Soluzzjoni għall-pannelli solari li tgħattew b’binjiet ogħla
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 17937 u tgħid x’qed jikkunsidra l-Gvern bħala soluzzjoni għal min kellu pannelli solari li tgħattew minħabba li l-ġar ikun bena ogħla minnu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Gvern huwa konxju minn bini ġdid li jista’ jitfgħa dell fuq panelli solari eżistenti, dak li hu magħruf bħala ‘drittijiet solari’. Dwar dan, bħala Ministeru għaddejin diskussjonijiet mal-Ministeru għall-Ambjent u l-Ippjanar biex nidentifikaw soluzzjonijiet ta’ kif nistgħu nindirizzaw dawn id-drittijiet.
Ta’ Kandja Shooting Range – irregolaritajiet – Awditur Ġenerali
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 18227 u ċjoè: Wara l-konklużjonijiet tar-rapport tal-Awditur Ġenerali li ġie ppubblikat f’Diċembru 2020 u li l-istess konklużjonijiet urew biċ-ċar numru kbir ta’ irregolaritajiet fit-twettiq tal-proġett tas-shooting range f’Ta’ Kandja, tista’ l-Ministru tgħid jekk u min ser ikun qed jerfa’ r-responsabilità politika għal dawn in-nuqqasijiet kbar imsemmiha fir-rapport?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li m’hemm ebda responsabbilta’ politika x’tintrefa, hekk kif muri biċ-ċar fl-istess rapport li qed jagħmel referenza għalih l-onorevoli interpellant.
Jigi innotat li r-rapport irrikonoxxa li SportMalta wettqet b’suċċess dan il-proġett fi żmien qasir sabiex Malta tkun tista’ tospita it-Tazza tad-Dinja tal-Isparar. Ġie ċċertifikat li bir-riżorsi limitati u l-ħin li SportMalta kellha għad-dispożizzjoni tagħha fit-twettiq ta' proġett sportiv ta' dan il-kobor, xorta wettqet xogħol ta’ livell għoli.
Itieħdet nota tar-rakkomandazzjonijiet fir-rapport. SportMalta diġà qed twettaq u timplimenta dawn ir-rakkomandazzjonijiet sabiex tejbet is-setup amministrattiv tagħha fi proġetti attwali u futuri.
Ta’ Kandja Shooting Range – ċertifikazzjoni ta’ xogħlijiet
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 18228 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ċ-ċertifikazzjoni tax-xogħlijiet kollha li saru fuq ix-Shooting Range f’Ta’ Kandja?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ċ-ċertifikazzjoni tax-xogħlijiet kollha li saru fuq ix-Shooting Range f’Ta’ Kandja
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 18229 u tgħid kemm ġiet tiswa x-Shooting Range f’Ta’ Kandja u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rendikont ta’ kif intefqu l-ispejjeż kollha fuq l-imsemmi proġett?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rendikont ta’ kif intefqu l-ispejjeż kollha fuq ix-Shooting Range f’Ta’ Kandja.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 18230 u ċjoè: Peress li ma kien hemm l-ebda referenza fir-rapport tal-Awditur Ġenerali li ġie ppubblikat ftit tal-ġimgħat ilu dwar Range 4 fix-Shooting Range f’Ta’ Kandja, u li issa ilha magħluqa għal madwar 12-il xahar, tista’ l-Ministru tikkonferma u tgħid x’kienet ir-raġuni għal dan l-għeluq tal-imsemmija range li mhux jippermetti li t-tiraturi jagħmlu użu minnha?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li f’Range 4 żviluppaw ħsarat li qed jiġu indirizzati.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 18231 u tindika meta ser terġa’ tinfetaħ Range 4 fis-Shooting Range f’Ta’ Kandja wara li din il-faċilità ilha magħluqa għal madwar 12-il xahar u dan sabiex it-tiraturi jkunu jistgħu jagħmlu użu minnha?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Range 4 se tinfetaħ meta jiġu ffinilazzati x-xogħlijiet fuq il-ħsarat li żviluppaw.
