Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Mosta – Installazzjoni ta’ lift fi blokka

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi time-frame għal meta se jibda x-xogħol għall-installazzjoni ta' lift fil-blokka li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għall-installazzjoni ta’ dan il-lift qegħdin jitħejjew il-pjanti sabiex jgħaddu għand il-Perit u tinħareġ il-valutazzjoni biex jinkiseb il-permess għall-bini.

Familji li ngħataw post alternattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il familja/persuna li kienet tgħix f'post delipidat ingħatat post alternattiv matul l-2019?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2019, l-Awtorità tad-Djar allokat tlett postijiet lill-familji/persuni li kienu jgħixu fi proprjeta’ substandard.

Ministeru għall-Enerġija, l-Intrarpiża u Żvilupp Sostenibbli – komunikazzjonijiet bil-miktub aċċessibbli għall-persuni neqsin mid-dawl

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'miżuri qed jieħu l-Ministeru tagħha u entitajiet li jaqgħu taħtha sabiex jara li komunikazzjonijiet bil-miktub ta' kull tip li jintbagħtu bil-posta jew mezzi oħra, ikunu f'format aċċessibbli li jinqara minn persuni neqsin mid-dawl?

Response (DALLI, MIRIAM)

L-Onorevoli interpellant għandu jkun mgħarraf li, waqt li l-ebda ministeru jew entità fi ħdan il-Gvern m’għandu aċċess għal informazzjoni dwar persuni b’diżabilità u x’tip ta’ diżabilità jsofru minnhom, hu prattikament impossibbli li kull korrispondenza li tintbagħat bil-posta tradizzjonali tkun ukoll f’format aċċessibbli li jinqara minn persuni neqsin mid-dawl.Minkejja dan, fil-każ ta’ korrispondenza diġitali, nixtieq intenni li l-entità governattiva Fondazzjoni għall-Aċċessibilità tat-Teknoloġika tal-Informatika (FITA) toffri dan is-servizz lil kull individwu jew entitaijet li jitolbu din l-għajnuna biex jaqdu l-klijentela tagħhom bi spiża mħallsa mill-individwu jew l-entità. Fil-fatt dawk li, minn jeddhom jitolbu l-assistenza tal-istess Fondazzjoni, jiġu ggwidati fl-installazzjoni ta’ programm apposta (software) biex il-kompjuter personali tagħhom ikun jista’ jaqralhom kull imejl li jirċievu, inkluż bl-ilsien Malti. It-taħriġ hu bi ħlas, filwaqt li l-programm hu b’xejn.Nenfasizza li kull każ jiġi kkunsidrat fuq il-bażi individwali, inkluż biex tintuża l-aħjar teknoloġija assistiva, li tvarja minn Optical Character Recognition (OCR), Screen Reader, Braille jew anke tipa mkabbra. L-istess assistenza tvarja wkoll skont l-apparat li jkun se jintuża għal dan il-għan, bħal PC/laptop, mobile u/jew tablet, u anke skont il-platform użat, jiġifieri Windows jew MAC, Android jew Apple, eċċ.
Leg 13 PQ #18094 Sitting 423 2021-02-02 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ministeru għall-Edukazzjoni – komunikazzjonijiet bil-miktub aċċessibbli għall-persuni neqsin mid-dawl

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'miżuri qed jieħu l-Ministeru tagħha u entitajiet li jaqgħu taħtha sabiex jara li komunikazzjonijiet bil-miktub ta' kull tip li jintbagħtu bil-posta jew mezzi oħra, ikunu f'format aċċessibbli li jinqara minn persuni neqsin mid-dawl?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

