Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pulizija li jagħmlu l-kwarantina

Question

Jista' l-Ministru jirrimedja s-sitwazzjoni li lmentat minnha l-Police Officers' Union fi ħdan il-General Workers Union u jassigura li l-pulizija li jkollhom jagħmlu kwarantina minħabba l-COVID-19 jingħataw quarantine leave minflok ma jkollhom jagħmlu użu mis-sick leave tagħhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-pulizija li jkunu ordnati u jkollhom jagħmlu kwarantina mandatorja meta ma jkunux posittivi bil-COVID-19, diġa jibbenefikaw mill-quarantine leave.
Leg 13 PQ #18324 Sitting 419 2021-01-25 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Pazjenti li qegħdin fid-Downtown Hotel – aċċess b’mezzi diġitali

Question

Jista' l-Ministru jiżgura li l-familjari tal-anzjani li qegħdin jinżammu fil-preżent fid-Downtown Hotel ikollhom aċċess għar-residenti aktar minn kwarta fil-ġimgħa u dan anke b'mezzi diġitali ħalli tiġi żgurata s-saħħa ta' kulħadd?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Servizz tas-Social Workers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18260 u jgħid kemm hemm social workers li jaħdmu fil-qasam tal-anzjani? X’inhija l-lista ta’ stennija biex anzjani jirċievu dan is-servizz?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-preżent hemm tmien social workers li jaħdmu fil-qasam tal-anzjani. Fil-preżent m’hemmx lista ta’ stennija biex anzjani jirċievu dan is-servizz.
Leg 13 PQ #18382 Sitting 419 2021-01-25 Oral · Final From: MARIA DEGUARA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Bed capacity għat-turiżmu estern u intern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-bed capacity għat-turiżmu estern u għat-turiżmu intern fil-lukandi, fl-appartamenti u fil-farmhouses rispettivament f’Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Sptar Monte Karmeli – Sala Numru 7 tal-Irġiel – TV u siġġijiet

Question

Billi irċevejt bosta lmenti minn diversi qraba tal-pazjenti li jirrisjedu fis-Sala tal-irġiel Nru 7 fl-Isptar Monte Karmeli, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx possibiltà li jiżdied TV ieħor u jiġi aċċertat li jkun hemm biżżejjed siġġijiet quddiem it-TV għax kif inhi is-sitwazzjoni illum, ninsab infurmat li l-pazjenti jridu jistennnew lil xi ħadd iqum biex joqogħdu bilqiegħda jaraw it-TV?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-sala tal-isptar imsemmi minnu, kull pazjent għandu fejn joqgħod bil-qegħda. Fil-preżent diġa hemm żewġ televiżjonijiet u qiegħed isir xogħol biex is-sistema tat-televiżjoni tinbidel għal waħda interattiva. B’hekk ikun jista jitwaħħal it-tielet televiżjoni f’parti oħra tas-sala.

Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk is-servizzi fejn l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali tagħmel moniteraġġ biex tara li dawn is-servizzi qed jingħataw b’mod professjonali?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali fir-rigward ta’ servizzi li jikkonċerna s-settur tal-anzjani u l-anzjanita’ attiva twettaq moniteraġġ f’servizzi ta’ Ħarsien Soċjali fuq bażi residenzjali, kura għall-anzjani b’kundizzjonijiet kroniċi u dipendenza għolja, ċentri ta’ matul il-jum, ‘respite’, ‘shelters’ u akkomodazzjoni temporanja, kif ukoll iservizzi speċjalizzati għall-anzjani bid-dimensja.

Ilmenti fid-Djar Residenzjali tal-Anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ lmenti għal kull Dar Residenzjali tal-Gvern f’din il-Leġiżlatura? Fuqiex kienu jikkonsistu dawn l-ilmenti u jekk dawn l-ilmenti ġewx indirizzati?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali rċeviet 27 ilment u d-Direttorat għal Anzjanita’ Attiva u Kura fil-Komunita’ rċieva 189 ilment u dawn ġew indirizzati. Tabella li turi l-ammont ta’ lmenti għal kull residenza kif ukoll dwar x’hiex kienu jikkonsistu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Karma.

