Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ġnien l-Għarusa tal-Mosta

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-Ġnien l-Għarusa tal-Mosta jingħata l-attenzjoni li tixraqlu mill-entitajiet responsabbli li jistgħu jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu possibilment il-Kunsill Lokali Mosta? Dan peress li partijiet minnu jinsabu fi stat mitluq?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Lokali qed jipprovdi servizz ta’ tindif u ġbir ta’ skart ta’ kuljum miż-żona tal-ġnien li hu responsabbli minnha. Minbarra hekk nirreferih għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 18654.

San Pawl il-Baħar – Triq il-Kaħli – xogħlijiet ta’ manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jara li Infrastructure Malta tagħmel b’urġenza l-manutenzjoni meħtieġa li għandhom isiru fi Triq il-Kaħli f’San Pawl il-Baħar, peress li dewmien fix-xogħol li meħtieġ isir, ser ikun qed ifisser aktar perikli għal kull min jagħmel użu minnha?

Response (BORG, IAN)

Bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’madwar 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali u bħalissa għaddejjin xogħlijiet f’għexieren ta’ toroq oħrajn. Bħal toroq oħrajn, it-triq indikata tinsab fil-pjanijiet ta’ Infrastructure Malta biex tinbena mill-ġdid ukoll fiż-żmien li ġej. L-aġenzija hija f’kuntatt dirett mal-Kunsilli Lokali biex fejn verament hemm bżonn, bħalma diġà għamlet f’ċerti lokalitajiet, tappoġġjahom fil-manutenzjoni tat-toroq liema ħidma hija fir-responsabbiltà tagħhom sakemm it-toroq residenzjali jinbnew mill-ġdid. Sadanittant, mistoqsijiet dwar tiswijiet tat-toroq sakemm jasal iż-żmien tagħhom biex jinbnew mill-ġdid għandhom isiru lill-ministeru konċernat miż-żamma ta’ toroq lokali.

Il-Mellieħa – Triq il-Gardell – xogħlijiet fuq bankina

Question

Jista’ l-Ministru jara li Infrastructure Malta tagħmel b’urġenza bankina li hemm nieqsa f’parti minn Triq il-Gardell fil-Mellieħa peress li dewmien fix-xogħol li meħtieġ isir ser ikun qed ifisser aktar perikli u skumdità għal kull min jagħmel użu minnha?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 18693 tal-istess Seduta.

Fomm ir-Riħ – Aċċess għall-pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif u x’inhi r-raġuni li l-aċċess għall-post magħruf bħala Fomm ir-Riħ u li hu sit Natura 2000 ingħalaq għall-pubbliku hekk kif jidher fil-filmat li qed jingħata separatament?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. interpellant li, waqt li l-bajja ta’ Fomm ir-Riħ u l-kosta huma pubbliċi, l-aċċess għaliha jinsab f’art privata, liema passaġġ bħalissa huwa ta’ periklu.

Stazzjonijiet nazzjonali tar-radju – sigħat ta’ mużika

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm-il siegħa fil-ġimgħa huma dedikati għall-mużika popolari, mużika klassika, jazz u country fuq l-istazzjonijiet nazzjonali tar-radju?

Response (ABELA, CARMELO)

L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella hawn taħt. Radju Malta 1 Radju Malta 2 Magic Malta Total Mu¿ika Popolari 26hrs 73hrs 122.5hrs 221.5hrs Mu¿ika Klassika 7.5hrs 7.5hrs - 15hrs Jazz 1hr 1hr - 2hrs Country 1hr 1hr - 2hrs M’huwiex esklu¿ li waqt programmi ta’ Mu¿ika Popolari, kemm fuq Radju Malta 1 u fuq Radju Malta 2, tindaqq ukoll mu¿ika ta' stil Jazz u Country.
Leg 13 PQ #18709 Sitting 424 2021-02-03 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Psikologi fi skejjel Għawdxin li jaħdmu fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni f’Malta

