Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għassa ta’ Marsaxlokk – rapporti ta’ delitti u reati ta’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm delitti ġew rappurtati fl-Għassa ta’ Marsaxlokk tul is-sena li għaddiet u kemm kien hemm reati ta’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ rapporti ta’ delitti li seħħew f’Marsaxlokk tul is-sena 2020 kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt, li tinkludi wkoll l-ammont ta’ rapport ta’serq fl-istess lokalità. Mhux ir-rapporti kollha jkunu ġew irrapportati fl-għassa tal-lokal hekk kif illum hemm diversi modi kif wieħed jista’ jagħmel ir-rapport tiegħu, inkluż online jew bit-telephone. Wieħed jista’ jmur ukoll f’għassa ta’ lokalità oħra, partikolarment l-għases ewlenin, iżda eventwalment ir-rapporti dejjem ikunu rreġistrati fuq il-lokal fejn seħħ ir-reat. Delittti rrapurtati - Marsaxlokk 2020 Ammont Attentat ta’ offizi 2 Offizi fuq il-persuna 4 Uzu hazin tal- computer 3 Hsarat 15 Vjolenza domestika 19 Frodi 5 Hasil ta’ flus 1 Offizi sesswal 1 Serq 55 Theddid u vjolenza 2 Access f’post bla permess 1 Grand Total 108
Leg 13 PQ #18171 Sitting 420 2021-01-26 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema maċ-Ċivil jew fis-settur pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17781 u jgħid kemm kien hemm ħaddiema li b'xi mod jaqgħu taħt iċ-Ċivil u s-settur pubbliku fl-aħħar ta' Novembru 2020? Kemm kien hemm ħaddiema li b'xi mod jaqgħu taħt iċ-Ċivil, inkluż awtoritajiet u units, fl-aħħar ta' Frar 2013?

Response (ABELA, ROBERT)

Filwaqt li għal perjodu ta’Frar 2013, nirreferi lill Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 12908, ninsab nfurmat li fl-2020 l-persentaġġ ta’ ħaddiema mas-Settur Pubbliku kien ta ‘21%.

Multiple Sclerosis – kriterji għal għajnuna soċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17779 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17504, jista’ l-Ministru jgħid xi kriterji jrid jissodisfa min ikun eliġibbli għal din l-għajnuna u jkollu l-kundizzjoni tal-multiple sclerosis? Kulħadd jista' jieħu din l-għajnuna, jew hemm xi kriterji li jridu jiġu sodisfatti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.

Aġġudikazzjoni tal-għoti tal-kuntratt tal-bini tal-powerstation tal-Electrogas – membri u konsulenti ingaġġati

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħlasijiet kollha li saru lill-membri u jew konsulenti li b'xi mod jew ieħor kienu ingaġġati b'rabta mal-aġġudikazzjoni tal-għoti tal-kuntratt tal-bini tal-powerstation tal-Electrogas, inkluż u mhux limitat għall-membri tal-EoIC Committee, RfP Evaluation Committees Stage 1, Stage 2, Stage 3, Stage 4, Stage 5 u l-Programme Sponsoring Group, bl-ammont inkluż separat mogħti lil kull individwu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #18189 Sitting 420 2021-01-26 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

MFSA – Liċenzji taħt l-Att dwar l-Attiv Finanzjarju Virtwali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il liċenzja ħarġet l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) taħt l-Att dwar l-Attiv Finanzjarju Virtwali (Kap. 590 tal-Liġijiet ta’ Malta?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità s’issa ħarġet liċenzja waħda, kif ukoll tnax-il in-principle approval lill-entitajiet li jipprovdu servizz ta’ VFA taħt l-Att Dwar L-Attiv Finanzjarju Virtwali (Kap. 590 tal-liġijiet ta’ Malta). Barra minn hekk, l-Awtorità bħalissa għandha wkoll dsatax aġent ta’ VFA irreġistrati kif ukoll zewġ whitepapers għall-offerti dwar VFA inizjali u dħul għal negozju f’borza ta’ VFA.