L-Onorevoli interpellant għandu jkun mgħarraf li, waqt li l-ebda ministeru jew entità fi ħdan il-Gvern m’għandu aċċess għal informazzjoni dwar persuni b’diżabilità u x’tip ta’ diżabilità jsofru minnhom, hu prattikament impossibbli li kull korrispondenza li tintbagħat bil-posta tradizzjonali tkun ukoll f’format aċċessibbli li jinqara minn persuni neqsin mid-dawl. Minkejja dan, fil-każ ta’ korrispondenza diġitali, nixtieq intenni li l-entità governattiva Fondazzjoni għall-Aċċessibilità tat-Teknoloġija tal-Informatika (FITA) toffri dan is-servizz lil kull individwu jew entitaijet li jitolbu din l-għajnuna biex jaqdu l-klijentela tagħhom bi spiża mħallsa mill-individwu jew l-entità. Fil-fatt dawk li, minn jeddhom jitolbu l-assistenza tal-istess Fondazzjoni, jiġu ggwidati fl-installazzjoni ta’ programm apposta (software) biex il-kompjuter personali tagħhom ikun jista’ jaqralhom kull imejl li jirċievu, inkluż bl-ilsien Malti. It-taħriġ hu bi ħlas, filwaqt li l-programm hu b’xejn. Nenfasizza li kull każ jiġi kkunsidrat fuq il-bażi individwali, inkluż biex tintuża l-aħjar teknoloġija assistiva, li tvarja minn Optical Character Recognition (OCR), Screen Reader, Braille jew anke tipa mkabbra. L-istess assistenza tvarja wkoll skont l-apparat li jkun se jintuża għal dan il-għan, bħal PC/laptop, mobile u/jew tablet, u anke skont il-platform użat, jiġifieri Windows jew MAC, Android jew Apple, eċċ.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja – komunikazzjonijiet bil-miktub aċċessibbli għall-persuni neqsin mid-dawl

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'miżuri qed jieħu l-Ministeru tagħha u entitajiet li jaqgħu taħtha sabiex jara li komunikazzjonijiet bil-miktub ta' kull tip li jintbagħtu bil-posta jew mezzi oħra, ikunu f'format aċċessibbli li jinqara minn persuni neqsin mid-dawl?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

L-Onorevoli interpellant għandu jkun mgħarraf li, waqt li l-ebda ministeru jew entità fi ħdan il-Gvern m’għandu aċċess għal informazzjoni dwar persuni b’diżabilità u x’tip ta’ diżabilità jsofru minnhom, hu prattikament impossibbli li kull korrispondenza li tintbagħat bil-posta tradizzjonali tkun ukoll f’format aċċessibbli li jinqara minn persuni neqsin mid-dawl.Minkejja dan, fil-każ ta’ korrispondenza diġitali, nixtieq intenni li l-entità governattiva Fondazzjoni għall-Aċċessibilità tat-Teknoloġika tal-Informatika (FITA) toffri dan is-servizz lil kull individwu jew entitaijet li jitolbu din l-għajnuna biex jaqdu l-klijentela tagħhom bi spiża mħallsa mill-individwu jew l-entità. Fil-fatt dawk li, minn jeddhom jitolbu l-assistenza tal-istess Fondazzjoni, jiġu ggwidati fl-installazzjoni ta’ programm apposta (software) biex il-kompjuter personali tagħhom ikun jista’ jaqralhom kull imejl li jirċievu, inkluż bl-ilsien Malti. It-taħriġ hu bi ħlas, filwaqt li l-programm hu b’xejn. Nenfasizza li kull każ jiġi kkunsidrat fuq il-bażi individwali, inkluż biex tintuża l-aħjar teknoloġija assistiva, li tvarja minn Optical Character Recognition (OCR), Screen Reader, Braille jew anke tipa mkabbra. L-istess assistenza tvarja wkoll skont l-apparat li jkun se jintuża għal dan il-għan, bħal PC/laptop, mobile u/jew tablet, u anke skont il-platform użat, jiġifieri Windows jew MAC, Android jew Apple, eċċ.

