Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li qed jintbagħtu Security Officers impjegati mal-Primary Health Care, jagħmlu xogħol b’sahra kemm matul il-ġurnata kif ukoll bil-lejl, barra mix-xogħol li jaħdmu s-soltu, f’postijiet bħal Gzira Health Centre li bħalissa jinsab magħluq, minħabba xogħlijiet li qed isiru fiha, għaldaqstant is-servizz ta’ watchman huwa suffiċjenti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa qed isir xogħol estensiv ta’ immodernizzar u rinovazzjoni fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-G¿ira , li dan iċ-Ċentru jagħmel parti mid-Dipartiment tal-Kura Primarja.
Għaldaqstant, dan id-dipartiment qed jutilizza
security guard
tiegħu kuljum sabiex jissorvelja l-post u dak kollu li hemm ġewwa fih fuq ba¿i ta’ erbgħa u għoxrin siegħa kuljum.
Barra minn hekk, is-security guard huwa wkoll responsabbli biex jieħu t-temperatura ta’ kull
min ikun irid jidħol fil-post u jieħu l-mi¿uri kollha neċessarji skont il-ħtieġa.
Is-security guards huma mpjegati tal-Primary HealthCare u għaldaqstant ma nħassitx il-ħtieġa li jitqabbad watchman.
Vaċċin tal-COVID-19 — Persuna responsabbli għall-Koordinazzjoni tar-Roll out
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min hi l-persuna responsabbli mill-koordinazzjoni tar-roll out tal-vaċċin tal-COVID-19 f'Malta?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġie maħtur koordinatur, li flimkien ma nies oħrajn iffurmaw tim sabiex imexxi l-loġistika tat-tilqim.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-koordinazzjoni tal-għoti tal-vaċċin tal-COVID-19 hux qed issir mill-Isptar Mater Dei, mid-Dipartiment tas-Saħħa, mill-Ministeru għas-Saħħa jew minn xi entità oħra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 18410.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, kemm-il vaċċin wasal Malta maqsum ġimgħa b'ġimgħa? Kemm hu t-total ta' vaċċin li wasal Malta? Ġimgħa b'ġimgħa kemm ingħata vaċċin u kemm hu t-total tal-vaċċin li ngħata s'issa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sal-31 ta’ Jannar ġew amministrati 27,759 dożi tal-vaċċin tal-Covid li minnhom 3,948 kienu tat-tieni doża.
Ninfurmah ukoll illi sal-bieraħ kienu waslu Malta total ta’ 46,080 doża tal-vaccin tal-Covid 19.
Matul il-ġurnata tal-lum mistenni li jaslu aktar dożi.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk fir-rigward tat-trattament tal-HIV, il-pazjenti li qed jieħdu l-kura hekk imsejħa konvenzjonali hux ser ikunu trattati b'mediċini ġodda li qed jingħataw f'pajjiżi ewropej?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fir-rigward tat-trattament tal-HIV, il-pazjenti li qed jieħdu l-kura hekk imsejħa konvenzjonali issa qed ikunu trattati b'mediċini ġodda, li qed jingħataw ukoll f'pajjiżi ewropej, dejjem kif jiġi indikat fuq pariri kliniċi mill-esperti mediċi skont il-kura li jkollu bżonn il-pazjent.
Għal dawn il-pazjenti fl-1 ta’ Diċembru 2020, ngħata bidu ta’ servizz ġdid. Pazjent issa jista’ jagħżel spiżerija minn lista ta’ spiżeriji provduta apposta skont il-lokalita’. Bid-dokument tal-intitolament kif ukoll riċetta speċifika, dan il-pazjent ikun jista’ jiġbor it-trattament li jkun indikalu l-espert mediku. Il-pazjenti jngħataw massimu ta’ xahrejn mediċini skont l-istabbilita tal-kundizzjoni. Apparti l-edukazzjoni, l-aderenza għat-trattament ukoll huwa parti minn dan is-servizz. Huwa mistenni li l-pazjenti kollha kif indikati fuq parir kliniċi se jiġu moghtija mediċini l-ġodda fi żmien 6 u 12 il-xahar minn meta ngħata bidu ta’ dan is-servizz.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kif intgħażlu l-persuni mid-913-il applikant li wrew interess li jingħaqdu mat-team tal-contact tracing u kemm minnhom ġew ingaġġati?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għal-ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari tiegħu jirreferi lill-Ministru kkonċernat filwaqt li ninfurmah illi l-għa¿la minn fost l-applikanti li ġew shortlisted se sseħħ fi¿-¿mien li ġej.