Ħal Qormi – roundabout tal-erba’ qaddisin – xogħol ta’ tisbiħ

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15101 li kienet titlob lill-Ministru biex ġentilment jassigura, peress li issa għaddew diversi xhur minn meta sar ix-xogħol ta’ twessigħ tat-toroq tal-madwar, jista’ jerġa’ jirrestawra r-roundabout tal-area magħrufa bħala tal-Erba’ Qaddisin għall-istat tajjeb li kienet fih? Peress li snin ilu din ir-roundabout fid-daħla prinċipali ta’ Ħal Qormi kienet imsebbħa mill-Kunsill Lokali Qormi b’monument tal-Gran Mastru Pinto u bi shrubs/xtieli li jesponu b’mod sħiħ il-frażi Citta Pinto biex tilqa’ u tagħti merħba lin-nies deħlin f’Ħal Qormi, jista’ jara li dan ix-xogħol ta’ tisbiħ jerġa’ jsir? Għaliex il-Ministeru li kisser din ir-roundabout biex jagħmel xogħol ieħor ma jħossx ir-responsabbiltà li jirranġa fejn kisser għal-livell li kien qabel sar ix-xogħol? Jekk il-Ministru mhux il-Ministru responsabbli minn dawn ix-xogħlijiet, jista’ jgħid liema Ministeru kien responsabbli minn din it-traskuraġni li issa ilu madwar sentejn?

Response (BORG, IAN)

Filwaqt li mhux minnu li din ir-roundabout tkissret u tħalliet fi stat ta’ traskuraġni kif qed jiġi allegat, tant li kulma hemm nieqes minn dak kollu li semma l-Onorevoli membru wara li ġiet modifikata hija l-frażi Citta Pinto, huwa ppjanat li fiż-żmien li ġej id-dehra ta’ din ir-roundabout tkompli tissebbaħ.

Is-sitt u s-Seba’ Distrett – Tarmak li sar minn Fondi ta’ Infrastructure Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il triq saret bit-tramak minn fondi ta’ Infrastructure Malta mill-2013 (inkluż dawk mgħoddija lill-kunsilli lokali) sal-lum fil-lokalitajiet kollha tas-6 u s-7 distrett? Jista’ jagħti l-informazzjoni lokalità b’lokalità u b’total ta’ metri għal kull lokalità u sena b’sena? Jista’ jgħid min kienu l-kuntratturi f’kull każ? Kemm kienet in-nefqa f’kull każ?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Kunsilli lokali – permessi

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 15097 u 15702 u l-permessi u l-istandards li jrid ikollhom il-kunsilli lokali biex jagħmlu toroq u pavimentar, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ċ-ċertifikazzjonijiet kollha għall-pavimentar li sar fi Triq San Bastjan/San Bartilmew (quddiem l-bank HSBC u l-knisja ż-żgħira ta’ San Bastjan)? Peress li waslu diversi ilmenti dwar l-istat perikoluż li jkun fih il-pavimentar ta’ Triq San Bastjan (quddiem il-bank HSBC u l-knisja ż-żgħira ta’ San Bastjan) fix-xita, għaliex isir jiżloq ħafna, u peress li ġew irraportati inċidenti fuq l-istess pavimentar li fortunatament s’issa ma kellhom l-ebda konsegwenzi serji għas-sewwieq u għar-residenti li jkunu mexjin fl-akkwati, jista’ jitlob rapport tekniku minn esperti indipendenti li x-xogħol sar verament skont l-istandards mitluba?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi li peress illi l-Kunsill għandu l-Perit tiegħu, ma jsirx rapport tekniku minn esperti indipendenti li x-xogħol sar verament skont l-istandards mitluba. Ninsab infurmat wkoll li l-Kunsill ser ikun qed jagħmel ix-xogħlijiet ta’ anti-skid solution malli t-temp jippermetti, bi spiża ta’ € 60,000 sabiex jindirizza l-problema taż-żlieq. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ċ-ċertifikazzjonijiet kollha għall-pavimentar li sar fi Triq San Bastjan/Triq San Bartolomew.

