Legislature:
Category:
Reset
Active:

Iż-Żejtun – inħawi ta’ Bulebel – trab iswed

Question

Fid-dawl li wasluli ilmenti dwar trab iswed fl-inħawi ta’ Bulebel fiż-Żejtun, jista’ l-Ministru ġentilment jgħid jekk hux infurmat dwar dan u jekk iva saritx investigazzjoni dwar dan il-fatt? Jekk iva, jista’ jgħid x’kien l-eżitu?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li la l-ufficcju tiegħi u lanqas l-ERA, bħala l-Awtorità kompetenti, ma rċevjna ilmenti ta’ trab iswed. Jekk l-Onorevoli Interpellant jgħaddi d-dettalji neċessarji lill-uffiċċju tiegħi jew anke lill-ERA tkun trid issir investigazzjoni skont il-każ.

Home Deposit Schemes

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma dawk li bbenefikaw mill-Home Deposit Scheme u jekk hemmx il-ħsieb li din l-iskema tiġi imġedda?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat illi sal-lum il-ġurnata diġa bbenefikaw minn din l-iskema 200 persuna. Ta' minn jgħid illi din l-iskema għadha miftuħa u nħeġġeġ aktar individwi biex jesploraw din l-iskema sabiex isiru sidien ta' darhom għall-ewwel darba.

pjanijiet għal swieq fl-irħula

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern rigward is-swieq fl-irħula? Jista’ jikkonferma li fil-preżent qed issir checking minn uffiċjali tad-Dipartiment tal-Kummerċ f’swieq? Jista’ jgħid jekk jarax li bħalissa huwa l-waqt addattat għal eżerċizzju ta’ verifika meta numru ta’ bejjiegħa tal-monti li huma vulnerabbli u ma jistgħux ikunu fuq il-post personalment?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li attwalment qiegħda tinġabar informazzjoni dwar l-operat mis-swieq fil-beraħ e¿istenti, bl-iskop li jiġu identifikati ħtiġijiet u nuqqasijiet sabiex dawn jiġu ndirizzati f’regolamenti li eventwalment jinħarġu taħt l-Att Prinċipali, wara li ssir konsultazzjoni mal-partijiet ineteressati. L-informazzjoni li qiegħda tinġabar mill-bejjiegħa tinkludi dettalji dwar kaxxi allokati lilhom, id-dimensjoni tal-istess kaxxi, permess maħruġ mill-Kunsill Lokali u liċenzja maħruġa mis-Sezzjoni tal-Liċenzji Kummerċjali u kif ukoll qed jiġi oservat jekk l-istess bejjiegħa humiex konformi mal-liġi fost l-oħrajn f’aspetti bħal kobor tat-tilari u ħinijiet tal-operat. Fejn qiegħed jirrizulta li hemm bejjiegħa li mhux joperaw bil-permess tal-Kunsill u l-liċenzja tal-Kummerċ, dawn qed ikunu mħeġġa jirregolarizzaw il-po¿izzjoni tagħhom. Inkwantu għal bejjiegħa tal-monti li huma vulnerabbli, l-Onorevolli Interpellant għandu jkun mgħarraf li dawn il-persuni jistgħu dejjem jibgħatu sostitut kif tipprovdi l-liġi. Tajjeb li nenfasi¿¿a li dan huwa ezerċizju ta’ ġbir ta’ informazzjjoni in ġenerali bil-għan li nkomplu ntejjbu s-settur.

Il-Mosta – Bdil fid-direzzjoni tat-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ġie deċiż minn Transport Malta dwar bdil fis-sistema ta’ traffiku fil-Mosta f’toroq fl-inħawi ta’ San Pawl tal-Qlejja fil-Mosta u parti minn Triq il-Kbira fl-inħawi ta’ Triq San Pawl tal-Qlejja (Mosta)? Jista’ jgħid ukoll liema toroq fil-preżent qed ikun maħsub li tinbidel ir-rotta tat-traffiku fil-Mosta u jkunu introdotti sistemi ġodda ta’ one way? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti ta’ kif se jsir?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal risposta tal-mistoqsija Parlamentari 18221 tas-Seduta 416.

National Disability Surveys

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 18424 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar żewġ National Disability Surveys li saru f’pajjiżna?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant biex ikun aktar ċar fit-talba tiegħu.

Marsaxlokk Waterpolo Club – proġett

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 18426 u tgħid jekk il-proġett tal-Marsaxlokk Waterpolo Club hux jew hux se jkun aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità u għall-anzjani? Tista’ tpoġġi l-pjanti u dokumenti kollha neċessarji relatati ma’ dan?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.

