Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #24160 Sitting 537 2022-01-24 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport

Studenti li ma ħadux l-istipendju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għad hawn studenti li għadhom ma ħadux l-istipendju f’din is-sena akkademika li bdiet f’Ottubru 2021? Jista’ jagħti n-numru ta’ studenti, maqsuma istituzzjoni b’istituzzjoni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninsab infurmat li mill-applikazzjonijiet li t-Taqsima tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti rċeviet bejn l-ewwel ta’ Ottubru 2021 u t-18 ta’ Jannar 2022, 92% tal-applikanti eliġibbli diġa’ qegħdin jirċievu l-ħlas tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti, inkluż il-ħlas tal-istipendju dovut lilhom.
Leg 13 PQ #24161 Sitting 537 2022-01-24 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport

Għalliema li laħqu l-età tal-irtirar u talbu li jibqgħu fis-servizz

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm għalliema fl-aħħar 3 snin li laħqu l-età tal-irtirar u talbu li jibqgħu fis-servizz?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninsab infurmat li fl-2019 kien hemm sitt talbiet sabiex għalliema jibqgħu jaħdmu wara d-data tal-irtirar, fl-2020 kien hemm tlettax-il talba, filwaqt li fl-2021 kien hemm tnax-il talba.
Leg 13 PQ #24162 Sitting 537 2022-01-24 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport

Pandemija -lezzjonijiet mhux fl-iskola

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tfal ma rċevewx lezzjonijiet l-iskola minn Jannar lil hawn minħabba l-pandemija? Kemm minnhom kienu klassijiet sħaħ? F’liema skejjel kienu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma l-Onor. interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Mosta – Housing Estate Ta’ Milt – lifts fi blokok

Question

Jista’ l-Ministru jagħti skeda ta’ liema blokok li jinsabu fil-Housing Estate Ta’ Mlit, il-Mosta, se jsirilhom il-lift u b’liema ordni se jsir dan? Jista’ jgħid kif intgħażlu dawn il-blokok f’din is-sekwenza? Jista’ jagħti timeframe ta’ kemm qed jaħseb li x-xogħol se jdum u meta dan ix-xogħol sejjer ikun lest?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-installazjoni ta’ lifts fil-Housing Estate ta’ Mlit, Mosta qiegħed isir permezz ta’ l-Iskema LFT u permezz ta’ fondi ko-finanzjati permezz tal-proġett ERDF.08.043. Il-blokki li ha jipparteċipaw fil-proġett ERDF.08.043 huma; Block Bidu tax-xogħol Perjodu Indikattiv meta sejjer ikun lest ix-xogħol Block B3, Triq id-Dawr, Mosta Lest Lest Block C1, Ent A, Triq il-Planeċ, Mosta Lest Lest Block D2, Triq l-Istiratur, Mosta Lest Lest Block F4, Triq in-Nasba, Mosta Mibdi imma sospiż minħabba li l-kuntratt ġie terminat. Xogħol jitkompla fl-aħħar ġimgħa ta’ Jannar 2022 Awwissu 2022 Block A2, Triq il-Gzari, Mosta Mibdi u ongoing Lulju 2022 Block C3, Triq il-Gradiljoli, Mosta Mibdi u ongoing Lulju 2022 Block C5, Triq il-Gradiljoli, Mosta Mibdi u ongoing Lulju 2022 Block G1, Triq it-Trinċetta, Mosta Mibdi u ongoing Lulju 2022 Block G4, Triq it-Trinċetta, Mosta Frar 2022 Awwissu 2022 Block B2, Triq l-Istiratur, Mosta Marzu 2022 Settembru 2022 Block B4, Triq id-Dawr, Mosta Marzu 2022 Settembru 2022 Block D3, Triq il-Kultellazz, Mosta Marzu 2022 Settembru 2022 Block G3, Triq l-Istiratur, Mosta Marzu 2022 Settembru 2022 Il-programm tal-2022 hu skond kif inhuma mogħtija l-kuntratti. Ix-xogħol f’kull blokk idum bejn 6 – 9 xhur skond iċ-ċirkostanzi speċifiċi li wieħed isib f’kull blokka, b’mod partikolari fil-pedamenti, u dewmien fil-manifattura u shipping tal-lift u termini tal-kuntratti li bihom jitwettaq dan ix-xogħol. Is-sekwenza li fiha sejrin jitwettqu x-xogħlijiet hi bbażata skond l-iskop aħħari ta’ dawn il-fondi għall-Housing Soċjali ċioe bi prijorita’ tingħata lill-Blokki li għandhom l-għola numru ta’ appartamenti mikrija mill-Gvern ta’ Malta jew l-Awtorita’ tad-Djar. Sfortunatament il-Blokok G4, B4, G3, B2, F4, u D3 li ngħataw prijorita’ kienu f’tender li kellu jiġi tterminat u b’hekk dawn ix-xogħlijiet m’għadhomx skond il-programm oriġinali. Skema għall-applikazzjoni tal-lift volontarja (LFT) Block Bidu tax-xogħol Perjodu Indikattiv meta sejjer ikun lest ix-xogħol Block F1, Triq in-Nasba, Mosta Frar 2022 Novembru 2022 Block D, B, Triq il-Gradiljoli, Mosta Preparazzjoni tat-tender, biex dan il-proġett ikun inkluż 2023 Block A5, Triq il-Gzari, Mosta Applikazzjoni riċenti Block A4, Triq il-Gzari, Mosta Applikazzjoni riċenti Block A1, Triq id-Dawr, Mosta Applikazzjoni riċenti Block F2, Triq in-Nasba, Mosta Applikazzjoni riċenti L-applikazzjonijiet volontarji permezz tal-iskema LFT jiġu pproċessati skond l-ordni ta’ kif jidħlu l-applikazzjonijiet għand l-Awtorita'. Applikazzjonijiet minn residenti f'kundizzjoni ta' saħħa mwergħa jingħataw prijorità.

