Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Enerġija, Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli – tender/direct orders lil kumpanija/individwu

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha jew xi entità li taqa’ taħtha taw xi tender jew direct order lill-kumpanija jew l-individwu li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-2013 sa issa? Jekk iva, tista’ taqsam din l-informazzjoni sena b’sena?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li la l-kumpanija msemmija u lanqas l-individwu msemmi ma ġew mgħotija tender jew direct order la minn naħa tal-Ministeru tiegħi u lanqas mill-entitajiet mid-dekasteru tiegħi.
Leg 13 PQ #18265 Sitting 419 2021-01-25 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ministeru għall-Edukazzjoni – tender/direct orders lil kumpanija/individwu

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha jew xi entità li taqa’ taħtha taw xi tender jew direct order lill-kumpanija jew l-individwu li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-2013 sa issa? Jekk iva, tista’ taqsam din l-informazzjoni sena b’sena?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li mid-Direttorati/Entitajiet fi ħdan il-Ministeru tiegħi, ma ngħataw l-ebda tender b'direct order lill-kumpanija jew l-individwu li d-dettalji dwarhom ngħataw separatament mill-2013 sal-lum. Fl-2020 il-kumpanija indikata mill-Onorevoli interpellant ingħatat kuntratt għal servizzi legali minn waħda mill-Entitajiet, wara tender pubbliku li ħarġet fuq il-pjattaforma tax-xiri pubbliku tal-Gvern.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – tender/direct orders lil kumpanija/individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu taw xi tender jew direct order lill-kumpanija jew l-individwu li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-2013 sa issa? Jekk iva, jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija msemmija toffri s-servizzi ta’ konsulenza lil Dar il-Mediterran għal Konferenzi. Dan is-servizz beda jingħata mis-sena 2019 u s’issa tħallset s-somma ta’ kważi €8000.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – tender/direct orders lil kumpanija/individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu taw xi tender jew direct order lill-kumpanija jew l-individwu li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-2013 sa issa? Jekk iva, jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat illi l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej ma ta l-ebda tender jew direct order lill-kumpanija li qed jirreferi għaliha.

Immigranti Illegali – għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jgħid Malta kemm irċeviet għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea, fir-rigward tal-immigranti illegali li waslu Malta u għamlu talba għall-ażil jew għajnuna umanitarja mis-sena 2010 'l hawn, sena b'sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea tiġi kkalkulata fuq bażi ta’ programmi ta’ perjodu ta’ seba’ snin. F’dan il-każ, il-perjodu tal-programmi rilevanti huwa mill-2007 sal-2013 u mill-2014 sal-2020 rispettivament. Il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi uża mill-fondi msemmija hekk kif jidher hawn taħt: Perjodu ta’ programm 2007-2013 • General Programme "Solidarity and Management of Migration Flows" (SOLID Funds) - €9,319,677.38 Perjodu ta’ programm 2014-2020 • Asylum, Migration and Integration Fund – €13,148,659.26 Irid jibqa’ jkun iċċarat li tul is-snin Malta refgħet piż sproporzjonat fejn tidħol l-isfida tal-immigrazzjoni rregolari u għalkemm bi dritt nippretendu li nikkwalifikaw minn din it-tip ta’ għajnuna dan ma jfissirx li tista’ b’xi mod tkun meqjusa bħala kumpens sodisfaċenti għall-fatt li pajjiżna ġarr piż li hu sproporzjonat. Għalhekk l-istrateġija tal-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-liġi tibqa’ bbażata fuq tliet prinċipji. L-ewwel dak li nipprevjenu l-wasliet, it-tieni li jkun hemm iktar rilokazzjoni lejn pajji¿i oħra tal-Unjoni Ewropea u t-tielet li nsaħħu l-ħidma fuq ir-ritorn ta’ dawk li m’għandhomx dritt għall-ażil.

Pulizija, Suldati, Uffiċjali tal-Ħabs – prijorità għal Tilqim tal-COVID-19

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet sabiex pulizija, suldati u uffiċjali tal-ħabs speċjalment dawk li jkunu f'kuntatt kontinwu mal-pubbliku jew persuni oħra jingħataw prijorità fit-tilqim kontra l- COVID-19?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li diġa’ hemm ftehim f’dan is-sens mal-awtoritajiet tas-saħħa u bdew isiru l-arranġamenti meħtieġa.

