Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Tarxien – Triq Lampuka – xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk parti minn Triq Lampuka Ħal Tarxien hijiex ser tinbidel billi ma tinsabx fi stat tajjeb?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien diġa kellem lill-Infrastructure Malta sabiex tkun kkunsidrata mat-toroq li sejrin jsiru din is-sena u qegħdin jistennew risposta.

Gudja – Triq Santa Katerina u Triq id-Dejqa – xogħol

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24033, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk huwiex aċċettabbli li Toroq Santa Katerina u d-Dejqa, Gudja jibqgħu mhux lesti wara sentejn skorruti u jistax jinforma l-Kamra x’passi ttieħdu biex ikunu lesti? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kif ser ikunu l-ispazji għall-ipparkjar tal-vetturi tar-residenti?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li r-residenti jafu x`inhi sitwazzjoni u qed jifhmu li l-Kunsill qed jagħmel dak kollu possibli sabiex dawn ix-xogħlijiet isiru fl-iqsar ¿mien possibli għal ġid komuni ta` kulħadd. Il-Kunsill flimkien mall-kuntrattur u l-perit tiegħu qed jaħdmu kontinwament biex jitlesta xogħol. L-ispazji tal-parkeġġ ser ikunu b`tali mod li ma jostakolawx l-ebda bibien ta` residenzi u li jsiru ammont ta` parkeġġi possibli sabiex ir-residenti jkollhom fejn jipparkjaw.

Raħal Ġdid – Pjazza Antoine de Paule — xogħol

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24030 dwar Pjazza Antoine de Paule, Raħal Ġdid, jista’ l-Ministru jivverifika sewwa x’inhuwa jiġri u dan għax għall-kuntrarju ta’ dak indikat minnu, ebda xogħol ma beda kif ukoll li jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar rapport għax fl-aħħar żewġ domandi ppreżenta l-istess rapport ta’ April 2021?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ewwel ċertifikat tax-xogħol li diġa beda. Iktar ċertifikazzjonijiet jistgħu jinħarġu hekk kif jiġi ċertifikat iktar xogħol matul il-ġimgħat li ġejjin.

Lift fi blokka

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24038, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra f’liema ġurnata ser jinbdew ix-xogħlijiet?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat illi laqgħa mal-kuntrattur il-ġdid li sejjer ikompli dan ix-xogħol minnufih twettqet fid-19 ta’ Jannar 2022 fejn għal din il-laqgħa kien hemm preżenti numru ta’ residenti konċernati.

Ħidmet l-artisti – miżuri tat-taxxa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-miżuri tat-taxxa li tħabbru dwar ħidmet l-artisti għas-sena 2022 u l-mekkaniżmu li ser jitħaddem min-naħa tad-dipartiment?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-diskors tal-baġit għall-2022 tħabbar li individwi li għandhom dħul minn attività artistika (kif ċertifikat mill-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti) se jibbenefikaw minn rata ta’ taxxa finali ta’ 7.5%. L-individwu dejjem jibqagħlu l-għazla li jiġi ntaxxat bir-rati normali, jekk ikun jaqbillu hekk. F’dan ir-rigward, qed ikun studjat ukoll mekkanizmu sabiex isiru regoli li jimplimentaw il-possibiltà ta’ averaging tad-dħul fuq numru ta’ snin.

Ħaddiema liċenzjati tax-Xatt – ftehim bejn Transport Malta u l-Malta Dockers Union

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li ġie ffirmat bejn Transport Malta u l-Malta Dockers Union fejn Transport Malta għaddiet l-amministrazzjoni tal-ħaddiema liċenzjati tax-xatt lil Malta Dockers Union?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ftehim bejn Transport Malta u l-Malta Dockers Union

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li permezz tal-ftehim li ġie ffirmat bejn Transport Malta u l-Malta Dockers Union, li nżamm sigriet minn kullħadd inkluż mill-media, Transport Malta se tħallas lil Malta Dockers Union aktar minn nofs miljun ewro fis-sena għall-15-il sena li ġejjin?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ftehim bejn Transport Malta u l-Malta Dockers Union

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-ftehim li ġie ffirmat bejn Transport Malta u l-Malta Dockers Union, jagħti d-dritt lil Malta Dockers Union li hija tgħaddi l-amministrazzjoni tal-ħaddiema liċenzjati tax-xatt lill-kumpanija oħra li ma għandha x’taqsam xejn mal-ħaddiema tax-xatt?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ftehim bejn Transport Malta u l-Malta Dockers Union