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm psikologi fl-iskejjel f'Għawdex u kemm hemm psikologi Għawdxin li preżentement qed jaħdmu fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni f'Malta?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm Psikologa waħda fulltime fil-Kulleġġ u l-iskejjel ta’ Għawdex. Din hi megħjuna minn żewġ Assistenti Psikologi. Infurmata wkoll li ma hemm ebda Psikologi Għawdxin li qed jaħdmu fl-iskejjel Malta. Inżid ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Psikologa u l-Assistenti Psikologi jaħdmu flimkien ma’ servizzi ta' sapport oħra fl-iskejjel bħal guidance teachers, social workers, entitajiet bħal anti-substance u anti-bullying u anke counsellors.

Ġnus Magħquda — Fond tal-Bini tal-Paċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li twiegħed minn Malta għall-fond tal-bini tal-paċi tal-Ġnus Magħquda fil-konferenza tas-27 ta' Jannar 2021?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Malta ser tkun qed tikkontribwixxi s-somma ta’ sittin elf ewro maqsuma fuq erba snin.

Gozo Channel (Operations) Ltd – vjaġġi għall-merkanzija għall-Port il-Kbir – ksur tat-termini tal-Public Service Obligation

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17639, kif jista' l-Ministru jgħid illi "mhu qed isir l-ebda ksur tal-Public Service Obligation mill-Gozo Channel (Operations) Ltd u s-servizzi mogħtija huma kollha abbażi tal-istess Public Service Obligation" meta l-istess Public Service Obligation agreement li ġie mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fit-tweġiba 32791 tal-11-il Leġiżlatura jgħid ċar u tond fi klawsola 1.2(b) li l-"lifeline services" iridu jiġu pprovduti ukoll bejn Marsamxetto/Valletta u l-Imġarr, Għawdex u dan is-servizz ilu ma jingħata għal bosta snin ?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorita; tat-Trasport rigward PQ 18711, li Onor. Joseph Ellis mhux korrett. Ir-raġuni hija li l-PSO jiddikjara dan li ġej, fil-Klawsola 1.2 (a) u wkoll fil-Klawsola 1.2 (b) li qed tiġi kkwotata: - 1.2(a) The Life Line services shall be provided at and from the following ports, or at or from any other ports agreed in writing by the Parties - 1.2(b) The Life Line services shall be provided on the following routes, or on any other routes agreed in writing by the Parties Fuq il-bażi ta' dak li ntqal hawn fuq, kien hemm qbil bejn il-partijiet biex l-operazzjonijiet tal-merkanzija jiġu trasferiti minn Marsamxett (Pietà) għaċ-Ċirkewwa minħabba l-Marina l-ġdida. Għalhekk, m'hemm l-ebda ksur tal-Public Service Obligation

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — lista ta' proġetti kapitali

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ proġetti kapitali lil jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu li huma għaddejjin bħalissa jew se jibdew fit-12-il xahar li ġejjin?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Proġetti Kapitali taħt dan il-Ministeru għaddejjin bil-bosta bħalissa u nassigura lill-Onorevoli li fix-xhur li ġejjien r-ritmu ser jibqa għaddej. Kif jistgħu jikkonfermaw in-nies qed nwettqu u ser nkompli nwettqu proġetti li kien ilhom fuq l-karta għal żmien twil. Jekk l-Onorevoli huwa nteressat li jkun jaf aktar dwar xi proġett partikolari nitolbu jkun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — lista ta' proġetti kapitali

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ proġetti kapitali lil jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu li huma għaddejjin bħalissa jew se jibdew fit-12-il xahar li ġejjin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #18747 Sitting 424 2021-02-03 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — lista ta' proġetti kapitali

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ proġetti kapitali lil jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu li huma għaddejjin bħalissa jew se jibdew fit-12-il xahar li ġejjin?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #18748 Sitting 424 2021-02-03 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — lista ta' proġetti kapitali

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ proġetti kapitali lil jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu li huma għaddejjin bħalissa jew se jibdew fit-12-il xahar li ġejjin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — lista ta' proġetti kapitali