Għawdex – uffiċjali tal-pulizija stazzjonati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm uffiċjali tal-pulizija stazzjonati f'Għawdex, grad bi grad, sena b'sena mis-sena 2010 'l hawn?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ uffiċjali tal-pulizija stazzjonati f'Għawdex, grad bi grad, sena b'sena mis-sena 2010 'l hawn kien kif jidher fit-tabella hawn taħt: Supt. Insp. SM PS WPS PC WPC RPC Total 31.12.2010 1 2 1 17 95 14 130 31.12.2011 1 2 1 16 92 15 127 31.12.2012 1 2 1 14 79 15 112 31.12.2013 1 2 1 17 1 89 14 125 31.12.2014 1 2 3 17 92 15 2 132 31.12.2015 1 1 3 16 1 88 12 2 124 31.12.2016 1 2 1 16 95 11 4 130 31.12.2017 1 2 1 16 1 89 10 9 129 31.12.2018 1 2 1 17 1 88 10 8 128 31.12.2019 1 2 17 1 88 11 7 127 31.12.2020 1 2 1 16 1 85 8 7 121

Għawdex – Għases tal-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm għases tal-pulizija f'Għawdex u kemm hemm minnhom li qed jinfetħu parzjalment jew li ma jinfetħu qatt?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi kif ġie spjegat diversi drabi fi tweġibiet għall-Mistoqijiet Parlamentari simili, f'Għawdex bħal Malta l-għases principali jiftħu erbgħa u għoxrin siegħa kuljum. Bħalma dejjem kienet il-prassi, għases sekondarji oħra jinfetħu skond l-esiġenzi tas-servizz. Madankollu f'Għawdex issir ronda regolari permezz ta’ vetturi tad-distrett u dawk tal-Iskwadra Mobbli u dawn jilħqu l-ħtiġijiet u s-servizzi operazzjonali kollha tal-pulizija fil-lokalitajiet rispettivi. Dan barra milli ssistemi ta’ intercom li qed jiġu u se jibqgħu jkunu installati f’ghases Għawdex ukoll fejn il-pubbliku jista direttament jaqbad mal-Kwartieri Generali il-Pulizija 24/7 minn fejn tiġi koordinata l-assistenza. Kif spjegajt drabi oħra, l-istrateġija tal-Korp hija li jżid il-pulizija fit-triq għaliex huwa biss b’dan il-mod li tista’ titnaqqas il-kriminalita fit-toroq Għawdxin. Fil-fatt il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi, flimkien mal-pulizija qed nippjanaw biex Għawdex ukoll jibda jgawdi mill-pulizija tal-komunità.

Naxxar – Triq il-Milizja – wiċċ ġdid

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jinforma lill-Kamra meta Triq il-Milizja ġewwa n-Naxxar ser tingħata wiċċ ġdid,peress li din tinsab fi stat ħażin ħafna u ilha abitata ‘l fuq minn erbgħin sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-ċOnor. Interpellant li bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajji¿na jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Fil-ftit ¿mien kemm ilha li twaqqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’madwar 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali u bħalissa għaddejjin xogħlijiet f’għexieren ta’ toroq oħrajn. Fil-lokalità tan-Naxxar diġà bniet mill-ġdid Triq il-Kappella ta’ San Mikiel, Triq ix-Xbieki, Triq John Adye, Triq San Franġisk t’Assisi u Triq San Pawl. Waqt li bħalissa qegħdin isiru Triq il-Forġa, Triq il-Fortizza tal-Mosta u triq bla isem fi Vjal il-Labour, Triq il-Milizja diġà kienet ippjanata biex tinbena mill-ġdid fiż-żmien li ġej flimkien ma’ toroq oħrajn f’din il-lokalità li jinkludu Triq il-Ġdida, Triq il-Magħtab, Triq Leli Falzon, Triq Ġdida fi Triq tat-Tarġa u Triq Santa Klara. Infrastructure Malta diġà għamlet ukoll xogħlijiet f’diversi toroq oħrajn fil-lokalità tan-Naxxar. Dawn kienu jinkludu xogħol fit-Telgha ta’ Alla u Ommu, Triq Wied Filep, Triq Santa Fawstina ta’ Kowalska, Triq Tal-Balal, roundabout junction ġdida fi Vjal il-Labour, kif ukoll titjib fir-roundabout junction bejn Triq il-Parroċċa and Triq San Pawl fost oħrajn. Sar ukoll titjib kbir fit-toroq ewlenin tal-inħawi bejn iċ-ċimiterju ta’ Ħal Lija, l-Iklin u n-Naxxar, filwaqt li nbena parkeġġ ġdid ħdejn ir-Riserva Naturali tas-Salina. Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.