Malta Amateur Athletics Association – għajnuna għall-kumpless
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 18232 u tgħid jekk il-Gvern hux ser jgħin lill-Malta Amateur Athletics Association fil-proġett li tħabbar ftit tal-jiem ilu mill-President tal-Assoċjazzjoni fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-isport u jekk iva tista’ tindika fiex se tkun tikkonsisti tali għajnuna li l-Gvern ser jgħaddi b’rabta mal-proġett li ser isir fejn illum hemm il-kumpless tal-atletika Matthew Micallef St.John fil-Marsa, anke fid-dawl li l-istat li jinsabu fih illum partijiet mill-istess kumpless, żgur li ma jippermettix li jsiru avvenimenti sportivi ta’ livell Internazzjonali?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Il-Kumpless tal-Atletika Matthew Micallef St john huwa mgħoddi b’titlu lil Athletics Malta. Fl-aħħar xhur sar investiment ta’ madwar €600,000 fuq it-track li jinsab fl-istess kumpless. Bl-istess mod kif dan il-gvern jimxi mal-assoċjazzjonijiet sportivi kollha hemm djalogu miftuħ mal-MAAA dwar il-viżjoni preżentatha lil dan il-gvern. Bħalma dejjem għamel, il-gvern ser ikun lest li jgħin permezz ta’ assistenzi varji lill-istess assoċjazzjoni waqt li tkun qed issir evalwazzjoni tal-viżjoni tal-assoċjazzjoni anke fl-ottika tal-Istrateġija Nazzjonali tal-Isport ta’ Pajjiżna.
Għawdex – anzjani f’hotel – aċċess għall-familjari
Question
Jista' l-Ministru jiżgura li l-familjari tal-anzjani li qegħdin jinżammu fil-preżent fid-Downtown Hotel fir-Rabat, Għawdex ikollhom aċċess regulari għar-residenti u dan anke b'mezzi diġitali ħalli tiġi żgurata s-saħħa ta' kulħadd?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, Stewart Health Care qed joffri s-servizz tal-Ward Sant’ Anna mid-Downtown Hotel b’mod temporanju u bl- liċenzja ta’ emerġenza f’ċirkostanzi eċċezzjonali skont l-A.L. 74 tal-2020. Madankollu, fid-Downtown Hotel hemm aċċess għall-wifi u għaldaqstant, dwar dawn in-nuqqasijiet imsemmija, l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali għamlet rakkomandazzjonijiet u qed tissorvelja l-pjan ta’ azzjoni ppreżentat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bbenefikaw mit-Tapering of Benefits Scheme mill-2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid ukoll:
(1) kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel?
(2) kemm kienu full time u kemm parti time? F'din l-iskema x'inhi d-differenza?
(3) kemm hemm persuni li daħlu fl-iskema fl-2016 u baqgħu fl-iskema sal-2020? Kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel?
(4) kemm kien hemm nisa li qalbu minn xogħol part-time għal xogħol full time taħt l-iskema tat-Tapering of Benefits?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.
Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali – każijiet ta’ traffikar ta’ persuni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15057 u ċjoè: B'referenza għar-risposti għall-mistoqsija parlamentari 14739 jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-vittmi ta' traffikar tal-persuni:
a. kienu nisa/rġiel marbuta ma'
massage parlours
;
b. kienu nisa/rġiel fis-settur tal-kostruzzjoni;
c. kienu nisa jew irġiel fil-prostituzzjoni; u
d. kienu nisa/irġiel li qed jaħdmu bħala carers?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-professjonisti jaħdmu mas-settur tas-servizzi soċjali f’pajjiżna,
a. Social Workers
b. Psikologi
c. Psikoterapisti
d. Councellors
e. Psikjatri?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.
Rijabilitazzjoni ta’ persuni bi problema tad-droga – għajnuna lill-organizzazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna qed jagħti l-Gvern lill-orgranizzazzjonijiet li jaħdmu fir-rijabilitazzjoni ta' persuni li jkollhom problema ta' droga? Jista’ jsemmi liema huma l-organizzazzjonijiet u kemm hu l-valur tal-għajnuna li qed tingħata?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, Il-Ministeru jgħati għajnuna lil żewġ organizzazzjonijiet li jaħdmu f’dan il-qasam; Caritas Malta u Fondazzjoni Oasi (Għawdex).