Marsaxlokk – proġett tal-pitch tal-waterpolo

Question

Wara li sena ilu l-Gvern ħabbar li ser isir il-proġett tal-pitch tal-waterpolo ta' Marsaxlokk, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-preparamenti għal dan il-proġett? Meta hu mistenni li jibda x-xogħol? Kemm ser idum biex jitlesta l-proġett?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa, il-Ministeru għat-Turiżmu, bl-għajnuna tal-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, għaddej b’ħidma sfieqa sabiex jitlesta l-proġett ta’ riġenerezzazjoni fin-naħa magħrufa bħala tal-Magħluq. Dan il-proġett jikkumplimenta proġetti oħra li diġa’ twettqu f’Marsaxlokk, fosthom il-bini ta’ parkeġġ ġdid, it-tiswija ta’ diversi toroq kif ukoll ir-riorganizazzjoni tal-Monti tal-Ħadd. Dawn kollha jagħmlu parti mill-proġett ħolistiku ta’ riġenerezzazjoni ta’ Marsaxlokk. Il-pitch tal-waterpolo ta’ Marsaxlokk ukoll huwa maħsub li jkun parti minn dan il-pjan u huwa maħsub li jiġi implimentat fil-fażi li jmiss tal-Pjan ta’ Riġenerezazzjoni wara li jitlesta l-proġett tal-Magħluq. Il-permess mill-Awtorita’ tal-Ippjanar inħareġ fis-sena 2021, u bħalissa għaddejja ħidma sabiex jiġi preparat id-dokument tat-tender relatat.

Berġa ta’ Ħ’Attard – servizzi

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma l-Kamra: (1) X'servizzi qed jingħataw fil-Berga ta' Ħ'Attard u b'liema frekwenza? (2) Kemm-il darba fil-ġimgħa qed jattendi tabib u x'tip ta' servizzi qed jagħti? (3) Is-servizz tat-tabib huwa 'walk in' jew bl-appuntament? (4) Is-servizz tal-podoloġija f'din il-Berġa qed tingħata BISS lid-dijabetiċi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-servizz tat-tabib fil-Klinika fil-Kommunita’ ta’ Ħ’Attard jingħata darba fil-ġimgħa, s-servizz tal-infermiera jingħata darbtejn fil-ġimgħa, tal-Podjatrija ħames darbiet fil-ġimgħa, tal-fiżjoterapija darbtejn fil-ġimgħa, tal-psikoloġista darba fil-ġimgħa, tal-iSpeech & Language Pathology tlett darbiet fil-ġimgħa, u tal-genetic counselling darba fil-ġimgħa. Is-servizz tat-tabib jingħata permezz ta’ appuntament u huwa bbażat fuq il-mudell ġdid fejn it-tabib jagħti servizz ħolistiku u jindirizza kull tip ta’ kura medika li jkollu bżonn il-pazjent. Is-servizz tal-podjatrija jingħata lil kull min ikollu bżonn kura tas-saqajn.

