Jista' l-Ministru jelenka d-direct orders kollha li ġew approvati mid-Direct Orders Office tal-Ministeru tiegħu matul l-2021 u jinkludi l-ammont approvat f'kull awtorizzazzjoni?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija f’PQ 23917.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm imsieħba fil-Community Workers Scheme fl-aħħar ta' Diċembru 2021 u kemm swiet din l-iskema matul l-2021? Jista' jgħid kemm daħlu nies ġodda f'din l-iskema matul l-2021, kemm telqu minnha fl-2021 u kemm minn dawn tal-aħħar telqu mill-iskema għax sabu xogħol fis-settur privat?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar ta' Diċembru 2021 kien hemm 981 imsieħba fil-Community Workers Scheme u matul l-2021 l-iskema swiet €15,278,206.15. Matul l-2021 daħlu 31 parteċipant ġdid u telqu minnha 77, li 6 minnhom sabu xogħol fis-settur privat.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal l-abbozzar ta' liġi ġdida għar-Reġistru tal-Art kif kien wiegħed li ser jippreżenta qabel is-sajf tas-sena l-oħra?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi ġew diskussi diversi proposti biex isiru l-emendi neċessarji għall-att prinċipali, kif ukoll għall-att sussidjarju dwar ir-regoli tar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet. Dawn l-emendi jkopru wkoll is-sistema diġitali ġdida għar-reġistrazzjoni tal-propjetà li għandha tiġi introdotta aktar tard din is-sena. Infurmat ukoll illi dan il-proċess wasal fl-istadju tal-abbozzar tal-emendi fil-liġi.
Segretarji Permanenti – awtorità għall-approvazzjoni ta’ direct orders
Question
Jista' l-Ministru jispjega x'awtorità għandhom il-varji segretarji permanenti, awtoritajiet u entitajiet oħra sabiex japprovaw direct orders mingħajr l-approvazzjoni tal-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Segretarji Permanenti u l-kapijijet tal-awtoritajiet kuntrattwali għandhom il-fakultà li japprovaw direct orders sal-limitu ta’ €10,000.
Jista' l-Ministru jindika kemm inkera spazju s'issa u kemm għad hemm spazju x'jinkera fil-Gozo Innovation Hub? Jista' jindika kemm kien hemm spazju li ġie allokat għal skopijiet mhux industrijali u taħt liema kundizzjoni tali allokazzjoni saret?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi ghal mistoqsijiet parlamentari,22842, 21884, 23613 u 23886.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23418 u 22553 u jispjega fejn qed jaħdmu l-impjegati mediċi (Allied Health Practitioner, Senior ECG technician, Enrolled Nurse, Nursing Aide, Health Assistant eċċ) li hemm fuq il-kotba tal-Ministeru?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 24102.
Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta’ kirja ta’ binja f’Santa Venera/Ħamrun li fiha ser jiċċaqilqu l-Planning & Priorities Coordination Division; Funds & Programmes Division; Measures & Support Division u l-European Union Programmes Agency?
Response (ABELA, ROBERT)
Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq l-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk jagħmilx sens kummerċjali li l-kirja ta’ iktar minn €30,000 fix-xahar għall-binja f’Santa Venera/Ħamrun għall-Planning & Priorities Coordination Division; Funds & Programmes Division; Measures & Support Division u l-European Union Programmes Agency bdiet sena ilu fl-2021, meta sal-lum l-imsemmijin uffiċini għadhom ma bdewx joperaw mill-binja msemmija?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li fuq l-imsemmija uffiċini għaddejjin numru ta’ proċessi ta’ xiri pubbliku bħal għamara li ma setgħux jinbdew qabel kien konkluż il-proċess tal-kirja tas-sit u qabel ma jitlestew dawn l-proċessi kollha ma jkunx jista’ jitlesta u jidħlu l-haddiema.Ninsab ukoll infurmat li l-kuntratt tal-binja kkonċernata sar wara proċess ta’ sejħa pubblika għall-offerti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex permess li trailers jitħallew ipparkjati f’toroq pubbliċi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-leġislazzjoni sussidjarja 65.11 f'artiklu 79 tipprojbixxi b'mod ġenerali pparkjar ta vetturi u trailers f'postijiet speċifici msemmija f'dan l-artiklu bħal ma huma roundabouts, bus stops, pedestrian crossings, bankina u postijiet fejn marki tal-karreġġati jew sinjali tat-traffiku jipprojbixxu tali pparkjar, inkluż viċin kantuniera.
