Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-ispiża fil-proġett tax-xogħol li sar fi Triq Burmarrad biex reġgħet inbniet mill-ġdid din it-triq? Jista' jgħid għal liema raġuni qed terġa' tinqala’ l-bankina li kienet għadha kemm inbniet u issa qed terġa' titkisser? Jista' jgħid kemm se tkun l-ispiża tal-ħidma li qed issir biex titkisser bankina u biex din l-istess bankina terġa' tinbena mill-ġdid?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ħlasijiet ta' reġistrazzjoni imposti mill-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) fuq bdiewa magħrufa bħala organic farmers? Jista' jgħid x'inhi r-raġuni għaliex qed tiġi imposta din it-tariffa?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħlasijiet ta' reġistrazzjoni imposti mill-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) (inkluż il-VAT) fuq bdiewa magħrufa bħala organic farmers huma dawn:
· €150 għall-ewwel tomna raba u €65 għal kull tomna oħra sa massimu ta’ €540. Dawn it-tariffi ilhom stabbiliti mill-2004 u ikkonfermati f’Ewros fl-2006.
Sabiex il-bdiewa jkunu jistgħu isejħu l-prodotti tagħhom bħala prodott organiku, iridu jikkonformaw mal-Leġislazzjoni Ewropea 834/2007. Jeħtieġ li jsiru kontrolli minn korp rikonoxxut għal dan il-għan sabiex juru li huma konformi mal-Leġislazzjoni Ewropea. L-MCCAA hi rikonoxxuta mill-Aworita’ Kompetenti għal Biedja Organika u mill-Kummissjoni Ewropea bħala Aworita’ Kompetenti biex toffri dan is servizz ta-ċertifikazzjoni.
Dan is-servizz jsir bi ħlas sabiex jiġu koperti l-ispejjeż tal-kontrolli u testijiet meħtieġa minn dan ir-Regolament. Dan sabiex il-konsumatur jkun assigurat mill-ġenwinita’ tal-prodotti organiċi.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex din il-familja li l-kont tad-dawl u l-ilma tagħha qed jingħataw separatament, ma għandhomx tnaqqis tal-Eko riduzzjoni?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Eko kontribuzzjoni hi mfassla u maħsuba sabiex tiffavorixxi lil dawk li b’għaqal jirnexxilhom iżommu l-konsum fil-parametri tan-normalita’ li tikkonsma familja skont minn kemm persuni hija komposta.
Dan hu benefiċċju biex il-konsum jinżamm taħt kontroll. F’dan il-każ il-konsum qabeż dan il- kalkolu maħsub allokat għall-familja ta’ żewġ persuni. Allura l-Eko kontribuzzjoni ma’ setgħatx tingħata. Il-kalkolu ta’ l-Eko kontribuzzjoni tinħadem pro-rata fuq kull kont.
Jista’ l-Ministru jipprovdi lill-Kamra lista, bl-isem tad-Djar Residenzjali għall-Anzjani kemm dawk tal-Gvern kif ukoll dwar tal-privat, li jinsabu kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kemm hu n-numru ta’ residenti li jistgħu jkunu akkomodati f’kull Residenza separatament?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn 39 Dar Residenzjali għall-Anzjani, hemm żewġt idjar li għandhom is-servizz sospiż minħabba li għadejjin bix-xogħlijiet ta’ rinovar u manutenzjoni. Madankollu, il-lista sħiha tad-Djar Residenzjali tal-Anzjani li jinsabu kemm f’Malta u f’Għawdex kif ukoll in-numru ta’ residenti li jistgħu jkunu akkomodati f’kull residenza tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Multiple Sclerosis – kriterji għal għajnuna soċjali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18172 u 17779 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17504, jista’ l-Ministru jgħid xi kriterji jrid jissodisfa min ikun eliġibbli għal din l-għajnuna u jkollu l-kundizzjoni tal-multiple sclerosis? Kulħadd jista' jieħu din l-għajnuna, jew hemm xi kriterji li jridu jiġu sodisfatti?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fit-Test tal-Mezzi, sabiex persuna tikkwalifika għall-Assistenza għal-Diżabilta` Severa (SDA) bil-kundizzjoni msemmija jiġifieri MS, jiġi ikkalkulat id-dħul mill-assi ta’ l-applikant biss. Jekk l-assi ikunu kongunti jittieħed nofs id-dħul. Jiġu kkunsidrati ukoll kull dħul ieħor li ma jkunx ġej minn impjieg.
Id-dħul kollu jiġi ikkalkulat fil-ġimgħa u persuna tali jitnaqqsilha l-benefiċċju biss, kemm il-darba id-dħul fil-ġimgħa ikun jaqbeż id-differenza bejn il-Paga Minima Nazzjonali u r-rata tal-benefiċċju. L-ammont li jeċċedi jitnaqqas gross mill-benefiċċju.
