekk ġietx imwaqqfa uffiċċjalment Ekwestri Malta u allura jekk iva tistax tgħid min huma l-membri li qed jiffurmaw din l-entità?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tinghata f’xi seduta ohra.
Ix-Xemxija – Triq Piscopo Macedonia u Triq il-Maqdes Megalitiku – Applikazzjoni għal żvilupp
Question
Jista’ l-Ministru jindika jekk fuq is-sit/wesgħa li tinsab bejn Triq Piscopo Macedonia u Triq Il-Maqdes Megalitiku fix-Xemxija limiti ta’ San Pawl il-Baħar hemmx xi applikazzjoni għal xi tip ta’ żvilupp?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninsab infurmat li l-Awtorità tal-Ippjanar m’għandha l-ebda applikazzjoni għall-iżvilupp fuq is-sit in kwistjoni.
Ix-Xemxija – Triq Piscopo Macedonia u Triq il-Maqdes Megalitiku – sit skedat
Question
Jista’ l-Ministru jindika jekk is-sit/wesgħa li tinsab bejn Triq Piscopo Macedonia u Triq Il-Maqdes Megalitiku fix-Xemxija limiti ta’ San Pawl il-Baħar hijiex skedata jew le?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninsab infurmat li s-sit in kwistjoni mhux skedat.
Ix-Xemxija – Triq Piscopo Macedonia u Triq il-Maqdex Megalitiku – studju fuq sit
Question
Jista’ l-Ministru jindika jekk sarx xi tip ta’ xogħol/studju/eżerċizzju nhar il-Ħamis 14 ta’ Jannar 2021 u f’xi jiem qabel fuq is-sit/wesgħa li tinsab bejn Triq Piscopo Macedonia u Triq Il-Maqdes Megalitiku fix-Xemxija limiti ta’ San Pawl il-Baħar minn entità/entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltajiet tal-Ministeru li tiegħu hu responsabbli? Jekk iva jista’ jindika dan ix-xogħol, studju jew eżerċizzju fiex kien jikkonsisti?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, mill-verifiki li saru mal-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar, ma jirriżultax li xi waħda minn dawn l-entitajiet wettqet xi tip ta’ xogħol/studju/eżerċizzju fid-dati u s-sit imsemmija. Għaldaqstant ir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari hija nil.
Ix-Xemxija – Triq Piscopo Macedonia u Triq il-Maqdex Megalitiku – studju fuq sit
Question
Jista’ l-Ministru jindika jekk sarx xi tip ta’ xogħol/studju/eżerċizzju nhar il-Ħamis 14 ta’ Jannar 2021 u f’xi jiem qabel fuq is-sit/wesgħa li tinsab bejn Triq Piscopo Macedonia u Triq Il-Maqdes Megalitiku fix-Xemxija limiti ta’ San Pawl il-Baħar minn entità/entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltajiet tal-Ministeru li tiegħu hu responsabbli? Jekk iva jista’ jindika dan ix-xogħol, studju jew eżerċizzju fiex kien jikkonsisti?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma sarx xogħol/studju/eżerċizzju minn entità/entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltajiet tal-Ministeru.
Iċ-Ċirkewwa – miżuri ta’ sigurtà ma’ wieħed mill-mollijiet
Question
Jista’ l-Ministru jara x’passi/miżuri ta’ prekawzjoni jew sigurtà jistgħu jittieħdu mill-awtoritajiet konċernati fiż-żona ta’ wieħed mill-mollijiet taċ-Ċirkewwa indikat fil-link hawnhekk (https://fb.watch/310aVQd7IN/) u dan biex jiġu evitati traġedji wara li fl-aħħar ġimgħat, erba’ karozzi spiċċaw fil-baħar?
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti dettalji tal-miżuri li qed jittieħdu ħalli jilqgħu għall-bosta varjanti tal-COVID-19 li hawn jiċċirkulaw, bħal dak Brittaniku, Brażiljan, Sud Afrikan u Kenjan, kif ukoll meta beda jittieħed il-genome sequencing tal-persuni pożittivi u jekk tali genome sequencing hux qed isir fuq il-każijiet kollha pożittivi? X'irriżuta s'issa minn dan l-eżerċizzju?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-genome sequencing jista 'jsir fuq il-kampjuni pożittivi fil-molecular diagnostics laboratory. Ta’ kull gimgħa qed jittieħed il-genome sequencing minn kampjuni ta’ każijiet pożittivi. Kampjuni magħżula għal dan il-għan jinkludu: Public Health Clusters, random sampling tal-Komunità minn Malta u Għawdex, il-passiġġieri kollha li jirriżultaw pożittivi mill-Ajruport, tfal taħt il-5 snin, tfal bejn il-5 u l-15-il sena, u minn każijiet pożittivi li jkunu għal kura fl-isptar Mater Dei.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' immigranti illegali li kienu ilhom Malta mill-2019 u li ġew ripatrijati fit-12 ta' Jannar 2021, in-nazzjonalità tagħhom, fejn ġew irritornati u kemm kienet l-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Unjoni Ewropea għal din l-operazzjoni u jekk kienx hemm għajnuna oħra mill-Unjoni Ewropea sabiex din l-operazzjoni sseħħ?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fl-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni tal-Awtorità Maltija tal-Kompetizzjoni u tal-Affarijiet tal-Konsumatur, il-grad tagħhom u xi kwalifiċi akkademiċi għandhom? Jista’ jassigura lill-Kamra li dan l-Uffiċċju għandu numru adekwat ta' impjegati sabiex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fl-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni hemm disa’ impjegati li jokkupaw il-grad ta’ Direttur Ġenerali, żewġ Diretturi, Senior Legal Officer, Senior Economist Officer, żewġ ekonomisti, avukat u persuna f’post amministrattiv. Minn fost dawn hemm erba’ persuni bi kwalifika fil-qasam tal-ekonomija u tlett avukati.
L-Uffiċċju qed jagħmel ħidma sfieqa u kellu diversi investigazzjonijiet għaddejjin f’diversi oqsma tas-suq. Ipproċessa tmien talbiet għall-approvazzjoni ta’
mergers
, fi żmien stipulat mir-Regolamenti dwar il-kontroll ta’ Konċentrazzjonijiet. Fl-istess waqt, ra li fi żmien tal-pandemija x-xogħol jibqa’ għaddej.
Ministeru għal Għawdex — Bordijiet - attendenza ta' membri
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17523 u jagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħu matul din il-leġiżlatura?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għan-numru ta’ laqgħat li saru f’kull bord;
Fis-sena 2020, il-Bord tal-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex għamel 4 laqgħat;
Fis-sena 2019-2020, għad-Dwejra Opportunity Fund saru 12 -il laqgħa;
Fis-sena 2020, il-Gozo Sports Board għamel 2 laqgħat;
Fis-snin 2017-2020, il-Gozo Channel (Operations) Limited (BODs) għamel 45 laqgħa; u
Fis-snin 2017-2020, il-Gozo Heliport Ltd (BODs) iltaqa’ 13 -il darba
Sa fejn jiena nfurmat, bejn il-bordijiet dejjem intlaħaq il-kworum meħtieġ għal kul laqgħa li saret.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Bordijiet - attendenza ta' membri
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17522 u jagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħu matul din il-leġiżlatura?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bordijiet, li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħi, iltaqgħu regolarment f’din il-leġiżlatura bil-maġġoranza tal-membri dejjem ikunu preżenti, tant li qatt ma kien hemm problemi biex jintlaħaq kworum.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Bordijiet - attendenza ta' membri
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17521 u jagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħu matul din il-leġiżlatura?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.