Mosta – Triq l-Għadajjar ma’ Triq id-Duna – bozoz

Question

Tista’ l-Ministru tieħu l-passi meħtieġa sabiex tara li l-bozoz f’taraġ fi Triq l-Għadajjar ma’ Triq id-Duna fiżŻona Santa Margerita l-Mosta, ikunu jixegħlu kollha għaliex hemm minnhom li huma mitfija?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-bozoz fit-taraġ msemmi huma kollha mixgħula. Minkejja li ma sar l-ebda rapport f’dawn it-toroq, ħaddiema mill-Enemalta xorta waħda għamlu spezzjoni u kkonfermaw li l-bozoz kienu kollha mixgħula. Meta jkun hemm rapporti ta’ qtugh ta’ dawl għandu jsir rapport lil EneMalta.

My Health – riżultat ta’ X-Ray

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għal liema raġuni fil-website “My Health” bħala informazzjoni tal-klijenti li jkunu qed jinqdew minn Poliklinika f’każijiet ta’ X-Ray, mhux turi riżultat li l-klijenti ta’ dan is-servizz ikunu jridu jafu? F’nuqqas ta’ din l-informazzjoni li mhux tingħata, pazjenti jkollhom jirrikorru għar-riżultat tal-X-Ray mill-Poliklinika minn fejn ikun sar l-X-Ray?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-rapporti ta’ X-rays jibdew jidhru lill-pazjent fil-myHealth malli jiġu rilaxxati minn tabib li l-pazjent illinkja miegħu permezz tal-myHealth, jew 15-il jum wara li jaslu fil-myHealth, skont liema jiġri l-ewwel. Fil-każijiet fejn pazjenti mhumiex illinkjati ma’ tabib permezz tal- myHealth , għandhom jirrikorru għar-riżultat tal- X-Ray għand tabib fiċ-Ċentru tas-Saħħa fejn ikun sar l- X-Ray .

Mosta – Triq Camillo Sciberras — patching

Question

Jista’ l-Ministru jitlob lill-Kunsill Lokali tal-Mosta biex isir l-patching f’Triq Camillo Sciberras fiż-Żona Ta’ Żokrija biex jonqos il-periklu li qed joħolqu l-ħofor li hemm fl-istess triq?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mosta li kien ħareġ Works Order biex isir x-xogħol ta’ patching i¿da għadu qed jistenna biex il-kuntrattur jagħmel ix-xogħol li hemm b¿onn.

Mosta – Triq Ta’ Żejfa — sinjali

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir ix-xogħol meħtieġ sabiex isiru s-sinjali meħtieġa fit-toroq fejn f’Triq Ta’ Żejfa fil-Mosta, il-karozzi joħorġu jew jidħlu għat-Triq Patri Ġużè Delia, fiżŻona taż-Żokrija? Illum bla road markings hemm periklu meta l-karozzi jkunu deħlin f’Triq iż-Żejfa imma b’road markings, bħalma darba kien hemm, dan il-periklu kapaċi jonqos.

Response (BORG, IAN)

Fiż-żona tat-toroq indikati Infrastructure Malta għamlet sistemi ġodda taħt l-art għad-drenaġġ, tal-ilma u għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita. Fejn diġà ngħata l-asfalt se jsiru s-sinjali fil-jiem li ġejjin, waqt li l-parti fejn fadal isiru xi xogħlijiet tkun lesta wkoll fi ftit ġimgħat oħra.

Central Link – xogħol mal-bdiewa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser isir ix-xogħol li baqa’ jsir mal-bdiewa fir-raba’ minn fejn għaddiet is-Central Link, xogħol ta’ tindif, xogħol ta’ ħitan, tneħħija ta’ ħamrija eċċ?

Response (BORG, IAN)

Infrastructure Malta tinsab għaddejja bl-aħħar ftit xogħlijiet sabiex fil-jiem li ġejjin tlest Central Link Project, investiment fit-toroq ewlenin ta’ Ħ’Attard, Ħal Balzan u l-Imrieħel li qed inaqqas bin-nofs il-ħin fl-ivvjaġġar f’din iż-żona, filwaqt li jnaqqas drastikament it-tniġġis tal-arja mill-konġestjoni fl-inħawi residenzjali tal-madwar. Waqt il-bini tat-toroq ġodda ta’ dan il-proġett Infrastructure Malta ħadmet id f’id mal-bdiewa li għandhom artijiet fl-inħawi, sabiex ix-xogħlijiet ikollhom l-inqas impatt possibbli fuq l-uċuh tagħhom. Il-ħaddiema tal-proġett għaddew ħafna mill-ħamrija li tħaffret biex saru l-pedamenti tat-toroq ġodda lill-istess bdiewa, sabiex itejbu l-kwalità tal-artijiet tagħhom. Qabel ma ntefgħet lura f’dawn l-għelieqi, il-ħaddiema għarblu l-ħamrija mill-ġebel, biex tkun tista’ tinħadem aħjar. Fejn kien meħtieġ, Infrastructure Malta bniet ukoll ħitan ta’ lqugħ ġodda mal-ġnub tal-għelieqi jew irranġat dawk e¿istenti. Ħafna minn dawn il-ħitan huma lesti u għaddejjin biss l-aħħar ftit tiswijiet u aġġustamenti f’xi nħawi. Bi ftehim mal-istess bdiewa, il-livellar tal-ħamrija addizzjonali f’xi għelieqi fejn Infrastructure Malta żiedet il-ħamrija ser isir wara l-istaġun tax-xita għaliex jekk isir bħalissa meta tkun imxarba, tkun aktar ta’ ħsara milli ta’ ġid lill-istess uċuh.
Leg 13 PQ #24180 Sitting 537 2022-01-24 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Pakketti tal-posta – ħlas ta’ VAT