Qrati – deċiżjonijiet dwar aċċess sospiż lill-ġenituri għal uliedhom
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’dawn l-aħħar għaxar snin kemm-il deċiżjoni ħadu l-Qrati tagħna:
(a) li jkun hemm aċċess temporanjament sospiż biex ġenituri jaraw lil uliedhom;
(b) kemm huwa n-numru ta’ missirijiet li b’deċiżjoni tal-Qorti għandhom l-aċċess għal uliedhom temporanjament sospiż; u
(c) kemm huwa n-numru ta’ ommijiet li b’deċiżjoni tal-Qorti għandhom l-aċċess għal uliedhom temporanjament miżmum?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li ma tinżammx din it-tip ta’ statistika fl-Aġenzija dwar is-Servizzi għal-Qrati, Malta u Għawdex.
Tista’ l-Ministru tara li persuni nkarigati mill-verifika tal-kontijiet tal-ARMS jikkomunikaw ma’ din il-persuna li l-kontijiet tagħha qed jingħataw separatament, biex il-kontijiet ikunu spjegati għaliex skont ir-residenti milquta, mhux jieħdu l-informazzjoni meħtieġa dwar il-kontijiet u għaldaqstant ikunu jistgħu jiġu mħallsa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ARMS ikuntatjat lir-residenti kkonċernati fejn ġew spjegati l-kontijiet u ngħataw l-informazzjoni kollha neċessarja.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex se jiffirma l-Convention on Access to Official Documents tal-Kunsill tal-Ewropa, b’referenza CETS No. 2015? Jekk le, jista’ jindika r-raġuni għalfejn mhuwiex se jiffirmaha?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm mid-913-il persuna li kienu applikaw għas-sejħa tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), biex jiġu assenjati mas-section tal-contact tracing, fil-verità ġew ipproċessati u impjegati mas-section tal-contact tracing għall-COVID-19?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 18414.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid xi żviluppi saru b’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5792 dwar ftuħ ta' Ċentri oħra minn fejn persuna tista’ tbiddel jew tiġbor ċilindri tal-ossiġinu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm tliet postijiet minn fejn persuna tista’ ġġib jew tibdel iċ-ċilindru tal-ossiġnu. Dawn jinsabu fin-nofsinhar u fit-tramuntana ta' Malta u ieħor f'Għawdex.
Permezz tad-
delivery service
, ċ-Ċilindri ta l-Ossiġnu jistgħu wkoll jiġu mibdula/mogħtija mingħajr ħlas, fid-djar tal-pazjenti nfushom madwar Malta u Għawdex.
Ministeru għas-Saħħa – restrooms għal persuni bi bżonnijiet speċjali
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il restroom fil-binja tal-Ministeru tiegħu hija aċċessibbli għal persuni bi bżonnijiet speċjali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-binja tal-Ministeru għas-Saħħa hemm restroom waħda li hija aċċessibbli għal persuni bi bżonnijiet speċjali.
Ministeru għall-Wirt Nazzjoanli, l-Arti u l-Gvern Lokali – restrooms għal persuni bi bżonnijiet speċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il restroom fil-binja tal-Ministeru tiegħu hija aċċessibbli għal persuni bi bżonnijiet speċjali?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-binjiet li jappartjenu lill-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali huma mgħammra kif ġej b’ restrooms aċċessibbli minn persuni bi bżonnijiet speċjali:
Entity
Restrooms
Ministeru
1
ACM
2
Festivals Malta
1
Pjazza Teatru Rjal
5
Fondazzjoni Centru Kreattivita
2
Heritage Malta (inkluż siti storiċi)
44
Orkestra Filarmonika
3
Kon-Kattidral ta’ San Ġwann
1
Teatru Manoel
3
Valletta Cultural Agency
1
Direttorat għall-Gvern Lokali (Għawdex)
1
Direttorat tar-Restawr
1
Arkivji Nazzjonali
1
Malta Libraries
2
Kottonera Foundation
1
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – restrooms għal persuni bi bżonnijiet speċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il restroom fil-binja tal-Ministeru tiegħu hija aċċessibbli għal persuni bi bżonnijiet speċjali?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat li hemm restroom waħda li hija aċċessibli għal persuni bi bżonnijiet speċjali fil-binja fejn qiegħed l-uffiċċju tiegħi. Tajjeb li nżid ukoll li kemm Project House, kif ukoll Block A f’Belt is-Sebħ huma mgħammra b’rest room b’karatteristiċi simili.