MCCAA – laqgħat tal-Bord tal-Gvernaturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) mill-bidu ta’ Jannar 2020 s’issa maqsuma, xahar b’xahar? F’kull każ jista’ jgħid jekk dawn sarux b’mod virtwali u jekk iva meta? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll kemm saru laqgħat tal-Kunsill għall-Affairjiet tal-Konsumatur mill-bidu ta’ Jannar 2020 s’issa, maqsuma xahar b’xahar? F’kull każ jista’ jgħid jekk dawn sarux b’mod virtwali u jekk iva meta?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor/ Interpellant li l-Bord tal-Gvernaturi iltaqa’ 11-il darba minn mindu nħatar f’April 2020. Dawn il-laqgħat saru kollha b’mod virtwali. Il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur iltaqa’ 8 darbiet, bi 3 laqgħat minnhom ikunu b’mod virtwali.

REWS – laqgħat tal-Bord tat-tmexxija

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru laqgħat tal-Bord tat-tmexxija tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) mill-bidu ta’ Jannar 2020 s’issa maqsuma xahar b’xahar? F’kull każ tista’ tgħid jekk dawn sarux b’mod virtwali u jekk iva meta?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Jannar 2020 sa Diċembru 2020 saru għaxar laqgħat, wahda kull xahar, għajr għal Marzu u Awwissu 2020 għar-raġunijiet imsemmija hawn isfel. F’Jannar 2020 u Frar 2020 il-laqgħat saru fiżikament mill-uffiċċji tar-Regolatur. F’Marzu 2020, għalkemm kien hemm data pjanata għal-laqgħa, din ma setgħetx issir minhabba d-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa dwar ir-ragruppament ta’ persuni fi spazju konfinat. F’Awwissu 2020, il-laqgħa ma setgħetx issir minhabba li kien spiċċa t-terminu ta’ l-għadd tal-membri tal-Bord, sakemm inħatru membri godda. Il-laqgħat minn April 2020 `il quddiem saru online, u kif ukoll fiżikament, b’mod kontrollat u in linea mad-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa, għal min deherlu li kellu jattendi b’mod fiżiku ġewwa l-uffiċċju.

MCA – laqgħat tal-bord

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat tal-Bord tal-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) mill-bidu ta’ Jannar 2020 s’issa maqsuma xahar b’xahar? F’kull każ jista’ jgħid jekk dawn sarux b’mod virtwali u jekk iva meta?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra

Stair Lifts — kumpaniji

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18157 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjantià Attiva u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid liema kienu l-kumpaniji li ngħataw kuntratti biex jinstallaw stair lifts issussidjati mill-Awtorità tad-Djar sena b’sena bejn l-2016 sal-lum?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar ma tqabbadx kuntratturi sabiex jiġu installati stair-lifts. L-applikanti li jeħtieġu stair-lift japplikaw mal-Awtorità tad-Djar għal għajnuna finanzjarja, liema finanzjament jingħata wara li l-kumpanija magħżula mill-applikant tinstallah. L-Awtorità ma żżommx informazzjoni dwar il-kumpaniji li jqabbdu l-applikanti.

Birkirkara — kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18019 u 17893 u jgħid: a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq ta’ Birkirkara, triq b’triq; b. kemm minn dawn għadhom attivi; c. quddiem liema proprjetà; d. għal liema skop huma riservati; u e. meta saru?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar minħabba li tirrikjedi ammont kbir ta’ xogħol.

Ħal Balzan — Kaxxi sofor u blu għal parkeġġ riservat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18020 u 17896 u jgħid: a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq ta’ Ħal Balzan, triq b’triq; b. kemm minn dawn għadhom attivi; c. quddiem liema proprjetà; d. għal liema skop huma riservati; u e. meta saru?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar minħabba li tirrikjedi ammont kbir ta’ xogħol.

L-Ilklin — Kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18021 u 17897 u jgħid: a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq tal-Iklin, triq b’triq; b. kemm minn dawn għadhom attivi; c. quddiem liema proprjetà; d. għal liema skop huma riservati; u e. meta saru?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar minħabba li tirrikjedi ammont kbir ta’ xogħol.

Il-Mosta — kaxxi sofor u blu għal parkeġġ riservat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18022 u 17898 u jgħid; a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din l-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq tal-Mosta, triq b’triq; b. kemm minn dawn għadhom attivi; c. quddiem liema proprjetà; d. għal liema skop huma riservati; u e. meta saru?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar minħabba li tirrikjedi ammont kbir ta’ xogħol.

