Legislature:
Category:
Reset
Active:

Produzzjoni tal-Ilma mir-Reverse Osmosis

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet il-produzzjoni ta’ ilma mir-reverse osmosis f'pajjiżna matul is-snin 2015 sal-2020 maqsuma skont l-impjanti rispettivi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella t'hawn taħt: Sena Pembroke RO Lapsi RO Ċirkewwa RO Total Annwali m3 (miljuni) m3 (miljuni) m3 (miljuni) m3 (miljuni) 2015 10.4 4.9 2.5 17.8 2016 10.3 5.3 2.9 18.5 2017 11.0 4.9 3.0 18.9 2018 11.1 4.9 3.4 19.4 2019 11.8 5.4 3.0 20.2 2020 10.9 5.7 3.6 20.2

Persentaġġ ta’ ilma miġbur mill-pjan

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'kien il-persentaġġ ta' ilma miġbur mill-pjan komparat ma' dak iffiltrat mill-baħar kull sena mill-2013 sal-2020?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella t'hawn taħt: Sena % Reverse Osmosis % Ilma tal-Pjan 2013 55% 45% 2014 54% 46% 2015 57% 43% 2016 57% 43% 2017 58% 43% 2018 58% 42% 2019 58% 42% 2020 58% 42%
Leg 13 PQ #17940 Sitting 419 2021-01-25 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Multi mogħtija lill-kumpaniji/banek/ individwi

Question

Wara s-sentenza tal-Qrati Maltin fil-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) fir-rigward ta' multi mogħtija lill-kumpaniji/banek/individwi li ngħataw multi ta' aktar minn 10% tat-turnover tagħhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Att Kontra l-Ħasil tal-Flus (Kap373) jipprovdi għall- proċedura ta’ Appell minn multi li jiġu imposti mill-FIAU fuq banek u kumpaniji oħra suġġetti għall-obbligi kontra l-ħasil tal-flus. Dan l-istess Att jipprovdi illi l-multi maħruġa mill-FIAU u li dwarhom jinfetaħ appell ma jkunux meqjusa finali u dovuti sakemm il-Qorti ma tikkonfermax id-deċizjoni tal-FIAU. Tajjeb ukoll, li wieħed jinnota wkoll li din il-proċedura ta’ appell hi waħda ampja ferm. Appelli jistgħu jsiru kemm fuq punti legali, kif ukoll fuq il-fatti li jkunu wasslu għall-impozizzjoni tal-multi.
Leg 13 PQ #17980 Sitting 419 2021-01-25 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ta’ Sannat Special Unit — studenti fl-età ta’ bejn 3 snin u 22 sena jattendu l-istess skola

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17716, tista' l-Ministru tgħid jekk hix qed tikkonsidra li tfal u studenti b'differenza tant kbira fl-eta' ta' bejn 3 snin u 22 sena, għandhomx jibqgħu jattendu lkoll fl-istess skola? Jekk iva x'inhuma l-pjanijiet tagħha?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istudenti li qegħdin jattendu s-Sannat Special Unit m’għandhomx għalfejn ma jibqgħux jattendu fl-istess Unit. Dawn l-istudenti diġà qed jiġu mqassmin fil-klassijiet rispettivi skont l-età tagħhom.

Foundation for Social Welfare Services – servizzi f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17715 u jelenka s-servizzi li l-Foundation for Social Welfare Services (FSWS) qed toffri ġewwa Għawdex? Jista' jispjega wkoll kemm persuni qed jirċievu kull wieħed minn dawn is-servizzi? Jista' jgħid ukoll kemm hemm persuni f'Għawdex li qed jirċievu xi wieħed mis-servizzi msemmija, maqsuma lokalità b'lokalità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.

Pazjenti tar-Renal Unit f’Mater Dei u fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex – tilqima kontra l-COVID-19

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma lill-Parlament meta hu maħsub li l-istaff u l-pazjenti tar-Renal Unit f'Mater Dei u fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex ser jingħataw it-tilqima kontra l-COVID-19?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-istaff kollu ta’ Mater Dei li għandhom clinical contact, kollha ngħataw il-vaċċin kontra l-COVID-19. Rigward pazjenti, Mater Dei ser taddotta l-Prioritisation Plan stabbilit mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika. Minn nhar l-Erbgħa 27 ta’ Jannar, Mater Dei ser tibda tagħti l-vaċċin lill-pazjenti mill-Onkoloġija.

Mediċini b’xejn – tibdil tad-disinn u l-ippakkeġġjar tal-mediċini

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma lill-Parlament x'inhuma r-raġunijiet għaliex l-għamla u d-disinn tal-ippakkeġġjar tal-mediċini u tal-mediċini nfushom li għalihom hu intitolat b'xejn il-pubbliku, jinbidel daqstant ta’ spiss? Jista' l-Gvern jikkonsidra li jnaqqas jew jevita dan it-tibdil, dan sabiex partikularment l-anzjani u persuni vulnerabbli jkollhom anqas diffikultajiet iżommu mar-rutina tal-mediċini li jieħdu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi peress li x-xiri ta’ mediċini jsir permezz ta’ sejħiet pubbliċi li diversi kumpaniji jistaw jikkompetu, l-għamla u d-disinn tal-ippakkeġġjar tal-mediċini jkun determinat skont min ikun rebaħ is-sejħa.