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ proġetti kapitali lil jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu li huma għaddejjin bħalissa jew se jibdew fit-12-il xahar li ġejjin?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-proġetti kapitali indikati huma s-segwenti: · Ir-restawr tal-faċċata ta’ Palazzo Ferreria fil-Belt (in-naħat ta’ Triq l-Ordinanza u Triq id-Dejqa), li wasal fl-aħħar tiegħu u b’hekk dan il-proġett ikun tlesta kollu; · Refurbishment maġġuri ta’ uffiċċji fi Triq Melita, l-Belt li għadu għaddej; · Bini ta’ ċentru għall-adoloxxenti f’Tal-Ibwar li ser ikun operat mill Caritas, il-proġett u l-operat qed ikun iffinanzjat kollu mill-Gvern; · Il-proġett ta’ Ċentru għall-Fostering ġdid f’Santa Venera mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali li beda s-sena l-oħra u mistenni jkun lest dis-sena; · Ix-xiri ta’ propjeta’ f’Għawdex mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, liema xiri se jkun konkluż fil-ġimgħat li ġejjin u liema propjeta’ se tintuża sabiex ikun jista’ jingħata kenn lill-persuni li jkunu għaddejjin minn problemi soċjali; u · Mistenni jibda refurbishment maġġuri tal-bitħa nterna u r-reception area ta’ Palazzo Ferreria (in-naħa ta’ Triq ir-Repubblika).

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — lista ta' proġetti kapitali

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ proġetti kapitali lil jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu li huma għaddejjin bħalissa jew se jibdew fit-12-il xahar li ġejjin?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, fil-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar, id-Diviżjoni u l-entità b’responsabbiltà ewlenija għat-twettieq ta’ proġetti kapitali huma Ambjent Malta u l-kumpanija Wasteserv (Malta) Ltd. Fir-rigward tal-proġetti li qed jitwettqu mill-kumpanija Wasteserv (Malta) Ltd fil-qasam tal-ekonomija ċirkolari diġà, f’din il-Kamra, kelli opportunità li nispjega l-portata ta’ dawn il-proġetti u l-importanza tagħhom sabiex pajjiżna jagħmel il-qabża li jmiss f’dan is-settur tant vitali. Irrid insemmi, fost l-oħrajn, il-kullana ta’ proġetti li flimkien se jifformaw l-Ecohive. Dawn jinkludu l-Waste-to-Energy Plant, il-Material Recovery Facility, l-Organic Processing Plant u t-Thermal Treatment Facility. Minbarra dan l-investiment straordinarju, l-kumpanija qed tibni wkoll Multi-Material Recovery and Storage Facility u Skip Management Facility, filwaqt li b’mod kontinwu qed tinvesti f’xogħlijiet kbar sabiex ittejjeb u tkabbar kif meħtieġ il-faċilitajiet eżistenti tagħha. Sadanittant il-Wasteserv tinsab għaddejja b’xogħlijiet fl-eks-miżbliet ta’ Wied Fulija u l-Qortin fejn, minbarra r-riabilitazzjoni tas-siti, il-proġetti jinkludu wkoll tħaddir estensiv. Irrid ngħid li dawn tal-aħħar m'humiex l-unika proġetti ta’ tħaddir li daħlet għalihom il-Wasteserv għax, kif konna ħabbarna s-sena l-oħra, l-kumpanija issa għandha wkoll driegħ ta’ operat fil-qasam tal-infrastruttura ekoloġika li permezz tiegħu se jitwettqu proġetti ta’ tħaddir urban f’Ħal Qormi, l-Mosta, l-Ħamrun u Ħaż-żabbar, kif ukoll ir-restawr u r-riabilitazzjoni ta’ Ġnien Romeo Romano f’Santa Venera. Se jkunu qed isiru wkoll investigazzjonijiet ġeo-tekniċi fir-rigward tal-proġetti tat-trasformazzjoni ta’ Triq Sant’Anna fil-Furjana f’żona pedonali mħaddra u tat-tisqif ta’ Triq Reġjonali f’Santa Venera. Min-naħa tad-Diviżjoni Ambjent Malta, il-lista ta’ proġetti li qed jitwettqu jew li se jinbdew fit-tnax-il xahar li ġejjin ukoll hija waħda tabilħaqq konsiderevoli. Din tinkludi r-restawr tal-Grotta tal-Buskett u l-ftuħ ta’ uffiċċju informattiv għall-viżitaturi f’dik li hi magħrufa bħala l-Kamra Agrarja, l-bini ta’ faċilitajiet sanitarji fil-Park Nazzjonali tas-Salina u ta’ faċilitajiet simili fuq Kemmuna, sabiex jipprovdu għas-sit tal-ikkampjar f’Tal-Ful, u x-xogħlijiet ta’ restawr u rijabilitazzjoni fi Ġnien San Filippu fil-Furjana. Se jittieħdu wkoll bosta inizjattivi ta’ tħaddir urban fosthom f’Ta’ Dbieġi, f’San Ġwann, fil-villaġġ tal-artiġġjanat f’Ta’ Qali u f’Tal-Pietà. Aktar konsiderevoli huma l-interventi ta’ Ambjent Malta f’siti Natura 2000 u żoni rurali oħra fejn b’kontinwu d-Diviżjoni tinsab għaddejja bir-restawr tal-ħitan tas-sejjieħ, it-tneħħija ta’ speċi aljeni invasivi u t-tħawwil ta’ siġar u arbuxelli indiġeni b’mod ġenerali. Dwar dawn l-interventi tajt diġà spjegazzjoni fit-tul b’risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 16215. Fl-aħħarnett, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi bħalissa tinsab għaddejja bi proġett sabiex tinstalla stazzjon għall-monitoraġġ tal-arja fix-Xemxija u sabiex ittejjeb iż-żona madwar l-istazzjon tal-monitoraġġ tal-Għarb. Dan minbarra t-tfassil ta’ proġett għar-riabilitazzjoni ta’ Ġnien Spencer fil-Marsa u, fi sforz sabiex ittejjeb is-servizz li ttoffri, l-Awtorità tinsab għaddejja wkoll bi proġetti ta’ titjib tal-faċilitajiet tagħha fosthom il-laboratorji.