Artikolu 166a – preżentazzjoni ta’ ittri uffiċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati ittri uffiċjali fil-Qrati ta’ pajjiżna tul is-sena li għaddiet 2020 u jista’ jindika kemm kienu taħt l-Artikolu 166a?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li matul is-sena 2020: Fil-Qorti ta’ Malta ġew ippreżentati 10,898 ittra uffiċjali. Minn dawn l-ittri uffiċjali, 3,353 kienu maħruġa taħt l-Artikolu 166A tal-Kapitolu 12 tal-Liġijiet ta’ Malta. Fil-Qorti ta’ Għawdex ġew ippreżentati 567 ittra uffiċjali. Minn dawn l-ittri uffiċjali, 208 kienu maħruġa taħt l-Artikolu 166A tal-Kapitolu 12 tal-Liġijiet ta’ Malta.

Preżentazzjoni ta’ mandat ta’ sekwestru

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati mandati ta’ sekwestru tul is-sena li għaddiet fil-Qrati ta’ pajjiżna?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2020 fil-Qorti ta’ Malta ġew preżentati 1,871 mandat ta’ sekwestru u fil-Qorti ta’ Għawdex ġew preżentati 74 mandat ta’ sekwestru.

Preżentazzjoni ta’ Kontro-mandati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati kontro-mandati tul is-sena li għaddiet fil-Qrati ta’ pajjiżna?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2020 fil-Qorti ta’ Malta ġew ippreżentati 1,511-il kontro-manda, waqt li fil-Qorti ta’Għawdex gew ippreżentati 58 kontro-mandat.

Artikolu 166a – preżentazzjonijiet ta’ ittri uffiċjali eżekuttivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati ittri uffiċjali eżekuttivi taħt l-Artikolu 166a fil-Qrati ta’ pajjiżna minn meta din ġiet fis-seħħ?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li minn meta daħal fis-seħħ l-Artikolu 166A tal-Kapitolu 12 tal-Liġijiet ta’ Malta daħlu 52,140 ittra uffiċjali ezekuttivi ai termini tal-istess artikolu fil-qrati ta’ Malta. Fil-Qorti ta’ Għawdex, ġew preżentati 2,485 ittri uffiċjali eżekuttivi taħt l-Artikolu 166A.

Kumpilazzjonijiet kriminali ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati kumpilazzjonijiet kriminali ġodda s-sena li għaddiet 2020 fil-Qrati ta’ pajjiżna?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2020 fil-Qorti ta Malta ġew reġistrati 726 il-kumpilazzjoni kriminali. Waqt li fil-Qorti ta’ Għawdex ġew reġistrati 48 il-kumpilazzjoni kriminali.

Kumpilazzjonijiet kriminali terminati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew deċiżi u terminanti kumpilazzjoni kriminali mill-Qrati ta’ pajjiżna tul is-sena li għaddiet?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2020 fil-Qorti ta’ Malta ġew deċi¿i u terminati 520 il- kumpilazzjoni kriminali. Waqt li fil-Qorti ta’ Għawdex ġew deċiżi u terminati 54 kumpilazzjoni kriminali.

Għawdex — Għasri - esproprjazzjonijiet

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17795, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern Ċentrali għamilx esproprjazzjonijiet fil-lokalità tal-Għasri Għawdex, preċiżament fiż-żona ta' Triq il-Ġdida u Triq il-Qadima li kopji tal-pjanti għalihom qed jingħataw separatament? Jekk iva, jista' jagħti d-dettalji, possibbilment anke billi jpoġġi pjanta fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub ser jingħata f'xi seduta oħra.