Burmarrad – kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18167 u 17900 u jgħid: a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq ta’ Burmarrad, triq b’triq; b. kemm minn dawn għadhom attivi; c. quddiem liema proprjetà; d. għal liema skop huma riservati; u e. meta saru?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar minħabba li tirrikjedi ammont kbir ta’ xogħol.

Ħal Lija – kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18168 u 17901 u jgħid: a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq ta’ Ħal Lija, triq b’triq; b. kemm minn dawn għadhom attivi; c. quddiem liema proprjetà; d. għal liema skop huma riservati; u e. meta saru?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar minħabba li tirrikjedi ammont kbir ta’ xogħol.

Mosta -Triq San Pawl tal-Qlejgħa u Triq il-Kbira – xogħlijiet

Question

Rigward il-proġett li qed isir fil-Mosta, parti fi Triq San Pawl tal-Qlejgħa u parti fi Triq il-Kbira, jista’ l-Ministru jgħid: 1. X’inhi l-ispiża ta’ dan il-proġett?; 2. Fiex jikkonsisti dan il-proġett?; u 3. Kemm-il darba ser isir water culvert ġdid għall-ilma tax-xita, jista’ jgħid sa fejn ser ikun iwassal u jinġabar l-ilma tax-xita?

Response (BORG, IAN)

Dan il-proġett jibda miz-zona ta’ Triq il-Kunċizzjoni u jispiċċa ħdejn Pjazza San Leonardu u l-ispiża preliminari tammonta ghal €1,380,000. Kif diġà kelli l-okkażjoni nispjega meta weġibt mistoqsijiet parlamentari oħrajn li saru mill-istess Onorevoli membru, billi t-triq indikata kienet f’kundizzjoni ħażina ħafna bil-karreġġjati tal-karozzi saħansitra jvarjaw fil-wisgħa u fil-biċċa l-kbira tal-allinjament tat-triq lanqas biss hemm bankini, sar disinn ġdid bil-għan li l-karreġġjati jkunu standard u jinħolqu rotot kontinwi siguri għall-mixi bl-introduzzjoni ta’ bankini fuq iż-żewġ naħat. Għaldaqstant, permezz ta’ dan il-proġett, qed tingħata prijorità lil ħafna persuni li mill-Mosta u lokalitajiet oħrajn viċin imorru bil-mixi lejn l-inħawi ta’ Ta’ Qali. Minbarra bini ta’ bankini u bini mill-ġdid tat-triq, ix-xogħol jinkludi wkoll tibdil tas-servizzi jew servizzi ġodda taħt l-art għall-ilma, drenaġġ u telekomunikazzjoni, kif ukoll sistema ġdida ta’ water culvert għall-ilma tax-xita. Filwaqt li beda x-xogħol fuq il-water culvert fil-limiti tal-proġett dan imbagħad se jiġi estiż sabiex finalment jitfa’ fil-wied. Il-pjan minn Infrastructure Malta ma jinkludix biss din it-triq, iżda diversi toroq li hemm fl-inħawi ta’ Ta’ Qali u li fiż-żmien li ġej ukoll ser jitranġaw biex ikunu aktar siguri għal kull min jużahom, filwaqt li jagħtu aktar opportunitajiet għal mezzi tal-ivvjaġġar alternattivi. Dan se jkun aktar importanti fid-dawl tal-fatt li fiż-żmien li ġej f’dawn l-inħawi ser ikollna Park Nazzjonali ġdid li qed jiġi żviluppat mill-Gvern f’Ta’ Qali wkoll. It-triq imsemmija fiha wkoll siġar maturi li kienu prattikament fil-karreġġjata tal-karozzi u li permezz tad-disinn ġdid ser jiġu mħarsa u saħansitra se jinħolqu spazji għal aktar siġar. Fl-inħawi hemm postijiet alternattivi fejn jistgħu jiġu pparkjati vetturi u l-pjan ta’ titjib għal din iz-zona sar bi ftehim mal-Kunsill Lokali u mal-awtoritajiet kollha konċernati, bħala soluzzjoni sostenibbli biex aktar persuni jkunu jistgħu jgawdu dawn l-inħawi f’sigurtà, b’mod partikolari r-residenti Mostin, li bħalissa biex jaslu bil-mixi lejn il-ġonna u faċilitajiet oħrajn f’Ta’ Qali jridu jgħaddu minn toroq perikolużi li ma fihom ebda bankini jew infrastruttura oħra sigura għalihom.