Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #18109 Sitting 418 2021-01-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Artijiet li ser jiġu esproprjati fuq talba tal-Ministeru għal Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16774 u jgħid: a. kemm artijiet ġew jew qegħdin fil-proċess li jiġu esproprjati fuq talba mill-Ministeru għal Għawdex, sena b'sena, mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? b. f'liema lokalitajiet f’Għawdex jinsabu l-artijiet esproprjati? u c. l-użu li sar jew ser isir minn kull waħda minn dawn l-artijiet?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2013 sal-lum ġew esproprijati dar u żewġ artijiet mill-Ministeru għal Għawdex. Dawn jinsabu, ir-Rabat, ix-Xagħra u Kerċem. Id-dar tar-Rabat ġiet espropriata fl-2015 u qiegħda isservi bħala uffiċini għad-Direttorat tal-Wirt Kulturali, filwaqt li ż-żewġ artijiet oħra ġew espropriati fl-2017 u fl-2019, rispettivament, biex jiġu preservati s-siti naturali. Min-naħa l-oħra, il-Ministeru għal Għawdex isottometta erba’ talbiet lill-Awtorita’ tal-Artijiet biex tiġi esproprijata biċċa art fix-Xagħra, biċċa art f’Kerċem, dar ir-Rabat u biċċiet ta’ art fit-Triq ta’ Marsalforn. Il-biċċa art fix-Xagħra, fi Triq ta’ Marsalforn u d-dar tar-Rabat se jservu biex tiġi mwessgħa triq, filwaqt li l-biċċa art l-oħra se tkun esproprijata biex jiġi preservat sit naturali.
Leg 13 PQ #18110 Sitting 418 2021-01-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Diviżjoni Strateġija u Support – direct order

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti d-Direct Order li ngħata fil-11 ta' Frar 2020 mid-Diviżjoni Strateġija u Support fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex rigward Triq iż-Żewwieqa fil-Qala Għawdex kemm kien il-valur tiegħu, lil min ngħata (isem u kunjom) u b’liema mod ġie magħżul l-individwu u minn min ġie approvat dan id-Direct Order (isem u kunjom)?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji huma ppublikati fil-Gazzetta tal-Gvern.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – kotba għal-librerija

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kotba ġew donati u mixtrija għal-librerija li hemm fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin tul is-sena li għaddiet u kemm ġew mislufa kotba?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba parlamentari 13779.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – lezzjonijiet għar-residenti

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’lezzjonijiet saru għar-residenti li hemm fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u f’liema suġġetti tul is-sena li għaddiet? Kif ukoll jista’ jgħid kemm-il resident attenda?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onor Interpellant li matul is-sena skolastika li bdiet Ottubru 2020, CSA bdiet toffri 15-il kors fejn l-attendenza tal-priġunieri tlaħħaq il-153. Dawn il-korsijiet qed jiġu offruti b’ kollaborazzjoni ma’ istituzzjonijiet edukattivi lokali, eżempju Life Long Learning. Il-korsijiet isiru fi gruppi żgħar sabiex il-priġunieri jingħataw attenzjoni inividwali. Is-suġġetti offruti huma varjati u jinkludu l-Ingliż, l-Ispanjol, il-matematika, l-ICT, cookery and nutrition, crafts u life skills. Matul is-sena 2020, numru ta’ priġunieri resqu għal eżamijiet tal-Matsec fil-Livell Ordinarju, u kisbu riżultati tajba ferm. Ninsab infurmat li matul is-sena li għaddiet ħames priġunieri attendew korsijiet f’istituzzjonijiet edukattivi barra l-ħabs. Bħala studenti priġunieri ma kienx hemm drop-outs. L-oqsma ta’ studju jinkludu sport, marketing, social care u business administration. Il-livelli jvarjaw minn Level 2 sa Level 6. Bħala parti mis-sistema edukattiva tal-Faċiltia Korrettiva ta’ Kordin, fis-sena 2020, fil-qasam ta’ l-isport ġew implementati diversi inizjattivi. Inizjattivi marbuta mal-isports jiġu mplimentati b’mod struttarat bħala parti mill-pjan ta’ kura tal-priġuniera tal-Faċilita u jservu biex minbarra l-benefiċċju tal-attivita fiżika, jitgħallmu jikkomunikaw, jaħdmu f’team eċċ. Kien hemm ukoll l-opportunità li priġunieri joħorġu barra l-ħabs, jilagħbu logħba futbol kontra klabb lokali. Dan kollu bħala parti mill-programm ta’ edukazzjoni u reintegrazzjoni tal-priġunieri. Saru wkoll sessjonijiet ta’ taħriġ ta’ kif wieħed jagħmel CV u jġib ruħu f’interview. Ma’ bank lokali saru wkoll korsijiet dwar kif wieħed jiftaħ kont.

