Tista’ l-Ministru tinforma l-Kamra kemm kien hemm studenti reġistrati mal-MCAST għas-sena akkademika 2019/2020 u kemm minnhom ma komplewx l-istudji tagħhom?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li matul is-sena akkademika 2019/2020 fl-MCAST kien hemm 5,837 studenti reġistrati li minnhom 325 student irriżenjaw.
MCAST – skemi ta’ apprendista offruti lill-istudenti
Question
Tista’ l-Ministru tinforma l-Kamra xi skemi ta’ apprendista ġew offruti u f’liema korsijiet tul is-sena akkademika li għaddiet 2019/2020 u din is-sena 2020/2021 lill-istudenti tal-MCAST?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 51 kors offruti tul is-sena akkademika 2019/2020 u 54 kors offruti tul is-sena 2020/2021 bi skemi ta’ apprendistat. Dettalji ta’ dawn il-korsijiet qed jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 18187 - MCAST – skemi ta’ apprendistat offruti lill-istudenti.pdf
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati arbitraġġi s-sena li għaddiet 2020 ġewwa ċ-Ċentru tal-Arbitraġġ u jista’ jindika n-natura tagħhom?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2020 ġew reġistrati 245 każ li minnhom 191 huma arbitraġġi mandatorji, 42 huma arbitraġġi volontarji u 12-il każ ta’ arbitraġġ internazzjonali
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew deċiżi jew ċeduti arbitraġġi s-sena li għaddiet 2020 ġewwa ċ-Ċentru tal-Arbitraġġ u jista’ jindika n-natura tagħhom?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2020 ġew mogħtija 228 deċiżjoni;
- 4 f’arbitraġġi internazzjonali
- 25 f’arbitraġġi volontarji
- 199 f’arbitraġġi mandatorji.
In oltre, mill-każijiet li ġew ipprezentati fl-2020 kien hemm 42 każ li l-proċeduri tagħhom ġew ċeduti. Dawn kienu;
- 40 f’arbitraġġi mandatorji
- 2 f’arbitraġġi volontarji.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm arbitraġġi pendenti fl-aħħar tas-sena li għaddiet 2020 ġewwa ċ-Ċentru tal-Arbitraġġ u jista’ jindika n-natura tagħhom?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-31 ta’ Diċembru 2020, kien hemm 602 każ i li għadhom pendenti li minnhom 414 huma arbitraġġi mandatorji, 158 huma arbitraġġi volontarji u 30 huma arbitraġġi internazzjonali – dan minn total ta’ 6,113 każ li ġie ppreżentat minn meta beda jopera ċ-Ċentru u ċjoè minn Marzu 2000.
Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza – tender/direct orders lil kumpanija/individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu taw xi tender jew direct order lill-kumpanija jew l-individwu li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-2013 sa issa? Jekk iva, jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-25 ta’ Jannar 2021.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti lill-Kamra lista tal-kumpaniji kummerċjali (limited liability companies) li ġew imwaqqfa mill-Gvern jew entitajiet tal-gvern, u/jew f'liema kumpaniji il-Gvern u/jew entitajiet tal-Gvern għandhom ishma u/jew kontroll?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li fid-dekasteru tal-Prim Ministru huma tnejn l-kumpaniji kummerċjali (limited liability companies) li ġew imwaqqfa mill-Gvern .
Dawn huma l-PBS li twaqqfet fl-1991 u l-RSSL li twaqqfet fl- 2003.
Jista’ l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra bl-ismijiet tal-membri u ċ-Chairperson tal-Grievances Board/unit imħabbar mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fit-30 ta’ Novembru 2017, kif ukoll jipprovdi kopja tat-termini ta’ referenza ta’ dan il-bord, kopja tal-proċedura li segwew, u kopja tad-deċiżjonijiet li ngħataw mill-istess bord mid-data tat-twaqqif tagħha sal-ġurnata tal-lum?
Response (ABELA, ROBERT)
Filwaqt li għall-ismijiet tal-membri u ċ-Chairperson nirreferi lill Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8672, qed inpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra kopja tat-termini ta’ referenza ta’ dan l-bord. Qed inpoġġi wkoll kopja taċ-ċirkolari li ħarġet fit-28 ta’Novembru 2017 u mhux fit-30 ta’ Novembru 2017 kif semma l-Onor. Interpellant. Bħalissa s-Servizz Pubbliku qed iħares lura lejn l-esperjenza li tana dan il bord u maż-żmien se nkunu qed nirrevedu, jekk ikun hemm il-ħtieġa.
Jista’ l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra bl-ismijiet tal-membri kollha u taċ-Chairperson tal-Grievances Unit imwaqqaf permezz taċ-Ċirkulari tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru Nru 4/2014 maħruġa fil-5 ta’ Frar 2014, sabiex jilqgħu u jistħarrġu talbiet li jiġu mressqa quddiemhom minn uffiċjali jew impjegati pubbliċi li jħossu li saret xi inġustizzja magħhom, kif ukoll kopja tat-termini ta’ referenza ta' dan il-Unit, kopja tal-proċedura li ġiet segwita, kopja tad-deċiżjonijiet li ngħataw mill-istess unit mid-data tat-twaqqif tagħha sal-ġurnata tal-lum (inkluż it-tieni sejħa għal talbiet biex jiġu mistħarrġa mill-‘Grievances Units’ li saret permezz taċ-Ċirkulari tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru Nru 20/2014)?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill Onor Interpellant għat-tweġibiet tal-Mistoqsijiet Parlamentari numri 8890 u 9767.