Ministeru għal Għawdex – restrooms għal persuni bi bżonnijiet speċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il restroom fil-binja tal-Ministeru tiegħu hija aċċessibbli għal persuni bi bżonnijiet speċjali?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa, fil-binja tal-Ministeru, hemm żewġ restrooms li huma aċċessibbli għal persuni bi bżonnijiet speċjali. Min-naħa l-oħra, fil-preżent, il-Ministeru għal Għawdex għaddej bi proġett ta’ rinovar tal-binja tal-Ministeru. Permezz ta’ dan ir-rinovar, il-parti l-kbira tal-binja se ssir aċċessibbli għal kulħadd u għalhekk se jiżdiedu ir-restrooms li jkunu aċċessibbli għal persuni bi bżonnijiet speċjali.
Ministeru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija kontra l-Covid-19 – komunikazzjonijiet bil-miktub aċċessibbli għall-persuni neqsin mid-dawl
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jieħu l-Ministeru tiegħu u entitajiet li jaqgħu taħtu sabiex jara li komunikazzjonijiet bil-miktub ta' kull tip li jintbagħtu bil-posta jew mezzi oħra, ikunu f'format aċċessibbli li jinqara minn persuni neqsin mid-dawl?
Response (BONNICI, OWEN)
L-Onor. Interpellant għandu jkun mgħarraf li, waqt li l-ebda ministeru jew entità fi ħdan il-Gvern m’għandu aċċess għal informazzjoni dwar persuni b’diżabilità u x’tip ta’ diżabilità jsofru minnhom, hu prattikament impossibbli li kull korrispondenza li tintbagħat bil-posta tradizzjonali tkun ukoll f’format aċċessibbli li jinqara minn persuni neqsin mid-dawl.
Minkejja dan, fil-każ ta’ korrispondenza diġitali, nixtieq intenni li l-entità governattiva Fondazzjoni għall-Aċċessibilità tat-Teknoloġika tal-Informatika (FITA) toffri dan is-servizz lil kull individwu jew entitaijet li jitolbu din l-għajnuna biex jaqdu l-klijentela tagħhom bi spiża mħallsa mill-individwu jew l-entità.
Fil-fatt dawk li, minn jeddhom jitolbu l-assistenza tal-istess Fondazzjoni, jiġu ggwidati fl-installazzjoni ta’ programm apposta (software) biex il-kompjuter personali tagħhom ikun jista’ jaqralhom kull imejl li jirċievu, inkluż bl-ilsien Malti. It-taħriġ hu bi ħlas, filwaqt li l-programm hu b’xejn.
Nenfasizza li kull każ jiġi kkunsidrat fuq il-bażi individwali, inkluż biex tintuża l-aħjar teknoloġija assistiva, li tvarja minn Optical Character Recognition (OCR), Screen Reader, Braille jew anke tipa mkabbra. L-istess assistenza tvarja wkoll skont l-apparat li jkun se jintuża għal dan il-għan, bħal PC/laptop, mobile u/jew tablet, u anke skont il-platform użat, jiġifieri Windows jew MAC, Android jew Apple, eċċ.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – komunikazzjonijiet bil-miktub aċċessibbli għall-persuni neqsin mid-dawl
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jieħu l-Ministeru tiegħu u entitajiet li jaqgħu taħtu sabiex jara li komunikazzjonijiet bil-miktub ta' kull tip li jintbagħtu bil-posta jew mezzi oħra, ikunu f'format aċċessibbli li jinqara minn persuni neqsin mid-dawl?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li waqt li l-ebda Ministeru jew entità fi ħdan il-Gvern m’għandu aċċess għal informazzjoni dwar persuni b’diżabilità u x’tip ta’ diżabilità jsofru minnhom, hu prattikament impossibbli li kull korrispondenza li tintbagħat bil-posta tradizzjonali tkun ukoll f’format aċċessibbli li jinqara minn persuni neqsin mid-dawl.
Minkejja dan, fil-każ ta’ korrispondenza diġitali, nixtieq intenni li l-entità governattiva Fondazzjoni għall-Aċċessibilità tat-Teknoloġika tal-Informatika (FITA) toffri dan is-servizz lil kull individwu jew entitaijet li jitolbu din l-għajnuna biex jaqdu l-klijentela tagħhom bi spiża mħallsa mill-individwu jew l-entità.
Fil-fatt dawk li, minn jeddhom jitolbu l-assistenza tal-istess Fondazzjoni, jiġu ggwidati fl-installazzjoni ta’ programm apposta (software) biex il-kompjuter personali tagħhom ikun jista’ jaqralhom kull imejl li jirċievu, inkluż bl-ilsien Malti. It-taħriġ hu bi ħlas, filwaqt li l-programm hu b’xejn.