Junior College – studenti li jsegwu l-lezzjonijiet mill-kurituri
Question
Tista' l-Ministru tikkonferma li hemm studenti qegħdin isegwu l-lezzjonijiet mill-kurituri fil-Junior College l-Imsida, u x'beħsiebha tagħmel biex din il-kwistjoni tkun indirizzata?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li l-Junior College ilu li ħoloq diversi postijiet addattati imsejħa Quiet Areas biex l-istudenti jkunu jistgħu jsegwu l-lezzjonijiet online minn dawn il-postijiet bil-kumdità kollha. Finalment hija l-għażla tal-istudent innifsu biex jagħżel minn fejn isegwi l-lezzjonijiet imma żgur mhux għax m’hemmx post biżżejjed fil-Quiet Areas.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti kollha li saru (speċjalment dak tal-2015) dwar ir-riforma fil-pensjonijiet?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull rapport li sar dwar is-suġġett mill-2010 ’l hawn dejjem tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra u għalhekk huma aċċessibbli għall-membri kollha.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-proġett tal-Marsaxlokk Waterpolo Club hux jew hux se jkun aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità u għall-anzjani? Tista’ tpoġġi l-pjanti u dokumenti kollha neċessarji relatati ma’ dan?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
“Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tweġiba se tingħata f’seduta oħra”.
Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta — remunerazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-data meta r-remunerazzjoni tal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta tbiddlet l-aħħar u jagħti l-ammont ta’ kemm kien jitħallas l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u l-ammont li issa qiegħed jitħallas il-gvernatur il-ġdid li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jara t-tabella ta' hawn taħt dwar ir-renumerazzjoni tal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali. Għall-bqija nirreferih għat-tweġiba tal-mistoqsija Parlamentari 18428 li qed tingħata f’din l-istess seduta.
Tabella PQ 18427
Remunerazzjoni Bazika
Responsibility Allowance
1 Jannar 2020
100,000 ewro
1 Jannar 2021
115,000 ewro
20%
Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta – żieda fir-remunerazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-awment fir-remunerazzjoni tal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta kienx mitlub u jekk iva, jgħid meta ġie mitlub u min talbu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fl-2019, l-Bank Ċentrali ġab għall-attenzjoni tal-Ministru għall-Finanzi u tal-Prim Ministru l-anomaliji li nħolqu matul l-aħħar snin bejn ir-remunerazzjoni tad-Deputy Governors tal-Bank Ċentrali u ċ-Chief Officers tal-MFSA.
L-evalwazzjoni ta’ din is-sitwazzjoni intemmet fil-bidu tal-2020. Ġie maqbul li l-anomaliji jiġu rimedjati permezz ta’ zieda parzjali u li l-parità sħiħa mal-pakkett finanzjarju ta’ Chief Officer fl-MFSA tintlaħaq s-sena ta’ wara, jigifieri fl-2021.
Iz-zieda tal-Gvernatur, saret biex tinzamm ir-relattività bejn ir-remunerazzjoni tal-Gvernatur u tad-Deputy Governors.
Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta – kundizzjonijiet aparti r-remunerazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid apparti r-remunerazzjoni li tingħata lill-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, liema huma l-kundizzjonijiet l-oħra li jingħatawlu fil-pakkett tar-remunerazzjoni?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lil Onorevoli Interpellant li mar-remunerazzjoni l-Gvernatur għandu l-istess benefiċċji li ngħataw lil ta' qablu (uzu ta' karozza, telefonija, internet/wifi, u assikurazzjoni medika)
Bank Ċentrali ta’ Malta – ingaġġ ta’ impjegati ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il impjegat ġdid ġie ingaġġat fil-Bank Ċentrali ta’ Malta sa mill-1 ta’ Dicembru 2020 sal-ġurnata tat-tweġiba u jgħid f’liema rwol huma ġew ingaġġati u jekk dan l-ingaġġ seħħx b’sejħa pubblika?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dawn l-impjegati ġew ingaġġati wara sejħa pubblika b’kuntratt definittiv għal sena li jiġi konvertit f’kuntratt indefinittiv meta jiskadi:
Data ta' l-ingaġġRwol
02/12/2020IT Security Administrator
28/12/2020Systems Administrator Applications & Databases
04/01/2021Information Security Resilience Officer
25/01/2021Project Leader
25/01/2021Senior Officer International Organisations
Dawn l-impjegati ġew ingaġġati bl-approvazzjoni tal-Bord tad-Diretturi u wara li ngħataw il-permess minn Jobs Plus. L-impjegati ġew mogħtija kuntratt definittiv għal sena li ma jiġix konvertit f’kuntratt indefinittiv:
Data ta' l-ingaġġRwol
04/01/2021Personal Assistant to the Governor (Seconded mill-MFSA)
04/01/2021Personal Driver/Security Officer to the Governor
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa li saret dwar il-pubblikazzjoni bl-isem "sigurtà" ippubblikat f'Jannar 2021 mill-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi? Jista' jgħid f'liema lokalitajiet ġiet imqassma bieb bieb l-imsemmija pubblikazzjoni?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pubblikazzjoni li qed jirreferi għaliha qed titqassam f’kull dar madwar Malta u Għawdex.