Aġenzija Sapport: Is-Servizzi tas- Social Workers

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fiex jikkonsistu s-servizzi ta’ ħidma soċjali li qed jingħataw lill-persuni b’diżabilità? Kemm hemm social workers li qed iwettqu dawn is-servizzi? Kemm hemm persuni b’diżabilità li qegħdin fil-lista ta’ stennija għal dawn is-servizzi?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor Interpellant li fil-preżent l-Aġenzija timpjega 17-il Social Worker fuq bażi full-time. Dawn il-ħaddiema huma parti minn tim ta’ professjonisti li jservi bħala l-ewwel punt ta’ kuntatt għal dawk il-persuni li jixtiequ jaċċessaw is-servizzi tal-Aġenzija. Dawn il-ħaddiema soċjali jagħmlu l-assessjar meħtieġ u riferti lejn is-servizzi neċessarji. Dan waqt li jħejju wkoll rapporti għal diversi bordijiet u skemi li tmexxi l-Aġenzija; jagħtu sapport lill-familjari ta’ persuni b’diżabilità li jibbenefikaw mid-diversi servizzi tal-Aġenzija; kif ukoll jagħtu s-sapport meħtieġ lill-persuni b’diżabilità li jattendu ċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum, is-Servizzi Residenzjali kif ukoll dawk fil-Komunità. Fid-data tat-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari, il-lista ta’ stennija għal dan is-serviz hi ta’ 197. Dawn jinkludu 96 tfal, 43 adolexxenti u 58 adult. Matul is-sena 2020, dan is-servizz kellu 893 każ attiv.

Ftuħ ta’ hostels għall-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm infetħu hostels fil-komunità f’din il-Leġiżlatura sabiex jakkomodaw persuni bi problemi ta’ saħħa mentali? Fejn infetħu dawn il-hostels u kemm hemm persuni jgħixu fihom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’din il-Leġiżlatura infetħu 3 hostels ġodda sabiex jakkomodaw persuni bi problemi ta’ saħħa mentali u hemm 35 persuna tgħix fihom. Ghalhekk illum hemm 8 hostels li huma għad-dispożizzjoni tal-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali.

Ċentru Ċiviku tal-Mosta – responsabilitajiet tal-manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif tinqasam ir-responsabilità tal-manutenzjoni - upkeep - taċ-Ċentru Ċiviku tal-Mosta bejn l-entitajiet kollha li qed jagħmlu użu minn din il-binja? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra: a. il-kuntratt li l-Lands għandha mal-Kunsill Lokali tal-Mosta; b. il-kuntratt tal-Lands mal-Pulizija; c. il-kuntratt tal-Lands mad-Dipartiment tas-Saħħa; d. il-kuntratt tal-Lands mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali; u e. jekk hemm xi kuntratt ieħor ma' xi entità oħra?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra

Dar l-Annunzjata — xiri ta' sodod

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif wasal għal ftehim mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għax-xiri ta’ 190 sodda fid-Dar tal-Anzjani Dar l-Annunzjata u jindika jekk dan il-ftehim sarx wara li nħarġet sejħa pubblika u jekk le jagħti spjegazzjoni tal-proċedura li ntużat biex jiġi konkluż dan il-ftehim?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-negotiated procedure mal-kumpanija msemmija saret fuq 109 sodda. Il-Gvern qatt ma joħroġ sejħa pubblika sabiex jixtri sodod fil-privat iżda juża metodu ta’ negotiated procedure without prior publication mal-privat skont il-bżonn ta’ sodod. Dan il-bżonn joħroġ mill-lista ta’ stennija, bl-approvazzjoni neċessarji tad-Dipartment tal- Kuntratti, kif dejjem sar s’issa.