Spiża għall-importazzjoni tal-vaċċin għal kontra l-COVID-19

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti rendikont tal-ispiża li swiet s’issa lill-Gvern Malti sabiex kienu importati l-vaċċin għal kontra l-COVID 19?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ftehim bħal dan huwa kopert minn kriterji ta' kunfidenzjalità li huma parti mill-ftehim ta' akkwist bil-quddiem, hekk kif stabbiliti mill-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea.

Central Procurement and Supplies Unit – ħaddiema — allowances

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti rendikont fuq liema kriterji ċertu ħaddiema fis-Central Procurement and Supplies Unit ingħataw allowance filwaqt li ħaddiema oħra fl-istess Dipartiment ma ngħataw l-ebda allowance? Kemm swiet din l-ispiża tal-allowance inkluż il-ħlasijiet b’lura li ngħataw dawn il-ħaddiema?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f'konformità mal-MOU iffirmat bejn il-Gvern, l-GWU u l-UHM fis-27 ta 'Frar fl-2020, ġiet elenkata lista tal-gradi li huma ntitolati għal allowance. Dawn jinkludu dawk li jwettqu dmirijiet ta' akkwist u provvisti fi ħdan is-CPSU.

Rabat, Ħad-Dingli u Ħaż-Żebbuġ – installazzjoni ta’ lifts f’Housing Estates

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew installati lifts fil-Housing Estates tar-Rabat, Ħad-Dingli u Ħaż-Żebbuġ mill-2017 sal-lum?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat illi ġie installat lift wieħed fil-Housing Estate tar-Rabat. Ix-xogħol ta’ kostruzzjoni bi preparazzjoni għall-installar ta’ lifts fil-preżent għaddej f’seba’ blokki oħra fiż-żoni msemmija.