Nenfasizza li kull każ jiġi kkunsidrat fuq bażi individwali, inkluż biex tintuża l-aħjar teknoloġija assistiva, li tvarja minn Optical Character Recognition (OCR), Screen Reader, Braille jew anke tipa mkabbra. L-istess assistenza tvarja wkoll skont l-apparat li jkun se jintuża għal dan il-għan, bħal PC/laptop, mobile u/jew tablet, u anke skont il-platform użat, jiġifieri Windows jew MAC, Android jew Apple, eċċ.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – komunikazzjonijiet bil-miktub aċċessibbli għall-persuni neqsin mid-dawl
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jieħu l-Ministeru tiegħu u entitajiet li jaqgħu taħtu sabiex jara li komunikazzjonijiet bil-miktub ta' kull tip li jintbagħtu bil-posta jew mezzi oħra, ikunu f'format aċċessibbli li jinqara minn persuni neqsin mid-dawl?
Response (BORG, IAN)
L-Onor. Interpellant għandu jkun mgħarraf li, waqt li l-ebda ministeru jew entità fi ħdan il-Gvern m’għandu aċċess għal informazzjoni dwar persuni b’diżabilità u x’tip ta’ diżabilità jsofru minnhom, hu prattikament impossibbli li kull korrispondenza li tintbagħat bil-posta tradizzjonali tkun ukoll f’format aċċessibbli li jinqara minn persuni neqsin mid-dawl.
Minkejja dan, fil-każ ta’ korrispondenza diġitali, nixtieq intenni li l-entità governattiva Fondazzjoni għall-Aċċessibilità tat-Teknoloġika tal-Informatika (FITA) toffri dan is-servizz lil kull individwu jew entitaijet li jitolbu din l-għajnuna biex jaqdu l-klijentela tagħhom bi spiża mħallsa mill-individwu jew l-entità.
Fil-fatt dawk li, minn jeddhom jitolbu l-assistenza tal-istess Fondazzjoni, jiġu ggwidati fl-installazzjoni ta’ programm apposta (software) biex il-kompjuter personali tagħhom ikun jista’ jaqralhom kull imejl li jirċievu, inkluż bl-ilsien Malti. It-taħriġ hu bi ħlas, filwaqt li l-programm hu b’xejn.
Nenfasizza li kull każ jiġi kkunsidrat fuq il-bażi individwali, inkluż biex tintuża l-aħjar teknoloġija assistiva, li tvarja minn Optical Character Recognition (OCR), Screen Reader, Braille jew anke tipa mkabbra. L-istess assistenza tvarja wkoll skont l-apparat li jkun se jintuża għal dan il-għan, bħal PC/laptop, mobile u/jew tablet, u anke skont il-platform użat, jiġifieri Windows jew MAC, Android jew Apple, eċċ.
Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal – komunikazzjonijiet bil-miktub aċċessibbli għall-persuni neqsin mid-dawl
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jieħu l-Ministeru tiegħu u entitajiet li jaqgħu taħtu sabiex jara li komunikazzjonijiet bil-miktub ta' kull tip li jintbagħtu bil-posta jew mezzi oħra, ikunu f'format aċċessibbli li jinqara minn persuni neqsin mid-dawl?
Response (FALZON, MICHAEL)
L-Onorevoli interpellant għandu jkun mgħarraf li, waqt li l-ebda ministeru jew entità fi ħdan il-Gvern m’għandu aċċess għal informazzjoni dwar persuni b’diżabilità u x’tip ta’ diżabilità jsofru minnhom, hu prattikament impossibbli li kull korrispondenza li tintbagħat bil-posta tradizzjonali tkun ukoll f’format aċċessibbli li jinqara minn persuni neqsin mid-dawl.
Minkejja dan, fil-każ ta’ korrispondenza diġitali, nixtieq intenni li l-entità governattiva Fondazzjoni għall-Aċċessibilità tat-Teknoloġika tal-Informatika (FITA) toffri dan is-servizz lil kull individwu jew entitaijet li jitolbu din l-għajnuna biex jaqdu l-klijentela tagħhom bi spiża mħallsa mill-individwu jew l-entità.
Fil-fatt dawk li, minn jeddhom jitolbu l-assistenza tal-istess Fondazzjoni, jiġu ggwidati fl-installazzjoni ta’ programm apposta (software) biex il-kompjuter personali tagħhom ikun jista’ jaqralhom kull imejl li jirċievu, inkluż bl-ilsien Malti. It-taħriġ hu bi ħlas, filwaqt li l-programm hu b’xejn.Nenfasizza li kull każ jiġi kkunsidrat fuq il-bażi individwali, inkluż biex tintuża l-aħjar teknoloġija assistiva, li tvarja minn Optical Character Recognition (OCR), Screen Reader, Braille jew anke tipa mkabbra. L-istess assistenza tvarja wkoll skont l-apparat li jkun se jintuża għal dan il-għan, bħal PC/laptop, mobile u/jew tablet, u anke skont il-platform użat, jiġifieri Windows jew MAC, Android jew Apple, eċċ.