Qorti ta’ Għawdex – verbali dwar iffullar ta’ nies fl-awla b’relazzjoni mal-COVID-19

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemmx istanza fejn quddiem il-Qorti ta’ Għawdex , sarx verbal (jew verbali) minn xi Maġistrat sedenti dwar l-iffullar ta’ nies fl-awla b’relazzjoni mal-COVID-19 mill-1 ta’ Jannar 2021 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk iva, jistax iqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra 1) l-verbal li sar mill-Maġistrat sedenti dwar l-ammont ta’ nies fl-awla, b’relazzjoni mal-COVID-19. 2) Mistosijiet u r-risposti mgħotija lil newsportal lokali, Newsbook mill-Kap Eżekuttiv tal-Qorti Mr Frank Mercieca.

HSBC – taxxa introdotta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-Regolatur responsabbli mid-Drittijiet tal-Konsumatur ġiex infurmat uffiċjalment bit-taxxa introdotta mill-HSBC fuq servizzi bankarji, qabel ma’ din kienet introdotta u jekk le, jista’ jinvestiga sabiex jara kemm dan il-ħlas li huwa forma ta’ taxxa fuq l-iktar persuni vulnerabbli, bħal pensjonanti u low income earners, huwiex legali u ġust?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-bank m’għandux l-obbligu li jagħmel din in-notifika lill-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Konsumatur (MCCAA). Il-liġi tal-konsumatur ukoll ma tkoprix dan l-aspett ta’ prezzijiet jew tariffi.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – tender/direct orders lil kumpanija/individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu taw xi tender jew direct order lill-kumpanija jew l-individwu li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-2013 sa issa? Jekk iva, jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, skont ma jien infurmat, mill-informazzjoni miġbura mill-Ministeru u l-entitatijet li tagħhom jien responsabbli jirriżulta li fl-2018 ingħataw direct order kull waħda minn Projects Malta u Projects Plus, b’total ta’ €8,000 lill-kumpanija msemmija separatament. Fiż-żewġ okkażjonijiet, dawn ingħataw wara li kienu l-irħas offerta minn tliet kwotazzjonijiet miġburin għal servizzi dwar l-implimentazzjoni tar-Regolamenti għall-Protezzjoni tad-Dejta (GDPR).

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi – tender/direct orders lil kumpanija/individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu taw xi tender jew direct order lill-kumpanija jew l-individwu li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-2013 sa issa? Jekk iva, jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.
Leg 13 PQ #18270 Sitting 420 2021-01-26 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – tender/direct orders lil kumpanija/individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu taw xi tender jew direct order lill-kumpanija jew l-individwu li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-2013 sa issa? Jekk iva, jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-2013 sal-lum, la l-Ministeru għal Għawdex u lanqas l-Entitajiet li jaqgħu fi ħdanu ma taw xi tender jew direct order lill-kumpanija jew l-individwu li d-dettalji dwarhom ingħataw separatament.
Leg 13 PQ #18271 Sitting 420 2021-01-26 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol – tender/direct orders lil kumpanija/individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu taw xi tender jew direct order lill-kumpanija jew l-individwu li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-2013 sa issa? Jekk iva, jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru ma ta l-ebda tender jew direct order lill-kumpanija msemmija.