Minbarra din il-legislazzjoni hemm erbgha legizlazzjonijiet ohra li huma:
SL 363.177 li jsemmi l-lokalita ta' Marsaxlokk
SL 363.221 li jsemmi l-lokalita ta' Marsascala
SL 363.192 li jsemmi l-lokalita tal-Isla u
SL 363. 203 li jsemmi l-lokalita ta' Birzebbugia.
Dawn l-erbgha leġislazzjonijiet sussidjarji li jsemmu dawn il-lokalitajiet jipprojbixxu li trailers jitħallew jew li jiġu pparkjati lanqas b'mod temporanju u fl'ebda parti tal-lokalita’ ħlief dik il-parti ndikata għalihom jew fuq art privata.
Għaldaqstant dan jurina illi trailers li huma lliċenzjati huma meqjusa bħal vetturi oħra u mhux regolati b'mod differenti ħlief fl-erbgha lokalitajiet li semmejt li huma Marsaxlokk, Marsascala, Isla u Birzebbuġa.
Trailer ipparkjat fi triq – numru ta’ reġistrazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk trailer ipparkjat fi triq, iridx ikollu numru ta’ reġistrazzjoni (number plate) imwaħħal?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onoerevoli Interpellant li kull trailer li jkun ipparkjat fit- triq ghandu jkollu number plates imwahhla u dan skond id-dispozzijoniet tal- Ligi Sussidjara 368.02 REGISTRAZZJONI U LICENZJAR TA’ VETTURI BIL-MUTUR, Artikolu
13.(2) jghid li
L-ebda vettura bil-mutur ma tista’ tkun fit-triq, kemm jekk ipparkjata kemm jekk qed tintuża, mingħajr liċenza għaċ-ċirkolazzjoni valida, jew permess għaċ-ċirkolazzjoni validu jew diska ta’ liċenza temporanja valida, skont ma jkun applikabbli,maħruġa mill-Awtorità sakemm il-vettura bil-mutur ma tkunx e¿enti taħt id-dispożizzjonijiet tal-Att.
Kif ukoll Artikolu 32(1) jgħid li
32.(1) L-Awtorità għandha tagħti lid-detentur ta’ liċenza ta’vettura bil-mutur żewġ pjanċi tar-reġistrazzjoni li jkunu juru l-marka tar-reġistrazzjoni ta’ dik il-vettura mal-ħlas ta’ kemm jiswew dawk il-pjanċi kif hemm provdut fl-Ewwel Skeda.
(2) Minbarra l-marka ta’ reġistrazzjoni, il-pjanċa għandha turi wkoll is-sinjal internazzjonali li jiddistingwi ta’ Malta skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2411/98 dwar ir-rikonoxximent fit-raffiku intra Komunitarju tas-sinjali li jiddistingwu tal-Istati Membri li fihom l-vetturi bil-mutur u t- trailerstagħhom ikunu reġistrati.
(3) Fuq il-pjanċa tar-reġistrazzjoni ma huma permessi ebda ittra, numru, marka jew sinjal ieħor, ħlief dawk awtorizzati mill-Awtorità.
(4) Meta dawn il-pjanċi ġodda jingħataw lid-detentur tal-liċenza, dan għandu jieħu ħsieb li jitwaħħlu minnufih b’mod sigurgħas-sodisfazzjon tal-Awtorità mal-vettura li għaliha jirreferu,waħda fuq quddiem u waħda fuq wara tal-vettura f’dik il-pożizzjoni li kull ittra u ċifra fuq il-pjanċa jkunu f’pożizzjonivertikali, jidhru tajjeb u jingħarfu sew: Iżda meta vettura bil-mutur tkun qed tiġbed trailer jew iżjed minn trailer wieħed, il-pjanċa ta’ wara tal-vettura għandha titwaħħal fuq in-naħa ta’ wara tat-trailer jew fuq in-naħa ta’ waratal-aħħar trailer, skont ma jkun l-każ.