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema raġuni pakkett li jintbagħat minn persuna barra mill-Unjoni Ewropea bħala rigal u li jinġabar mill-MaltaPost, il-persuna li tirċievi dan il-pakkett ikollha tħallas il-VAT fuq il-valur ta’ dan il-pakkett?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Artikoli 25 u 26 ta’ Kapitolu VI tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 tas-16 ta’ Novembru 2009 jistabbilixxu sistema Komunitarja ta’ ezenzjonijiet mid-dazju doganali għal kunsinni mibgħuta minn individwu privat għal ieħor. Huwa speċifikat li l-eżenzjoni msemmija għandu japplika għal valur ta’ 45 Ewro kull kunsinna u: a) huma ta’ xorta okkażjonali; (b) izommu merkanzija esklużivament għall-użu personali ta’ min jagħmel il-kunsinna jew il-familja tiegħu, li ma jirriflettux permezz tax-xorta jew il-kwantità tagħhom xi interess kummerċjali; (c) huma mibgħuta lil min jirċievi l-kunsinna ħielsa minn ħlas ta’ kwalunkwe xorta. Min-naħa l-oħra, prodotti tat-tabakk, alkoħol, xorb alkoħoliku u fwejjaħ huma rregolati b’artikolu 27 tal-istess Kapitolu.
Leg 13 PQ #24188 Sitting 537 2022-01-24 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport

Lezzjonijiet online — Għalliema qegġdin fil-perjodu ta’ tqala –

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li għalliema li qegħdin fil-perjodu ta’ tqala u li għandom rakkomandazzjoni mit-tobba tagħhom biex ma jesponux ruħhom għall-riskji għaliex huma meqjusa vulnerabbli, jitħallew jagħlmu online mid-dar sabiex it-tfal ma jitilfux lezzjonijiet importanti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Ministeru jimxi mal-pariri maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika f’dan ir-rigward u kull każ ikun evalwat għalih.
Leg 13 PQ #24189 Sitting 537 2022-01-24 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport

Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport – konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ konsulenzi (entitajiet jew individwi), b’contract of service jew contract for service, b’sejħa jew mingħajrha, position of trust jew mhix, li qiegħed joffru servizz lill-Ministeru inkluż lill-Ministru dirett, l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma l-Onor. interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Reġistrazzjoni ta’ kirja – persuni mressqa l-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien in-numru ta' sidien li tressqu l-Qorti minħabba li naqsu li jirreġistraw kirja minn mindu nbidlet il-liġi u sar mandatorju li l-kera tiġi reġistrata? Dawn il-proċeduri jinbdew wara rapport speċifku min-naħa tal-kerrej jew wara li l-Awtorità tagħmel spezzjonijiet minn rajha?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat illi s’issa l-Awtorità tad-Djar għaddiet 15-il każ lil Pulizija hekk kif jitlob Kap 604/2019. Minn dawn, erba’ każijiet ġew imressqa l-Qorti filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-każijiet l-oħra għadhom għaddejjin. L-investigazzjonijiet ġew mibdija wara li l-Awtorita’ irċiviet rapporti dwar nuqqasijiet.

Magħtab — bini ta’ inċineratur – Awtorità tal-Ippjanar –permessi

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi kif approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar dwar il-bini tal-inċineratur fiż-żona tal-Magħtab, limiti tan-Naxxar?

Response (FARRUGIA, AARON)

Naħseb li l-Onor Interpellant qiegħed jagħmel referenza għall-applikazzjoni PA3012/20 (Outline application for the construction of a Waste to Energy Plant at Maghtab), liema applikazzjoni ġiet deciża mill- Bord ta’ l-Ippjanar fit- 13 ta’ Jannar 2022 u ser tiġi ppublikata fis- 26 ta’ Jannar 2022. Għaldaqstant, il-permess kif approvat mill-Bord ta’ l-Ippjanar jista’jkun disponibbli biss wara din id-data.