Servizzi biex jgħinu lill-persuni maħkuma mill-problema tad-droga

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18610 u jindika liema huma s-servizzi kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li huma mwaqqfa biex jgħinu persuni maħkuma mill-problema tad-droga? Jista’ jgħid kemm hemm persuni li qed jieħdu sehem f’dawn is-servizzi bħalissa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, L-Aġenzija Sedqa fi ħdan l-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) hija l-Aġenzija Nazzjonali Kontra l-Abbuż mill-Alkoħol, Droga u Sustanzi Oħra. Bħala l-aġenzija nazzjonali, l-Aġenzija Sedqa tassisti individwi minn kull qasam tas-soċjeta’, li jersqu lejn is-servizzi tagħha minħabba użu minn sustanzi u dipendenzi oħra. Sedqa toffri dawn is-servizzi permezz ta’ tim ta’ impjegati multidixxiplinarju u speċjalizzat li jinkludi tobba, infermiera, social workers, psikoloġi, u carers. Il-ħidma tal-Aġenzija Sedqa tinqasam fuq Prevenzjoni Primarja, Prevenzjoni Sekondarja u Kura Residenzjali kif ukoll Kura fuq bażi ta’ Out-patient jew, kif inhuwa magħruf aħjar id-DETOX. Prevenzjoni Primarja Dawn is-servizzi jibdew fuq il-livell ta’ Prevenzjoni, fejn l-aġenzija żiedet b’mod sostanzjali s-servizzi tagħha fl-iskejjel, billi żdiedu 2 programmi oħra ma’ dak li jingħata fil-Year 3. Fil-fatt, issa qed isiru programmi ta’ prevenzjoni fil-Year 5 u fil-Form 2 tal-iskejjel kollha ta’ Malta u Għawdex ukoll sabiex ikun hemm kontinwazzjoni dwar għarfien relatat ma’ life skills u wkoll sustanzi u dipendenzi oħra. Tul il-pandemija l-aġenzija Sedqa, b’kollaborazzjoni mal-Public Broadcasting Services, ipproduċiet ukoll materjal li ingħata online lill-istudenti kollha li tilfu xi sessjonijiet minn dawn il-programmi minħabba l-għeluq ta’ l-iskejjel. Programm ieħor ta’ prevenzjoni huwa dak li jsir fuq il-postijiet tax-xogħol permezz tas-SAFE (Substance Abuse Free Employees) Programme sabiex tingħata assistenza lill-management ta’ kumpaniji u individwi li jkunu qed jesperjenzaw tali diffikultajiet, kemm personali u wkoll fejn jidħlu l-impjegati tagħhom. Bejn Jannar u Ġunju 2020, permezz tal-programmi kollha hawn fuq imsemmija, ġew mgħejuna 11,777 -il parteċipant. Prevenzjoni Sekondarja Barra minn hekk, fil-qasam tal-kura, l-Aġenzija Sedqa toffri wkoll sessjonijiet professjonali minn social workers ġewwa Santa Venera permezz tas-servizz tal-Addictions Community Team, fejn individwi b’diffikultajiet ta’ dipendenzi jistgħu jirrikorru għall-għajnuna b’mod regolari. Skond il-bżonnijiet li jippreżenta l-individwu, dan jista’ jiġi referut ukoll għas-servizzi ta’ Psikoloġija ta’ l-istess Aġenzija Sedqa. Fil-perjodu ta’ bejn Jannar u Ġunju 2020, l-Addictions Community Team ra total ta’ 680 individwu, filwaqt li s-servizz ta’ Psikoloġija ra 411-il individwu. Kura Soċjo-Medika Residenzjali (inpatient) u Outpatient Is-servizzi ta’ Sedqa jestendu ruħhom ukoll ġewwa ċ-ċentru tad-DETOX f’Gwardamangia, fejn tim ta’ tobba u nurses ifasslu pjanijiet ta’ kura mas-social workers sabiex jassistu individwi milquta minn diffikultajiet ta’ dipendenzi. Dan is-servizz jinkludi wkoll Inpatient detoxification ġewwa s-Substance Misuse Inpatient Unit (Dar l-Impenn) f’Ħal-Farruġ, fejn individwu jiġi rreferut mit-tobba għal ditossifikazzjoni minn sustanzi biex b’hekk ikun jista’ jibda programm ta’ rijabilitazzjoni. Bejn Jannar u Ġunju 2020, iċ-Ċentru tad-DETOX ħadem ma’ medja ta’ aktar minn 900 ruħ li attendew fiċ-Ċentru matul l-ewwel 6 xhur tal-2020 u fil-fatt il-medja ta’ nies li jattendu għad-doża tal-methadone kuljum fiċ-Ċentru tad-DETOX hija ta’ aktar minn 700 individwu kuljum. Intant, fl-istess perjodu, Dar l-Impenn laqgħet għandha 42 individwu. Individwi bi problemi ta’ dipendenzi għandhom ukoll il-faċilita’ li jirrikorru għall-programm ta’ rijabilitazzjoni ġewwa l-Kommunita’ Santa Marija ġewwa Ħal Farruġ. Dan il-programm huwa maqsum fi tliet fażijiet differenti, fejn tim multidixxiplinarju ta’ terapisti, social workers u tobba jassistu lill-individwu għal perjodu ta’ sena u xahrejn sakemm l-individwu, fl-aħħar fażi, jiġi mgħejjun jerġa’ jintegra lura fis-soċjeta’ anki permezz tal-aftercare fejn il-pazjent jingħata l-għajnuna meħtieġa sabiex isib impjieg. Tul il-perjodu ta’ bejn Jannar u Ġunju 2020, il-Kommunità Santa Marija laqgħet fi ħdanha 33 resident. Fl-aħħar nett, irid ikun reġistrat li l-ewwel 6 xhur tal-2020 ikkoinċidew mal-perjodu ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika, iżda minkejja dan, is-servizzi kollha għal persuni li għandhom problema ta’ abbuż ta’ sustanzi baqgħu jingħataw grazzi għall-miżuri ta’ prekawzjoni li ttieħdu biex kemm il-professjonisti tagħna u kemm is-service users tagħna jibqgħu safe.