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal – tender/direct orders lil kumpanija/individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu taw xi tender jew direct order lill-kumpanija jew l-individwu li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-2013 sa issa? Jekk iva, jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja, u Drittijiet tat-Tfal (inkluż id-dipartimenti, entitajiet u aġenziji li jaqgħu taħt il-kappa tal-Ministeru), ma ħariġx tenders jew direct orders, lill-kumpanija jew l-individwu li qed jirreferi ghalijhom.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – tender/direct orders lil kumpanija/individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu taw xi tender jew direct order lill-kumpanija jew l-individwu li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-2013 sa issa? Jekk iva, jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar, kif ukoll l-entitajiet li jaqgħu taħtu, ma taw l-ebda tender jew direct order lill-kumpanija jew l-individwu li d-dettalji tagħhom ingħataw separatament u għaldaqstant it-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari hija nil.
Leg 13 PQ #18325 Sitting 420 2021-01-26 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel (Operations) Ltd – audited u management accounts

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18069, x'inhi r-raġuni li l-kumpanija Gozo Channel (Operations) Ltd għadha ma ffinalizzatx l-audited accounts għas-sena 2019 kif hi tenuta li tagħmel skont l-Att dwar il-Kumpaniji u l-Att dwar it-Taxxa tad-Dħul? Jista' jikkonferma li l-kumpanija msemmija tipprepara l-management accounts fuq bażi regulari u jekk fl-affermattiv, għaliex ma tpoġġewx il-management accounts kemm għas-sena 2019 kif ukoll għas-sena 2020 fuq il-Mejda tal-Kamra kif ġie mitlub fil-mistoqsija msemmija?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-management accounts ma jistgħux jitpoġġew fuq il-mejda tal-kamra minħabba li dawn ma humiex informazzjoni pubblika. Rigward l-audited accounts għas-sena 2019, dawn għadhom ma ġewx iffinalizzati minħabba li l-Awdituri għadhom qed jaħdmu fuqhom.

Trattament ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jindika x'passi ħa jew ser jieħu sabiex juri lill-awtoritajiet Russi d-diżapprovazzjoni ta' Malta għall-mod kif ġie trattat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament meta rritorna lura f'pajjiżu? Jista' jindika jekk Malta hux ser taqbel ma' membri oħra tal-Unjoni Ewropea li qed jinsistu li s-sitwazzjoni attwali tirrikjedi aktar sanzjonijiet kontra r-Russja?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma l-Onor. Membru li Malta assoċjat ruħha, flimkien mal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea kollha, Mad-dikjarazzjoni maħruġa mir-Rappreżentant Għoli Borrell li kkundannat bil-qawwa id-detenzjoni ta’ Alexei Navalny u ssejjaħ għar-rilaxx immedjat tiegħu. Wara l-każ li rrefera għalih l-Onor. Membru, għaddejjin ukoll diskussjonijiet fuq livell Ewropew dwar jekk għandhomx jiġu kkunsidrati sanzjonijiet addizzjonali ma’ dawk li diġa’ ttieħdu riċentament. Malta tqis li l-aħjar triq tkun waħda ta’ deċiżjoni komuni tal-Unjoni Ewropea.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – restraint chair

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-protocol li jintuża meta priġunier jitpoġġa fuq ’l hekk imsejjaħ Restraint Chair fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? Min jiddeċiedi meta u ma' min jintuża dan is-siġġu? Jista' jassigura lill-Kamra li ebda priġunier qatt ma tħalla għarwien fuq dan is-siġġu jew kellu investa mdaħħla ġo rasu waqt li kien marbut miegħu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

B’referenza għall-aħħar parti tad-domanda tiegħu ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi diġa caħdet kategorikament dak li qed jallega. Nirreferih wkoll għat-tweġiba 17653.

Third Country Nationals li daħlu illegalment f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li mhux Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn Third Country Nationals fil-pajjiż li oriġinarjament kienu daħlu illegalment fl-Unjoni Ewropea f'xi pajjiż ieħor membru tal-Unjoni u mhux f'Malta? Jista' jagħti l-figuri ta' kemm kien hemm Third Country Nationals li ġew ritornati lejn il-pajjiżi membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea fejn kienu daħlu oriġinarjament skont ir-regolamenti ta' Dublin mill-2010 'l hawn, sena b'sena? U kemm ġew ritornati lejn Malta skont l-istess regolamenti fl-istess perjodu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.