Dan għaliex l-informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ pajjiżna u l-investiment li qed isir biex din tissaħħah hi relevanti għaċ-ċittadini kollha ġejjin mil-liema lokalità ġejjin.
Fil-fatt il-pubblikazzjoni titkellem, fost oħrajn, dwar il-pulizija tal-komunità u t-taqsima speċjalizzata għall-vittmi tal-vjolenza domestika.
Nifhem li l-Onorevoli Interpellant japrezza li huwa importanti li l-Maltin u l-Għawdxin kollha jkunu infurmati b’dawn is-servizzi bħalma huwa importanti li jkunu jafu kif jistgħu jagħmlu rapporti b’telefonata jew online li wkoll hi provduta f’din il-pubblikazzjoni.
L-istess pubblikazzjoni tinforma dwar il-kundizzjonijiet ġodda li għandhom il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili u s-Suldati u l-ftehim ma’ mid-Dlam għad-Dawl biex jingħata servizz ġdid għall-familji tal-priġunieri.
Il-Ministeru ħaseb ukoll li jkun għaqli wkoll li l-Maltin u l-Għawdxin ikunu infurmati dwar kif il-forzi tal-ordni kienu protagonisti fil-ġlieda kontra t-tixrid tal-Covid-19 u dan biex tibqa’ titqajjem kuxjenza dwar is-sehem li lkoll irridu nagħtu.
L-ispiża biex kienet stampata din il-pubblikazzjoni kienet ta’ €12,375 VAT eskluż.
Spiża għall-inawgurazzjoni tal-Mini ta’ Santa Luċija
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa li saret b'rabta mal-inawgurazzjoni tal-mini ta' taħt ir-roundabout ta' Santa Luċija u li saret nhar il-Ħadd 24 ta' Jannar 2021? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija inawgurazzjoni?
Response (BORG, IAN)
Nhar il-Ħadd, 24 ta’ Jannar, il-Gvern Malti flimkien ma’ Infrastructure Malta inawguraw il-proġett taż-żewġ mini taħt ir-roundabout ta’ Santa Luċija, investiment ieħor ta’ €20 miljun biex ittejjeb is-sigurezza, l-effiċjenza u s-sostenibbiltà tar-rotta ewlenija lejn in-naħa t’isfel ta’ Malta.
Il-mini ġodda b’erba’ korsiji li jgħaqqdu Triq Tal-Barrani ma’ Vjal Santa Luċija (it-Telgħa tal-Addolorata) qegħdin inaqqsu l-ħin tal-ivvjaġġar b’aktar minn 30%. Qed itaffu wkoll it-tniġġis mid-dħaħen u l-istorbju tal-konġestjoni li kienet toħloq ir-roundabout li kien hemm qabel, li fiha kienu jiltaqgħu u jaqsmu kontra xulxin diversi rotot traffikużi, fosthom tliet toroq arterjali u tliet toroq oħrajn li jagħtu għal Santa Luċija, Raħal Ġdid u Ħal Tarxien. Bil-junction ġdida fuq żewġ livelli, ħafna mill-vetturi li kienu jgħaddu minn dan is-salib it-toroq issa jgħaddu dritt minn ġol-mini. B’hekk saret ukoll eħfef biex tivvjaġġa b’mod aktar sigur u b’metodi differenti bejn it-tliet lokalitajiet tal-madwar.