Dar l-Annunzjata — xiri ta' sodod

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ftehim għax-xiri ta’ 190 sodda fid-Dar l-Annunzjata mal-kumpanija li d-dettajli dwarha qed jingħataw separatament hux diġà ġie ffirmat, u jekk iva jgħid id-data ta’ meta ġie ffirmat u jippreżenta kopja tiegħu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ftehim għax-xiri ta’ 109 sodod mal-kumpanija li d-dettalji tagħha ngħataw separatament qiegħed fl-aħħar stadji biex ikun konkluż.

Dar l-Annunzjata — akkwist ta' sodod

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta seħħet l-ewwel laqgħa mal-kumpanija li d-dettajli dwarha qed jingħataw separatament fir-rigward tal-akkwist mill-gvern tal-maġġor parti tas-sodod li se jkunu preparati fir-residenza li se tissemma Dar l-Annunzjata u jgħid min kien preżenti għal dawn il-laqgħat?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ewwel laqgħa mal-Kumpanija msemmija saret fl-24 ta’ Lulju 2020 u kien hemm preżenti l-maniġment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità.
Leg 13 PQ #17861 Sitting 418 2021-01-20 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Bordijiet - Attendenza ta' membri

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17719 u 17510 u jagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħu matul din il-leġiżlatura?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li l-bordijiet li huma fid-dekasteru tal-Prim Minsitru fil-perjodu msemmi ltaqgħu kif ġej: Education Board for the Institute for Public Service - 32 laqgħa Institute for Public Services -13 laqgħa Medical Board (Uffiċċju Elettorali) -19 laqgħa Street Naming Committee Malta (Uffiċċju Elettorali) - 44 laqgħa RSSL - 17 laqgħa Board of Governors (NDSF)- 49 laqgħa Advisory Board (NDSF) -15 laqgħa State Aid Monitoring Board – 27 laqgħa Project Selection Appeals Board – 24 laqgħa Ninforma wkoll lill-Onorevoli Interpellant li fil-laqgħat kollha dejjem kien hemm kworum.

Formularju tal-Mediċini — Xeralto

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkunsidra li jdaħħal il-pilloli tal-qalb għat-traqqiq tad-demm ix-Xarelto fil-formularju minbarra il-Warfarina, peress li dawn jittieħdu partikolarment mill-anzjani pensjonanti, jiswew madwar €80 fix-xahar, u għandhom inqas riskji mill-Warfarina?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-mediċina msemmija minnu ġiet diskussa fil-kumitat tekniku tal-GFLAC u fiż-żmien li ġej se tiġi diskussa fil-kumitat tal-Advisory Committee for Healthcare Benefits. Nfakkru ukoll illi mill-2013 sal lum fil-formularju tal-gvern, dan il-gvern daħħal diversi mediċini/trattamenti ġodda għal diversi kundizzjonijiet fostom għall-kanċer tal-Prostata, Dijabete’, mard fil-pulmun kif ukoll tilqim lit-tfal fost oħrajn. Dawn jingħataw lill-pazjenti tagħna bla ħlas u li minnhom qed jibbenefikaw eluf ta’ pazjenti.

Pipeline tal-gass – rifjut għall-Fondi Ewropej

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-risposta mogħtija għar-rifjut għall-Fondi Ewropej għall-proposta ta’ pipeline tal-gass?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress illi d-dokument li qed jagħmel referenza għalih huwa propjeta tal-Kummissjoni Ewropea, id-dokument ma jistax jiġi ippubblikat minna. Barra minn hekk, dan id-dokument fih informazzjoni li tista’ tippreġudika applikazzjonijiet futuri li possibliment jistgħu jsiru minn Malta.