Mattia Preti – pitturi esebiti

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-pitturi tal-pittur Mattia Preti li huma fil-kollezzjoni nazzjonali humiex kollha esposti jew hemmx uħud li ma humiex?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-kwadri kollha ta’ Mattia Preti huma esebiti, filwaqt li ftit oħrajn li huma attribwiti lilu jew lill-bottega tiegħu qed jintużaw għal rotazzjoni. Iż-żewg kwadri tal-istess pittur li nxtraw speċifikament għall-Mużew ta’ Għawdex u għall-Palazz tal-Gran Mastru eventwalment se jiġu esebiti fil-postijiet imsemmija.

Kotba restawrati

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bit-titoli ta’ liema kotba ġew restawrati tul is-sena li għaddiet?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li matul l-2020 ġew irrestawrati żewġ kotba: · George F. Angas, A Ramble in Malta and Sicily , 1841. · Abbe de Vertot, The History of the Knights of Malta Vol 1 , 1728 Naturalment gew ikkonservati u rrestawrati wkoll għexieren ta’ xogħlijiet oħra fuq karta, li ma jikklassifikawx bħala kotba.
Leg 13 PQ #18149 Sitting 418 2021-01-20 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Rapport tal-Awditur Ġenerali – nuqqasijiet fl-MCAST

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17839 u n-nuqqasijiet li nstabu fl-MCAST u b’referenza għal nuqqasijiet oħra li nstabu fl-aħħar snin, tista’ l-Ministru tkun aktar speċifika u tgħid liema huma l-passi li ttieħdu biex jissaħħu l-istrutturi ta’ governanza fl-MCAST? Liema passi baqa’ jittieħdu?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li l-MCAST implimenta l-biċċa l-kbira tar-rakkomandazzjonijiet tan-NAO għas-sena 2019 (minn Jannar sa Diċembru tal-2019). Dawn kienu jirrigwardaw l-immaniġġjar aħjar tal-work resources allowance tal-għalliema, diskrepanzi dwar xi salarji, il-moniteraġġ aħjar ta’ fondi li l-impjegati huma intitolati għalihom jew meta jkun hemm il-ħtieġa li jagħtu xi fondi lura meta jitilqu mill-MCAST, nuqqas ta’ segregazzjoni ta’ responsabbiltajiet, xi nuqqasijiet fejn tidħol l-osservanza tal-core hours mill-għalliema, xi pagamenti li ma kenux korretti, nuqqas ta’ policy għall-ivvjaġġar, u nuqqas ta’ rati uniformi għal min juża mezz ta’ trasport privat tiegħu/tagħha għal xogħol mitlub mill-MCAST. Il-bqija tar-rakkomandazzjonijiet ser ikunu implimentati fl-ewwel kwart ta’ din is-sena (2021) kif maqbul man-NAO.
Leg 13 PQ #18150 Sitting 418 2021-01-20 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Skejjel tal-istat – supply teachers

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm supply teachers fl-iskejjel tal-istat,f’liema suġġetti huma u f’liema skejjel huma assenjati?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli interpellant hu kif muri fit-tabella li qed titqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #18151 Sitting 418 2021-01-20 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ministeru għal Edukazzjoni – nefqa fuq komunikazzjoni, informazzjoni u propoganda