Il-proġett tal-mini ta’ Santa Luċija kien jinkludi wkoll il-bini mill-ġdid tal-mogħdija għall-ġiri (jogging track) li hemm fil-viċinanzi, kif ukoll punti għall-qsim pedonali bid-dwal tat-traffiku bejn Raħal Ġdid u Santa Luċija, waqfiet aktar siguri għall-karozzi tal-linja u passaġġ ġdid għall-mixi u r-roti li jgħaqqad Santa Luċija mal-Marsa. Infrastructure Malta bniet ukoll mill-ġdid il-mina għall-mixi u r-roti (subway) ta’ Triq tal-Barrani b’disinn aħjar, b’rampi għaċ-ċiklisti, passaġġi aċċessibbli għal kulħadd u cameras ta’ sorveljanza li jħarsu s-sigurtà ta’ dawk li jgħaddu minnha biex jivvjaġġaw bejn Santa Luċija, Raħal Ġdid u Ħal Tarxien.
Ix-xogħlijiet fuq is-sit bdew fis-sajf tal-2019, billi l-kuntratturi tal-proġett qattgħu aktar minn 80,000 tunnellata ta’ blat biex iffurmaw iż-żewġ mini, twal 90 metru ‘l waħda. Il-mini jingħaqdu ma’ Triq Tal-Barrani u Vjal Santa Luċija permezz ta’ żewġ rampi ta’ 130 metru. Erba’ tlajja u nżul oħrajn jgħaqqdu dawn iż-żewġ toroq mar-roundabout ġdida fuq l-istess mini.
Bħala parti minn dan il-proġett, il-kuntratturi bnew ukoll mina li tista’ tgħaddi minnha bil-mixi (walk-through culvert) twila 1.1 kilometru minn Triq Tal-Barrani lejn Vjal Santa Luċija biex tingħaqad ma’ mini simili li saru taħt il-flyovers tal-Marsa Junction Project. Minn ġo dawn il-mini qed jgħaddu l-cables ta’ vultaġġ għoli ta’ waħda mill-konnessjonijiet ewlenin tax-xibka tat-tqassim tal-elettriku tal-pajjiż.
Infrastructure Malta bidlet ukoll medda ta’ pajpijiet għad-distribuzzjoni tal-ilma, li kien hemm taħt l-art fl-istess żona. Poġġiet ukoll diversi kilometri ta’ pajpijiet għas-servizzi tal-Internet, sistemi elettroniċi għal-immaniġġjar tat-traffiku u servizzi oħrajn ta’ telekomunikazzjoni. Il-proġett jinkludi wkoll ġibjuni ġodda u 2.7 kilometri ta’ katusi għall-ġbir tal-ilma tax-xita għat-tisqija taż-żoni ġodda mħaddra b’siġar u pjanti li saru permezz tal-istess investiment.
Il-passaġġ ġdid għall-mixi u r-roti matul Vjal Santa Luċija jifforma parti minn rotta għall-mezzi tal-ivvjaġġar alternattivi aktar sigura bejn Ħal Luqa, Santa Luċija, Ħal Tarxien, Raħal Ġdid, il-Marsa u Ħal Qormi. L-ewwel parti minn din ir-rotta fiż-żewġ direzzjonijiet saret fl-2019 permezz tal-bini mill-ġdid ta’ Triq Ħal Luqa, biswit Ġnien is-Serenità f’Santa Luċija. Bil-proġett tal-mini f’Santa Luċija, Infrastructure Malta issa tawwlet din ir-rotta tul il-karreġġjata tat-tramuntana fi Vjal Santa Luċija sal-Marsa, fejn bniet passaġġi oħrajn maqtugħin mit-triq u mina għall-mixi u r-roti fis-sit tal-Marsa Junction Project. Permezz tal-mina pedonali ġdida taħt Triq Tal-Barrani, din ir-rotta għall-mixi u r-roti issa hija magħquda wkoll ma’ Ħal Tarxien.
Il-proġett tal-bini tal-mini taħt ir-roundabout ta’ Santa Luċija jagħmel parti mill-investiment fit-tul fir-rotta prinċipali bejn in-naħa t’isfel u ċ-ċentru ta’ Malta, li testendi minn Pembroke u San Ġiljan sa Birżebbuġa. Dan il-pjan jinkludi titjib f’toroq arterjali oħrajn tul din ir-rotta, bħalma huwa l-bini mill-ġdid ta’ Triq Diċembru 13 u l-Marsa-Ħamrun Bypass fl-2018, il-bini mill-ġdid ta’ parti minn Triq Reġjonali, il-Pont tal-Wied tal-Imsida u Triq Ħal Luqa fl-2019, il-bini mill-ġdid ta’ Triq Ħal Qormi u Triq San Tumas fl-2020, kif ukoll il-Marsa Junction Project. Infrastructure Malta se tkompli ssaħħaħ din in-netwerk ta’ toroq ewlenin b’aktar ħidmiet ġodda fiż-żmien li ġej, fosthom il-Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project (KTAIP) fil-Gudja, li beda din il-ġimgħa, Luqa Junction Project u Msida Creek Project.