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li permezz tal-ftehim li ġie ffirmat bejn Transport Malta u l-Malta Dockers Union, numru ta’ ħaddiema ta’ Transport Malta ġew jew ser jiġu trasferiti b’anqas dħul finanzjarju biex jagħmlu wisa’ għall-persuni ġodda magħżula mill-Malta Dockers Union jew mill-Kumpanija li ser tagħżel l-Union?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ftehim bejn Transport Malta u l-Malta Dockers Union

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jafx li l-kumpanija li se tagħżel il-Union biex tamministra l-ħaddiema tax-xatt hijiex il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li għandha paranetela mat-teżorier tal-Union u li diġà ngħatat mill-MDU l-amministrazzjoni tal-pagi tax-xufiera kollha li l-Union tibgħat il-Freeport minflok ħaddiema liċenzjati?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Armi tan-nar — permessi To Keep - trasferiment ta' armi

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'inhi l-proċedura meta persuna tiġi nieqsa u l-permessi To Keep ta' armi tan-nar u jgħaddu għand l-armla mingħajr il-bżonn li l-armi tan-nar joħorgu mir-residenza ta' fejn ikunu jinżammu? Jista’ l-Ministru jgħid jekk teżistix differenza fil-proċedura bejn: a) meta l-koppja miżżewġa u li għandha t-tfal, ikollha testment fejn il-konjuġi jkunu eredi universali ta' xulxin u b) meta l-koppja miżżewġa u li għandha t-tfal ma jkollhomx testment bejniethom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob l-Onor. Interpellanta tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Armi tan-nar – liċenzja To Keep

Question

Jista’ l-Ministru jinforma x'għandu jsir bejn il-konjuġi waqt li għadhom ħajjin, biex il-mara tkun tista' tibqa’ żżomm l-armi ta' żewġha u ma jinqalgħux problemi wara l-mewt tal-holder tal-liċenzja To Keep?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob l-Onor. Interpellanta tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

AFM – Search And Rescue Zone – operazzjonijiet b’dgħajjes – persuni salvati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il operazzjoni saret mill-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) b’dgħajjes tal-AFM fis-Search and Rescue zone ta’ Malta għal kull sena fis-snin 2019, 2020 u 2021, u kemm-il persuna ġiet salvata f’kull waħda minn dawn l-operazzjonijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

AFM – Search And Rescue Zone – operazzjonijiet b’dgħajjes – persuni salvati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn dawk il-persuni salvati f’operazzjonijiet tal-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) bid-dgħajjes tal-AFM fis-Search And Rescue Zone ta’ Malta, kemm inġabu f’Malta, kemm ittieħdu l-Italja u kemm ittieħdu l-Libya matul is-snin 2019, 2020 u 2021,?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

AFM – Search And Rescue Zone ta’ Malta – dgħajjes tal-AFM mhux involuti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il operazzjoni ta’ salvataġġ kienet ko-ordinata mill-Forzi Armata ta’ Malta (AFM) fis-Search And Rescue Zone ta’ Malta iżda f’liema d-dgħajjes tal-AFM ma kinux involuti għal kull sena 2019, 2020 u 2021, u kemm-il persuna ġiet salvata f’kull waħda minn dawn l-operazzjonijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

AFM – search and rescue zone ta’ Malta – dgħajjes tal-AFM mhux involuti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn dawk il-persuni salvati f’operazzjonijiet ko-ordinati mill-Forzi Armati ta’ Mala (AFM) fis-Search And Rescue Zone ta’ Malta iżda li fihom l-AFM ma pparteċipawx b’dgħ jjes tagħhom, kemm inġabu f’Malta, kemm ittieħdu l-Italja u kemm ittieħdu l-Libya?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Żejtun — Triq Xrobb l-Għaġin - xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24108 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrasturttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu u ġentilment jgħid x’xogħol qed isir u meta se titkompla Triq Xrobb l-Għaġin fiż-Żejtun li ilha snin li nbdiet u terġa’ tinqala b’konsegwenzi serji għar-residenti u bdiewa li jużaw din it triq?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta¿-¯ejtun li x-xogħol fi Triq Xrobb l-Għaġin hu f’idejn l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li jidher li għal raġunijiet differenti, fosthom tibdil fil-kuntrattur, il-progress kien kajman.

Foundation for Social Welfare Services – financial statements

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-Foundation for Social Welfare Services?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed nqiegħed fuq l-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokumenti mitluba minnu.

Foundation for Medical Services – financial statements

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-PBS Ltd?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23120 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili li saru fis-snin 2019 u 2020 u fis-sena 2021 sa issa mill-Ministeru, id-Dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? F'kull każ jista' jgħid liema kienet l-entità li għamlet/tat il-grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili, kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju u x'kienet ir-raġuni għalxiex ingħatat?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-twegiba tinghata f’seduta ohra.