Learning Support Educators

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17438, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid minn min hu kompost il-bord li jiddeċiedi fuq każijiet umanitarji? Jista' jispjega wkoll xi proċedura jew kriterji jsegwi dan il-bord biex jistabbilixxi jekk Learning Support Educator b'każ umanitarju timmeritax li taqbeż il-waiting list u tmur taħdem direttament f'Għawdex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-bord imsemmi minnu ma jagħmilx parti mid-dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa għalhekk nitolbu biex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Batching plants f’Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament kemm hawn batching plants f'Malta u Għawdex u fejn jinsabu? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx minnhom li m'għandhomx il-permessi skont il-liġi biex ikunu jistgħu joperaw?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat

Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) – kawżi ġodda ppreżentati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kawża ġdida ġiet ippreżentata fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) kull sena bejn l-2013 u llum, sena b’sena?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ kawżi ġodda fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) kull sena bejn l-2013 u llum, sena b’sena huwa kif indikat hawn taħt: Sena 2013 Sena 2014 Sena 2015 Sena 2016 Sena 2017 Sena 2018 Sena 2019 Sena 2020 Sena 2021 Sede Superjuri 119 126 122 147 130 141 131 129 1 Sede Inferjuri 20 20 13 18 11 15 8 16 0 Total 139 146 135 165 141 156 139 145 1

Qorti tal-Appell (Ċivili Superjuri) – appelli preżentati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il appell ġie ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Appell (Ċivili Superjuri) kull sena bejn l-2013 u llum, sena b’sena? Kemm kien iż-żmien medju (snin) ta’ stennija fl-2013 għall-ewwel seduta f’appelli ċivili quddiem il-Qorti tal-Appell u kemm huwa llum?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ appelli introdotti fil-Qorti tal-Appell (Ċivili Superjuri) kull sena bejn l-2013 u llum, sena b’sena kien hekk: SENA 2013 – 455 SENA 2014 – 449 SENA 2015 – 396 SENA 2016 – 471 SENA 2017 – 447 SENA 2018 – 334 SENA 2019 – 331 SENA 2020 – 319 SENA 2021* - -5 * Sal-11 ta’ Jannar 2021. Iż-żmien ta’stennija jvarja minn appell għall-ieħor.

Omiċidju Volontarju — Ġurijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ġuri hemm pendenti, fejn l-akkuża hija omiċidju volontarju? Jistax għal kull wieħed jgħid meta ġie ippreżentat l-Att ta’ Akkuża rispettivament?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-11 ta’ Jannar 2021.

Money laundering — Ġurijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ġuri hemm pendenti fejn l-akkuża hija money laundering? Jistax għal kull wieħed jgħid meta ġie ppreżentat l-Att ta’ Akkuża rispettivament?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-11 ta’ Jannar 2021.

Fondi pubbliċi – użu ħażin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jaqbilx li l-użu ħażin, deliberat, mifrux u/jew il-ħela fl-użu ta’ fondi pubbliċi għandux ikun delitt ad hoc, kif hemm f’diversi pajjiżi fl-Ewropa?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li diġa` hemm reat li jixbah ħafna, fl-elementi kostitutivi u kif ukoll fin-natura u x-xorta tiegħu, dak li huwa deskritt fis-suġġett tal-mistoqsija parlamentari. Dan huwa r-reat ta’ embezzlement li jinsab fl-artikolu 127(1) tal-Kapitolu 9 tal-Liġijiet ta’ Malta. Infatti juża terminoloġija kważi identika għall-mistoqsija parlamentari meta jistipola s-segwenti: Kull uffiċjal jew impjegat pubbliku illi, għal xi vantaġġ privat tiegħu jew għall-benefiċċju ta’ xi persuna jew entità oħra, jagħmel uz u ħażin minn flejjes tal-Gvern jew tal-privat, karti ta’ kreditu jew dokumenti, titoli, atti jew ħwejjeġ mobbli, illi jkunu ġew fdati lilu minħabba l-kariga jew impieg tiegħu, jew jisraqhom, jeħel, meta jinsab ħati, il-piena ta’ priġunerija minn sentejn sa sitt snin, u l-interdizzjoni ġenerali perpetwa. Dak li ma jinkwadrax f’dan ir-reat jista’ pero` jinkwadra fir-reat ta’ misapproprjazzjoni għat-tenur tal-artikolu 293 u 294 tal-Kapitolu 9 tal-Liġijiet ta’ Malta, jew inkella f’dak ta’ frodi li jinsab fl-artikoli 308 ( obtaining money or property by false pretences) u 309 ( other causes of fraudulent gain ) tal-Kodiċi Kriminali.

Rapporti ta’ cybercrime

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ cybercrime u kemm ġew solvuti mill-2017 sal-lum?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi bejn is-sena 2017 u s-sena 2020 it-Taqsima tas-Cybercrime tal-Pulizija li hija responsabbli li tagħti assistenza teknika f’kull investigazzjoni marbuta ma’ kriminalita, kienet involuta f’erba t’elef, ħames mija u tmien (4508) investigazzjoni ta’ diversi reati kriminali li fost oħrajn jinkludu, u¿u mhux dovut tal-kompjuter (computer misuse), frodi, insulti, theddid u vjolenza privata, reati relatati ma pornografija u reati sesswali.
Leg 13 PQ #18033 Sitting 419 2021-01-25 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – restrooms għal persuni bi bżonnijiet speċjali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il restroom fil-binja tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru hija aċċessibbli għal persuni bi bżonnijiet speċjali?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li huma 4 ir-restrooms fil-Berġa ta’Kastilja li huma aċċessibbli għal persuni bi bżonnijiet speċjali .

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija.– restrooms għal persuni bi bżonnijiet speċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il restroom fil-binja tal-Ministeru tiegħu hija aċċessibbli għal persuni bi bżonnijiet speċjali?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm żewġ faċilitajiet fil-Ministeru.