Korp tal-Pulizija — Każijiet dwar storbju eċċessiv minn karozzi privati – penali

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kemm-il penali nħarġet mill-Korp tal-Pulizija fuq każijiet li jirrigwardjaw storbju eċċessiv minn karozzi privati mill-2013 sal-2020, maqsuma sena b'sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi ċ-ċitazzjonijiet jew ‘tickets’ li nħarrġu mill-Pulizija rigward storbju eċċessiv (silencer mhux effettiv) minn vetturi privati sena b’sena, mis-sena 2013 sal-aħħar tas-sena 2020, kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: Sena Ċitazzjonijiet/ tickets 2013 120 2014 187 2015 214 2016 115 2017 100 2018 66 2019 64 2020 62 Total 928
Leg 13 PQ #17920 Sitting 418 2021-01-20 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Nefqa fuq komunikazzjoni lill-media

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17586, 17075, 15759, 14792 u 14248 u jgħid x'nefqa saret għall-komunikazzjoni lill-media u reklamar, press conferences, u fuq facebook mill-2017 ’l hawn?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha, kif mitlub, se jispiċċa jinqabeż l-advisory cost limit.

Servizzi Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17737 u jgħid x’għajnuna soċjali tingħata lill-persuni li jbatu mill-marda tal-Parkinson’s li għandhom inqas minn 60 sena? Kemm hi l-għajnuna? Kemm persuni jirċievu din l-għajnuna? Xi kriterji jrid jissodisfa min ikun eleġibbli għal din l-għajnuna? Jista’ jgħid x’għajnuna soċjali tingħata lill-persuni li jbatu mill-marda tal-Fibromyalgia li għandhom inqas minn 60 sena? Kemm hi l-għajnuna? Kemm persuni jirċievu din l-għajnuna? Xi kriterji jrid jissodisfa min ikun eleġibbli għal din l-għajnuna?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi persuna li tbati mill-Parkinson’s u għandha anqas minn 60 sena u hi kap ta’ familja, tikkwalifika għall- Għajnuna Soċjali bħal kull persuna oħra ġaladarba tissodisfa r-rekwiżiti stabbilit fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318). L-għajnuna li tingħata tvarja skont kemm ikollu dħul minn sorsi oħra u skont kemm ikun hemm persuni fil-familja. Peress li l-Għajnuna Soċjali ma’ hix marbuta ma mard speċifiku, ma tinżammx statistika dwar kundizzjonijiet mediċi. L-istess kriterji msemmija għal min ibagħti minn Parkinson’s jgħoddu ukoll għal min ibgħati minn Fibromyalgia u għandu anqas minn 60 sena. Minbarra dan, persuni li jbatu minn Fibromyalgia u jikkwalifikaw għall-Għajnuna Soċjali, jikkwalifikaw ukoll għall-Għajnuna Medika bir-rata ta €27.15 fil-ġimgħa, u dan bis-saħħa ta’ miżura fil-baġit ta din is-sena 2020. L-ammont ta persuni li jbatu minn Fibromyalgia u għandhom anqas minn 60 sena, u qed jirċievu l-Għajnuna Medika huma 27. Persuni li jaħdmu u jbatu minn Fibromyalgia, bis-saħħa ta’ miżura oħra fil-baġit ta’ din is-sena 2020, ma’ jitnaqqsulhomx l-ewwel tlett ijiem mit-tieni talba għal Sickness Benefit u mit-tieni talba jitħallsu tal-ġranet kollha li jkopru ċ-ċertifikati. Każi ta’ persuni li ħadu Benefiċċju tal-Mard bis-saħħa ta’ din il-miżura matul din is-sena kien ta 8. Ir-rati ta ħlas ivarjaw minn €13.73 kuljum jekk il-persuna tkun singola u €21.21 jekk ikun jifforma parti minn koppja.

Pipeline tal-gass – Fondi Ewropej

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-aħħar proposta li ssottomettiet Malta għall-Fondi Ewropej b’rabta mal-pipeline tal-gass?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ma tistgħax tiġi ppubblikata għax l-applikazzjoni fiha kontenut ta’ natura kummerċjalment sensittiva.