Il-proġett tal-mini ta’ Santa Luċija huwa parzjalment iffinanzjat mill-Fond ta’ Koeżjoni tal-Unjoni Ewropea.
Fl-24 ta’ Jannar, Infrastructure Malta organizzat ċerimonja qasira t’inawgurazzjoni sabiex tirrikonoxxi l-ħidma ta’ ħafna ħaddiema, kuntratturi u entitajiet li taw is-sehem tagħhom sabiex flimkien wettqu dan il-proġett t’€20 miljun Ewro li qed iħalli benefiċċji kbar lir-residenti u l-ħaddiema fin-nofsinhar ta’ Malta, kemm f’termini ta’ inqas ħin fl-ivvjaġġar u inqas spejje¿ ta’ fjuwil, kif ukoll f’arja aktar nadifa u infrastruttura aħjar għall-ivvjaġġar b’mezzi aktar sostenibbli. Din iċ-ċerimonja ta’ ftit inqas minn nofs siegħa għal numru żgħir ta’ mistednin, fosthom il-mezzi tal-media kollha, saret skont ir-rakkomandazzjonijiet għat-trażżin tal-imxija tal-Covid-19. Ma kinitx tinvolvi “tunnel party” b’tema partiġġjana għal mijjiet ta’ mistednin, bħala ma sar meta ġew inawgurati l-aħħar mini simili li nbnew fit-toroq Maltin fis-snin disgħin. L-ispiża ta’ din iċ-ċerimonja qasira, fosthom siġġijiet għall-ħaddiema u l-media preżenti, tagħmir awdjoviżiv, plakka kommemorattiva żgħira u servizz ta’ te u kafe f’tazzi tal-karti (mingħajr ebda xorb jew ikel ieħor), tammonta għal total ta’ €7,640 (VAT eskluża).
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhuma l-aktar erba’ co-morbidities ta’ dawk il-pazjenti f’termini ta’ persentaġġ li kellhom il-COVID-19 fis-sena 2020 u ta’ dawk li mietu minn din il-marda fis-sena 2020?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2020 l-co-morbidities ta’ dawk il-pazjenti li kellhom il-COVID-19 kienu kundizzjonijiet kardijaċi, DM, pressjoni għolja u obe¿ità.
Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’tip ta’ għajnuna qed tingħata mill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità lill-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali? X’każijiet kellha matul is-sena l-oħra sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali jistgħu jirreġistraw irwieħhom bħala persuni b’diżabilità mal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità. Ikun hemm każijiet ukoll fejn persuna b’nuqqas ta’ saħħa mentali tapplika għal Blue Badge, u din tingħata skont jekk il-persuna tilħaqx il-kriterji ta’ kif tingħata.
Barraminhekk, il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità tilqa’ talbiet ta’ persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali li jħossuhom li ġew diskriminati u tinvestiga biex tistabillixxi jekk din seħħitx tassew, u jekk seħħet, taħdem biex din tiġi eliminata. Il-Kummissjoni toffri wkoll assistenza lill-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali anke jekk tali għajnuna tmur lil hinn mill-kompetenzi tagħha, billi tirreferi l-persuna lill-entità kompetenti skont il-każ.
Jista’ l-Ministru jindika xi kriterji jintużaw sabiex priġunier jingħata l-Parole? X’obbligi għandhom dawk il-priġuniera li jingħataw il-Parole?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma l-Onor Interpellant li l-kriterji li fuqhom il-Bord tal-Parole jasal għad-deċizjonijiet tiegħu dwar it-talbiet li jkunu saru mill-priġunieri, huma indikati fl-Artikolu 13 tal-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi.
Meta l-applikazzjoni għall-Parole tiġi milqugħa, jiġu mposti fuq il-priġunier diversi obbligi speċifiċi, u huwa jitpoġġa taħt il-kura ta’ Uffiċjal tal-Parole li għandu jarah regolarment u li jieħu ħsieb li dawn l-obbligi jiġu segwiti.