Magħtab – proġett tal-inċineratur – Risk Assessment

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport dwar Risk Assessment li sar dwar il-proġett tal-Inċineratur fiż-żona tal-Magħtab, limiti tan-Naxxar?

Response (FARRUGIA, AARON)

B’żieda mal-informazzjoni li diġà tajt f’din il-Kamra bi tweġiba għal diversi Mistoqsijiet Parlamentari, fosthom 21600, 21310, 21157 u 21156, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fi proġetti ta’ din in-natura ma jsirx risk assessment uniku. Fil-fatt, il-proċess tal-ippjanar u l-applikazzjoni sabiex l-impjant ikun jista’ jopera (IPPC) jirrikjedu diversi assessments kif anke titlob il-liġi. Sa issa diġà saru volumi ta’ studji, li jinkludu l-assessjar tal-impatt u r-riskji ambjentali, u ovvjament dawn fihom ukoll evalwazzjoni dwar kif jistgħu jiġu affettwati n-nies. L-istudji msemmija huma voluminużi u huma disponibbli għall-pubbliku bħala parti mill-proċess tal-Ippjanar. Il-konklużjoni tagħhom hija li l-effett nett tal-proġett hu wieħed pożittiv. Irrid ngħid ukoll li peress li l-konsorzju li se jwettaq dan il-proġett se jkun responsabbli għad-disinn, il-bini u l-operat, il-proċess se jkun jinvolvi li jibqgħu isiru diversi risk assessments skont il-ħtiġijiet tad-disinn, l-implimentazzjoni u t-tħaddim tal-impjant. Fil-fatt il-kuntratt li għad irid jingħata se jobbligu lill-konsorzju magħżul biex iħejji kull dokumentazzjoni neċessarja, inklużi aktar studji, monitoraġġ u risk assessment b’konformità sħiħa mal-liġijiet ta’ Malta u d-direzzjoni tad-diversi awtoritajiet regolatorji.

Entitajiet tal-Gvern immexxija minn 7 kapijiet eżekuttivi

Question

B’referenza għal dak li intqal mill-Ministru Aaron Farrugia fid-diskors tiegħu fil-Parlament nhar it-Tnejn 17 ta’ Jannar meta kien qed jiġi diskuss Abbozz 221, fejn semma li hemm madwar 7 kapijiet eżekuttivi li jmexxu entitajiet tal-Gvern li jaqgħu taħt ir-responsabilità, jista’ l-istess Ministru jindika min huma dawn il-persuni, ma’ liema entità qed jaħdmu u f’liema data bdew jokkupaw din il-pożizzjoni?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Triq is-Salina – proġett – laqgħa bejn l-Awtorità tal-Ippjanar, Infrastruttura Malta u residenti tas-Salina

Question

Jista’ l-Ministru jindika meta ser issir il-laqgħa bejn l-Awtorità tal-Ippjanar, Infrastruttura Malta u r-residenti tas-Salina, dwar proġett li hemm fil-bidu ta’ Triq is-Salina, liema proġett ilu mibdi bla ma’ tlesta, għal sena sħiħa? Din il-laqgħa ntalbet minni waqt il-ħin tal-mistoqsijiet waqt is-seduta ta’ nhar it-Tnejn 17 ta’ Jannar 2022 f’domanda li għamilt lill-istess Ministru fil-preżenza tal-Ministru Ian Borg, responsabbli minn Infrastruttura Malta.

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma l-Onor. Interpellant Illi l-Awtorità tal-Ippjanar kellha diskussjonijiet ma' numru ta’ sidien residenti fit-triq in kwistjoni, filwaqt li kien hemm ukoll skambju ta’ korrispondenza fejn l-istess sidien kienu konxji tat-tibdil tal-livell tal-istess triq skont il-livelli uffiċċjali. Madankollu, min-naħa tal-Awtorità ma kellha ebda laqghat ulterjuri mar-residenti u Infrastructure Malta.

Tarxien – Triq l-Iskola – ġbir ta’ ilma

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’passi ser jittieħdu sabiex fil-parti fejn tispiċċa Triq l-Iskola Tarxien kantuniera ma’ Triq Ħal Tarxien Tarxien jittieħdu l-miżuri neċessarji sabiex ma jibqax jinġabar kwantità kbira ta’ ilma kif qed jiġri ma’ kull xita?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li ser jkunu qed jinvestigaw l-ilment imressaq lilhom sabiex jara kif jista jirrimedja.