Għawdex – swab tests

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jispjega lill-Parlament kemm-il swab test sar f'Għawdex mill-bidu ta' Diċembru 2020 sad-data li fiha titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jispjega kemm kien l-average time li fih ingħataw ir-riżultati kwantu dawn is-swab tests? Jista' jgħid ukoll kemm kien l-average time meħud biex jingħataw ir-riżultati kwantu swab tests li saru f' Malta fl-istess perjodu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru totali ta’ swabs li saru f’Għawdex mill-1 ta’ Diċembru 2020 sal-aħħar ta’ Jannar 2021 kien 9,260 li minnhom 908 kienu rapid tests. Il-ħin tal-analiżi minn mindu jasal swab (PCR) għal Covid- 19 fil-laboratorju tal-isptar Mater Dei sa ma joħroġ ir-riżultat huwa l-istess kemm għall-kampjun li jittieħed minn Malta kif ukoll minn Għawdex.
Leg 13 PQ #18380 Sitting 423 2021-02-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Promenade ta’ Marsalforn — Riġinerazzjoni tal-Menqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fil-proġett li għaddej bħalissa ta’ Riġenerazzjoni tal-Menqa fil-Promenade ta' Marsalforn jispjega fid-dettall fiex kienu jikkonsistu l-varjazzjonijiet jew Direct Orders li ngħataw fit-13 ta' Frar 2020, fit-2 ta' April 2020 u fit-8 ta' April 2020, min talab għalihom, kemm ġew jiswew, lil min ingħataw u min awtorizza dawn il-varjazzjonijiet? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx iktar jew hemmx ippjanat li jkun hemm iktar Variations u Direct Orders fuq dan il-proġett?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #18381 Sitting 423 2021-02-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Taċ-Ċawla, Rabat Għawdex – tender għal bini ta’ appartamenti u open spaces ikkanċellata

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16588 li ngħatat iktar min tliet xhur ilu jiġifieri fejn fiha ngħad li t-tender li ġiet ikkanċellata fil-15 ta Mejju 2020: Tender for the Construction of a Block of Apartments and Open Spaces at the Housing Estate at taċ-Ċawla, Victoria, Gozo, 'kienet se terġa’ toħroġ fil-ġimgħat li ġejjin, jista’ l-Ministru jgħid jekk din it-tender ħarġitx u jekk le x'inhuma r-raġunijiet għaliex għadha ma ħarġitx?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dokument tat-tender tlesta u qiegħed għand id-Dipartiment tal-Kuntratti għall-vetting, biex eventwalment issir il-publikazzjoni tas-sejħa.
Leg 13 PQ #18389 Sitting 423 2021-02-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Intervention Unit — promotions

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu fis-sezzjoni tal-Intervention Unit fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex matul is-sena 2020 xahar b'xahar?, Jista’ jgħid xi gradi huma dawn il-ħaddiema? Kemm minn dawn il-ħaddiema ħadu promozzjoni matul is-sena 2020 u fiex kienet tikkonsisti din il-promozzjoni li ħadu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li sa Marzu 2020 kien hemm tnax il-ħaddiema jaħdmu fis-sezzjoni tal-Intervention Team fi ħdan il-Ministeru. Dawn żdiedu għal 14 sal-aħħar ta’ Lulju u telgħu għal 16 sal-aħħar ta’ Diċembru 2020. Il-gradi tal-ħaddiema jvarjaw minn Chief Scientific Officer sa Labourers. Matul is-sena 2020, 4 minnhom ħadu promozzjoni; waħda minnhom kienet dik ta’ Chief Scientific Officer u t-tlieta l-oħra kienu dawk ta’ Tradesman.
Leg 13 PQ #18390 Sitting 423 2021-02-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Vakanzi fil-Ministeru għal Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-vakanzi kollha li hemm pendenti bħalissa fil-Ministeru għal Għawdex u l-entitajiet li jagħqu taħtu? Minn meta ilhom vakanti dawn il-postijiet? Meta ħarġu s-sejħiet biex jimtlew dawn il-vakanzi? Sa meta hu ppjanat li jimtlew?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li il-Capacity Building tal-Ministeru għal Għawdex jinbidel minn żmien għall-żmien, skont l-esiġenzi tas-servizz. Kull meta jkun hemm vakanzi speċifiċi, il-persuni biex jimlewhom jintagħżlu wara sejħiet pubbliċi mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku.
Leg 13 PQ #18391 Sitting 423 2021-02-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Riġenerazzjoni tal-Pjazza ta’ Sannat u Riġenerazzjoni ta’ parti mill-Pjazza tal-Munxar – proġetti proposti