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17390, tista’ l-Ministru tgħid kemm nefaq flus il-Ministeru tal-Edukazzjoni inkluż id-direttorati u l-entitajiet f’komunikazzjoni, informazzjoni u propaganda? Tista’ tagħti rendikont dettaljat ta’ fiex intefqet l-ispiża? Tista’ tgħid x’kien il-materjal li ġie mxandar jew imqassam? Tista’ tgħid min għamel dan ix-xogħol? Kemm minn dan ix-xogħol sar minn ħaddiema tal-gvern u kemm sar minn kumpaniji jew individwi privati? Fil-każ ta’ kumpaniji privati min kienu dawn il-kumpaniji, kemm ingħataw xogħol u ħlas, u b’liema tip ta’ sejħa ħadu dan ix-xogħol (tender jew direct order)? Tista’ tagħti dawn n-neqfiet sena b’sena mill-2013 sal-lum?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Filwaqt li ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li tlabt biex jinġabar it-tagħrif, kif dan it-tagħrif ikun disponibbli nkun nista' nqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #18152 Sitting 418 2021-01-20 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ministeru għall-Edukazzjoni – postijiet vakanti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-vakanzi kollha li hemm pendenti bħalissa fil-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-entitajiet li jagħqu taħtha? Minn meta ilhom vakanti dawn il-postijiet? Meta ħarġu s-sejħiet biex jimtlew dawn il-vakanzi? Sa meta hu ppjanat li jimtlew?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli interpellant li tirrifletti s-sitwazzjoni sad-data ta' meta l-informazzjoni qed titqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #18153 Sitting 418 2021-01-20 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Studenti barranin jistudjaw f’Malta

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm studenti barranin jistudjaw f’Malta? Minn fejn ġejjin dawn l-istudenti? X’korsijiet qed isegwu? Ma’ liema istituzzjonijiet qed jistudjaw?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li l-Malta Further and Higher Education Authority (MFHEA) ġabret l-istatistika għas-sena 2019/2020 u qed isir il-proċess ta’ data cleaning u analiżi ta' din id-data.
Leg 13 PQ #18154 Sitting 418 2021-01-20 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Skejjel – textbooks

Question

B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 17387 u 16232, tista’ l-Ministru tgħid kemm inxtraw liċenzji għall-materjal diġitali edukattiv minflok kotba u workbooks? Tista’ tgħid liema huma? Kemm swew? Minn min qed jintużaw? Tista’ tgħid jekk il-Gvern jaqsamx dawn ir-riżorsi ma’ skejjel tal-Knisja u Indipendenti? Jekk le għaliex?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li nxtraw 15,000 liċenzja għal kotba diġitali bil-Malti u 17,000 għal kotba tal-qari bl-Inġliż u kontenut diġitali marbut ma’ Xjenza, kitba kreattiva u Coding. Il-liċenzji huma għal Octavo Qari għal Qalbi, Scholastic Literacy Pro, Brainpop, Author Premium, Kerboodle u J2Code fejn swew €357,394. Dawn ir-riżorsi kollha huma parzjalment iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea mill-Program ESF03.059. Dawn ir-riżorsi qed jintużaw mill-istudenti u l-għalliema tar-4, 5, u s-6 sena fl-iskejjel kollha tal-Istat u anke fl-iskejjel tal-Knisja u Indipendenti. Ċertu riżorsi huma wkoll aċċessibbli għal studenti oħra ta’ snin oħra. Inxtrat ukoll liċenzja għas-suġġetti tal-Physics/Biology/Chemistry (Kerboodle) bin-nefqa tkun ta’ €10,703.23. F’dawn l-aħħar erba’ (4) snin investejna €1,569,862 f’software u kontenut diġitali. Barra minn dan, irrid insemmi l-ftehim milħuq mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb fejn qed jingħataw fondi fis-sena bħala dritt lill-awturi Maltin. Is-somma fis-sena kurrenti 2021 hija ta’ €100,000.