.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jaqbilx mas-salarju tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li jammonta għal madwar €180,000 fis-sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma naqbilx mas-salarju li qed jallega l-Onor. Azzopardi ghaliex il-persuna indikata mhux veru għandha dak is-salarju, kif jista' jikkonferma kulhadd mill-kuntratti li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra bi tweġiba għal mistoqsijiet fosthom tal-Onor. Azzopardi stess fix-xhur li għaddew.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jaqbilx mas-salarju tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li jammonta għal madwar €220,000 fis-sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-salarju li qiegħed jieħu s-Sur David Curmi fil-kapaċita` tiegħu ta’ Chairman Ezekuttiv huwa ferm anqas mit-total tas-salarju ta’ Chairman u CEO preċedenti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jaqbilx mas-salarju tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li jammonta għal madwar €190,000 fis-sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kuntratt tas-Sur Paul Bugeja ilu fis-seħħ minn Marzu tal-2018 u s-salarju tiegħu hu ferm anqas minn dak imsemmi hawn fuq.
Jista’ l-Ministru jindika liema huma dawk id-Djar Residenzjali Privati li għandhom sistema ta’ kaxxa tal-posta għas-suġġerimenti u lmenti tar-residenti li tinġabar mill-anqas darba fix-xahar mill-Kap tad-Dar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Djar residenzjali tal-Gvern – kumitat fejn jiġu diskussi ilmenti u suġġerimenti tar-residenti
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 14874, jista’ l-Ministru jindika jekk id-Djar Residenzjali kollha tal-Gvern għandhomx kumitat fejn jiġi organizzat minn ħaddiem soċjali u fejn jiġu diskussi l-ilmenti u s-suġġerimenti tar-residenti?’
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni ‘l fuq minn 61 sena li jaħdmu llum u x-xogħol li jagħmlu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus in-numru ta’ persuni ’l fuq minn 61 sena li kienu għadhom qed jaħdmu sal-aħħar ta’ Lulju 2021 fuq bazi full-time u part-time bħala xogħol ewlieni tagħhom kien ta’ 17,774.
Hawn taħt issib tabella li turi x-xogħol li kienu jagħmlu.
Xogħol li jagħmlu
Nies jaħdmu
[0] Armed Forces
6
[1] Managers
2,808
[2] Professionals
3,107
[3] Technicians and Associate Professionals
1,627
[4] Clerks and support workers
1,295
[5] Services and sales workers
2,983
[6] Skilled Agricultural, fishery and forestry workers
613
[7] Craft and related trades workers
1,355
[8] Plant and machine operator and assemblers
912
[9] Elementary Occupations
3,068
Total
17,774
L-aħħar ċifri ppublikati huma ta’ Lulju 2021.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hija l-ispiża ta’ kuljum għal kull sodda li hemm fl-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ispiża ta’ sodda kuljum fl-isptar Mater Dei tvarja skont it-trattament u l-kura li jkun jeħtieġ il-pazjent kkonċernat. Din l-spiża tvarja minn € 200 sa € 1,200.
Transport Malta u Infrastructure Malta – direct orders
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru u l-ammonti individwali tal-kuntratti u d-direct orders maħruġa minn Transport Malta u Infrastructure Malta mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2021, f'dokument wieħed għal kull entità?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jafx bil-ħsara tal-lift għal dawn l-aħħar 7 xhur fil-binja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jekk iva, jista jgħidilna meta se jissewwa dan il-lift?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat illi peress li l-ħsara hija sostanzjali ġie determinat li huwa iktar vijabbli li jiġi mwaħħal lift ġdid milli jissewwa dak eżistenti. Ir-residenti ġew mitluba biex jagħmlu applikazzjoni f'dan ir-rigward permezz tal-iskema LFT, liema applikazzjoni qed tiġi pproċessata.