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-proġett propost fil-Baġit 2018 u 2019 rispettivament rigward xogħlijiet ippjanati għar-riġenerazzjoni tal-Pjazza ta’ Sannat, u għar-riġenerazzjoni ta’ parti mill-Pjazza tal-Munxar? Jista’ jgħid liema hu l-Vot fil-Budget għas-sena 2021 għal dawn l-imsemmija proġetti?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawn il-proġetti huma immexxija mill-Kunsilli Lokali rispettivi bl-għajnuna finanzjarja tal-Ministeru għal Għawdex. L-ispejjes relatati ma’ dawn iż-żewġ proġetti se jittieħdu mill-vot ta’ EkoGħawdex u huma imqassmin fuq perjodu ta’ aktar minn sentejn.

Park tal-Inwadar

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra: 1. min huma l-membri tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-Park tal-Inwadar, ir-remunerazzjoni li jingħataw, in-numru ta’ drabi li ltaqgħu minn mindu ġew appuntati skont il-leġislazzjoni Sussidjarja 549.109?; 2. min huma l-membri tal-Korp ta’ implimentazzjoni tal-Park tal-Inwadar ir-remunerazzjoni li jingħataw, in-numru ta’ drabi li ltaqgħu minn mindu ġew appuntati skont il-leġislazzjoni sussidjarja 549.109? 3. u jippreżenta kopji tal-pjan ta’ ġestjoni/ħidma tal-park kif ukoll il-pjan ta’ negozju għall-park?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-pre¿ent il-Bord ta’ Ġestjoni tal-Park Nazzjonali tal-Inwadar huwa kompost mis-Sur Steve Borg, li huwa ċ-Chairperson, is-Sinjuri Mario Calleja, Joyce Abela, Kathleen Grima, Remigio Schembri, Jason Mangani u Bryan Degabriele li huma l-membri, u s-Sur Matthew Chetcuti li huwa s-Segretarju. L-onorarja li titħallas hija ta’ disgħat elef, disgħa mija u erbgħa u erbgħin ewro (EUR 9,944) fis-sena għaċ-Chairperson u ta’ tliet elef, sitt mija u sitta u erbgħin ewro (EUR 3,646) fis-sena għall-membri u s-segretarju. Sa minn mindu twaqqaf, f’Novembru 2016, il-Bord iltaqa’ wieħed u tletin (31) darba; dan minbarra l-ħafna żjarat fuq is-sit u laqgħat bilaterali oħra li l-persuni maħtura fuq il-bord kienu involuti fihom. Ninforma wkoll lill-Onorevoli Interpellant li, sa minn meta s-sit tal-Inwadar ġie ddikjarat bħala Park Nazzjonali, il-funzjonijiet tal-Korp tal-Implimentazzjoni dejjem ġew assorbiti minn Ambjent Malta li twettaq il-ħidma tagħha b’koordinament sħiħ mal-Bord ta’ Ġestjoni. Fuq il-Mejda tal-Kamra qed inpoġġi wkoll kopja tal-Management Plan Brief tal-Park Nazzjonali tal-Inwadar.

Infrastructure Malta – direct orders, kuntratti għal xogħlijiet, servizzi u konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra bid-data, ammont u deskrizzjoni ta’ direct orders, kuntratti għal xogħlijiet, servizzi u konsulenzi li nħarġu mill-aġenzija Infrastructure Malta mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-ġurnata tal-lum?

Response (BORG, IAN)

Qed inpoġġu fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista mitluba filwaqt li nfakkar lill-Onorevoli interpellant li d-direct orders jiġu ppubblikati perjodikament fil-Gazzetta tal-Gvern, kif inhu d-dmir tal-Ministeru.