Għawdex – high friction anti-skid surface treatment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn meta ilha mwaqqfa Infrastructure Malta, kemm-il metru ta’ high friction anti-skid surface treatment saru? Meta u fejn saru fuq it-toroq fil-gżira ta’ Għawdex? Kemm-il metru hu ppjanat li jsir high friction anti-skid surface treatment matul is-sena 2021 ġewwa l-gżira ta' Għawdex biex jonqsu r-riskji ta’ inċidenti u biex inaqqas ir-riskji ta' żlieq?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18158, l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-Mistoqsija għadha qed tinġabar. Il-mistoqsijiet dwar xogħlijiet fit-toroq ta’ Għawdex għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.
Leg 13 PQ #18159 Sitting 418 2021-01-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Il-Qala Għawdex – Triq l-Imġarr — ħsarat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhuma r-raġunijiet u min hu responsabbli għall-fatt li parti minn Triq l-Imġarr bejn Ġnien il-Familja u l-uffiċini tal-Kunsill tal-Qala fil-Qala Għawdex, li hi t-triq prinċipali li twasslek għar-raħal tal-Qala u li saret inqas minn ħames snin ilu, bdew jitfaċċaw fiha ħsarat konsiderevoli f'dawn l-aħħar ġimgħat f'din il-parti tat-triq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol f’din it-triq sar mill-Water Services Corporation xi snin ilu sabiex inbidel il-main prinċipali tal-ilma li jissuplixxi lil Għawdex. Il-Ministeru se jkun qiegħed jara x’inhuma dawn l-allegat ħsarat.
Leg 13 PQ #18160 Sitting 418 2021-01-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – lista ta’ konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15690 u jagħti l-lista tal-konsulenti kollha ingaġġati mill-Ministeru/entitajiet/awtoritajiet u aġenziji tiegħu minn Ġunju 2017 sal-lum u għal kull konsulent jgħid kif kien ingaġġat u x’inhuma t-termini tal-ħlas/benefiċċji tiegħu/tagħha?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenti fi ħdan il-Ministeru huma ingaġġati skont il-Manwal rispettiv. Minn Ġunju 2017 sal-lum dawk ingaġġati bħala tali huma kif jidhru fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 13 PQ #18164 Sitting 418 2021-01-20 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Sports Complex – bdil ta’ parquet – spiża

Question

B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 17909, jista’ l-Ministru jikkunsidra li l-parquet li għadu ma ntużax jintuża fl-awli tal-Qorti ta' Għawdex u dana speċjalment peress li reċentement twaħħal fihom imitazzjoni tal-parquet li wieħed ma jistenniex li jitwaħħal f'tali ambjent?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li se nkun qed nieħu inkonsiderazzjoni din il-proposta.
Leg 13 PQ #18165 Sitting 418 2021-01-20 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Sports Complex – faċilitajiet sportivi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17908 kollha u jgħid x’inhi l-istima tan-nefqa li se ssir fuq dawn il-faċilitajiet tal-Gozo Sports Complex u mil-liema vot, ser issir din in-nefqa? Jista’ jgħid ukoll xi problema għandu biex iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti approvati tal-faċilitajiet sportivi li qed isiru f’dan is-sit u jikkonferma illi hemm permess tal-bini għall-faċilitajiet kollha li qed jinbnew?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li filwaqt li jirreferi għall-mistqosija parlamentari numru 17908, ninfurmah li sa issa ġew awarded dawn it-tenders: CT2141/2019 Tender for the civil and finishes works to construct New Gozo Aquatic Center Adjacent and Integrated to the Existing Sports Complex in Gozo li jammonta għall- €9,170,413.33 u ; CT2235/2020 Tender for the M&E works for the Gozo Aquatic Centre li jammonta għall- €3,238,519.02

Public Service Obligation – operat tas-servizz tal-vapur bejn Malta u Għawdex

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17639, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Public Service Obligation li ngħatat fit-30 ta' Settembru 2011 sabiex jiġi operat is-servizz tal-vapur bejn Malta u Għawdex?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirrefferi għal-mistoqsija Parlamentari 36221 tal-leġislatura 11, Seduta numru 502 tal-ewwel ta’ Ottubri 2012.