Il-Ministeru jagħti fondi taħt Public Social Partnership, lil Caritas biex ikopri l-ispejjeż għal operat (inklużi s-salarji) ta’ dawn it-tliet programmi li ġejjin:
1)
New Hope Programme
–
2019 - €1,278,810
2020 - €1,324,470
2021 - €1,370,130
2)
Youth Rehabilitation Therapeutic Programme
– €780,000 kull sena bejn l-2017 u l-2020. Bhalissa qed jiġi diskuss it-tigdid ta’ dan l-agreement li jkun ikopri s-snin 2021 sal-2023
3)
National Outpatient Addiction Aftercare Service (Dar Charles Miceli)
–
2021 - €256,500
2022 - €265,500
2023 - €274,500
Il-Ministeru jgħati fondi lil OASI taħt Public Social Partnership, biex ikopri l-ispejjes għal operat (inklużi s-salarji) tal-programm ta’ rijabilitazzjoni li joffru, hekk kif ġej:
2020 - €541,000
2021 - €552,000
2022 - €563,000
Servizzi biex jgħinu lill-persuni maħkuma mill-problema tad-droga
Question
Jista’ l-Ministru jindika liema huma s-servizzi kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li huma mwaqqfa biex jgħinu persuni maħkuma mill-problema tad-droga? Jista’ jgħid kemm hemm persuni li qed jieħdu sehem f’dawn is-servizzi bħalissa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-PBS għadha ma ffinalizzatx l-audited accounts tagħha għas-sena 2019 kif hi tenuta li tagħmel skont l-Att dwar il-Kumpaniji u l-Att dwar it-Taxxa tad-Dħul? Jista' jikkonferma li l-kumpanija msemmija tipprepara l-management accounts tagħha fuq bażi regulari u jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi l-management accounts kemm għas-sena 2019 kif ukoll għas-sena 2020 fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninsab infurmat li l-audited accounts tal-PBS għas-sena 2019 huma finalizzati u ntbgħatu lill-MFSA s-sena li għaddiet. Is-sena finanzjarja tal-PBS mhux sena kalendarja imma tibda minn Ottubru sa Settembru. Bħal kull kumpanija kummerċjali, il-PBS tipprepara il-management accounts fuq ba¿i regolari, li fin-natura tagħhom dawn huma accounts għal finijiet interni u mhux pubbliċi.
Jista' l-Ministru jelenka dawk ir-rakkomandazzjonijiet li kien għamel l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika fil-Kapitlu VII tar-rapport tiegħu ta' Mejju 2015 li s'issa ġew adottati mill-Gozo Channel (Operations) Ltd? X'inhi r-raġuni li hemm rakkomandazzjonijiet li għadhom ma twettqux u meta beħsiebha l-kumpanija twettaqhom?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jelenka liema huma r-rakkomandazzjojiet tal-NAO li għalihom qiegħed jirreferi.
Psikologi residenti f’Għawdex li jaħdmu fi sptarijiet u strutturi sanitarji Maltin
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm psikologi residenti f'Għawdex li jaħdmu fi sptarijiet u strutturi sanitarji oħra f'Malta?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm 6 persuni li huma residenti Għawdex u li jaħdmu fil-qasam tal-psikoloġija fi sptarijiet f’Malta.
Mosta -Triq San Pawl tal-Qlejgħa u Triq il-Kbira – xogħlijiet fuq water culvert
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 18314, jista' l-Ministru jgħid l-ilma tax-xita li qed ikun miġbur b'water culvert minn Triq il-Kbira:
a. meta se jintemm dan il-proġett li l-istess Ministru qed jgħid 'imbagħad se jiġi estiż sabiex finalment imur fil-wied';
b. x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern rigward dan il-water culvert; minn fejn se jkun estiż dan il-water culvert biex finalment jerfa' l-ilma fil-wied; għal liema parti tal-wied qed jirreferi l-Ministru;
c. ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti ta' dan il-proġett sabiex il-Gvern juri pjan ħolistiku ta' dan il-proġett; u
d. meta se jkun sar il-proġett li finalment jaqgħad il-water culvert mal-Wied?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Informazzjoni għadha qed tinġabar.