National Cycling Strategy and Action Plan – konsultazzjoni pubblika
Question
Jista’ l-Ministru jippreżenta kopja tar-rappreżentazzjonijiet u sottomissjonijiet li saru waqt il-konsultazzjoni pubblika fuq in-National Cycling Strategy and Action Plan, devised by Transport Malta mħabbra mill-Ministru fit-30 ta’ Novembru 2018? Jista’ jippreżenta l-abbozz tal-National Cycling Policy li kellha tirriżulta wara l-istess konsultazzjoni? Jekk din għadha ma ġietx finalizzata, jista’ l-Ministru jgħid meta ser tiġi finalizzata u ppubblikata?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-summarju tar-rappreżentazzjonijiet u sottomissjonijiet li saru waqt il-konsultazzjoni pubblika fuq in-National Cycling Strategy and Action Plan. Wara li saret konsultazzjoni pubblika u evalwazzjoni bir-reqqa tal-punti li rċivejna, ġie mwaqqaf grupp t'azzjoni sabiex jindirizza dan it-thassib u jiffinalizza d-dokumentazzjoni meħtiega. L-istrategija, l-polza u l-linji gwida ser jiġu pubblikati.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18097 u għall-formula li qed tingħata separatament u li qed tintbagħat mill-PBS, jista’ l-Ministru jelenka kemm tħallsu flus mill-Ministri jew MPs fuq in-naħa tal-gvern għal footage ta' programmi li xxandru minn fuq l-istazzjonijiet televiżivi tal-PBS?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-formola daħlet fis-seħħ fil-bidu ta’ din is-sena. Miniex infurmat li kien hemm xi deputat ta’din il-Kamra li mela din il-formola.
Ministeru għal Għawdex – ħaddiema seconded jew on loan
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16996 u jgħid kemm kien hemm u hemm ħaddiema seconded jew ġew on loan mal-Ministeru għal Għawdex, sena b'sena u xahar b’xahar mill-1 ta' Ġunju 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid x'tip ta’ xogħol qed jagħmlu mal-Ministeru għal Għawdex? Jista’ jgħid x'kien ix-xogħol tagħhom (il-grad jew job description) liema Ministeru, entità, awtorità, korporazzjoni aġenzija jew kumpanija tal-Gvern kienu jaħdmu qabel ġew seconded jew ġew on loan mal-Ministeru għal Għawdex?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 18374 - Ministeru għal Għawdex – ħaddiema seconded jew on loan.pdf
Ministeru għal Għawdex – tenders, direct orders u quotations għall-manutenzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15173 u 16689 u jgħid kemm-il tender/direct order/quotation ħarġet mit-8 ta' Marzu 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari mill-Ministeru għal Għawdex għal xogħol ta' air-conditioning u manutenzjoni tagħhom, fejn twaħħlu, min tefa' t-tenders, jekk hux b’quotation jew ingħatat direct order u l-ammont? Jista' jindika min ħa t-tender, u jekk hux b’quotation jew b’direct order?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Nadur Għawdex – Triq Imġarr – bini mill-ġdid tat-triq
Question
B'referenza għall-konferenza li ngħatat live fuq il-MaltaGov fis-17 ta' April 2019 u ngħatat importanza wkoll fuq il-mezzi tax-Xandir, rigward il-bini mill-ġdid ta' Triq Imġarr fin-Nadur Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid jekk għadx għandhom rwol fuq dan il-proġett il-persuni li indirizzaw din il-konferenza fosthom Perit - Geotechnical Engineer u persuni oħra li kienu preżenti għal din il-Press Conference u li fosthom kien hemm nies tekniċi bħal Perit min-naħa tal-Ministeru għal Għawdex kif ukoll Assistent Direttur?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol minn għand l-individwi msemmija ġie eżegwit.
Ministeru għal Għawdex – entitajiet – ingaġġ ta’ ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16667 u jgħid kemm-il persuna ddaħħlet taħdem taħt l-entitajiet u d-direttorati li jaqgħu taħtu, kemm impjegati direttament kif ukoll impjegati tramite kuntratturi jew direct order li joffru servizz b'effett minn Jannar 2020 sal-lum? Jista' jagħti break down mil-liema lokalitajiet huma dawn il-persuni li ġew ingaġġati? Jista' jgħid f'kull każ x'inhu l-grad jew job description ta' dik il-persuna li ġiet ingaġġata?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-lista ta’ mpjegati f’entitajiet jew direttorati jintagħżlu wara sejħiet pubbliċi mill-Kummisjoni Għas-Servizz Pubbliku.
L-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 18377 - Ministeru għal Għawdex entitajiet ingaġġ ta ħaddiema.pdf
Pjazza tax-Xewkija – project leader tal-proġett ta’ pavimentar
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16625 kollha kemm hi u jgħid min kien il-Project Leader (isem, kunjom u grad ta' individwu) tal-Proġett ta’ Pavimentar u xogħol ieħor li sar is-sena l-oħra ġewwa l-Pjazza tax-Xewkija?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont l-informazzjoni li ngħatatli, l-Project Leader kien l-Assistent Direttur is-Sur Lorry Apap.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16623 u jgħid liema kienu l-proġetti li l-Malta Enterprise rnexxielha ġġib lejn Għawdex matul is-snin 2016, 2017, 2018, 2019 u 2020?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Wied Għomor – applikazzjoni biex isir demanju pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-data, meta wara l-2017, il-Ministeru tiegħu għamel talba sabiex Wied Għomor ikun dikjarat żona ta’ demanju pubbliku (public domain)?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-talba biex Wied Għomor ikun iddikjarat żona ta’ demanju pubbliku (public domain), kienet ġiet sottomessa lill-Awtorità tal-Ippjanar nhar it-30 ta’ Marzu 2017.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bl-ismijiet tal-kumpaniji li pprovdew is-stairlifts issussidjati mill-Housing sena b'sena tul dawn l-aħħar ħames snin sal-lum?