Persuni li huma dipendenti mid-droga — għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18608 u għid kemm hemm persuni li qed jingħataw għajnuna għaliex huma dipendenti mid-droga kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub minnha, għall-perijodu Jannar-Ġunju 2020, huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: Jannar-Ġunju 2020 Sedqa Service Numru ta’ Każijiet li s-Sedqa ħadmet magħhom Il-Każijiet imsemmija f’terminu ta’ individwi Addictions Community Service 695 680 Psychotherapeutic services 423 411 Substance Misuse Out-patient Unit 900 900 Substance Misuse In-patients Unit 44 42 Sedqa Residential Rehabilitation Programme 34 33 Huwa imporanti li wieħed jirrimarka li persuna/persuni jistgħu ikunu jew waqqfu minn wieħed mill-programmi imsemmija, kif ukoll daħħlu fi programm ġdid minn dawk imsemmija hawn fuq. Għaldaqstant, ir-rapportaġġ mgħoti jista’ ikun qiegħed jiġbor fih individwi b’mod dupplikat jew saħansitra aktar, hekk kif individwu jista’ ikun qiegħed jattendi aktar minn kors wieħed (minn dawk imsemmija) jew qaleb f’kors ieħor (u għalhekk mgħadud bħala każ ġdid).

Servizzi Soċjali — professjonisti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18607 u jgħid kemm minn dawn il-professjonisti jaħdmu mas-settur tas-servizzi soċjali f’pajjiżna, a. Social Workers b. Psikologi c. Psikoterapisti d. Councellors e. Psikjatri?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, l-informazzjoni mitluba minnha hija kif qed ikun elenkat hawn taħt: a. Social Workers - 278 b. Psikologi - 8 c. Psikoterapisti - 14 d. Counsellors - 18 Inkluż ma dawn il-gradi u professjonijiet hemm ukoll l-Leaders u l-Co-ordinators. Infakkar lill-Onor. Interpellanta li l-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS), ma timpjegax psikjatri, dan billi s-servizz tal-psikjatrija huwa servizz mediku mgħoti mill-Ministeru għas-Saħħa. Minkejja dan, hemm arranġamenti fil-livell operazzjonali bejn l-Aġenzija SEDQA fi ħdan l-FSWS u s-Servizzi mgħotija mill-Entita’/Dipartiment/Aġenzija li toffri is-servizzi marbuta mal-qasam tas-Saħħa Mentali, biex ikun hemm psikjatri li jassitu lil klijenti tal-Aġenzija SEDQA li jkollhom bżonn ukoll dan is-servizz.

Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali – każijiet ta’ traffikar ta’ persuni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18606 u 15057 u ċjoè: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14739 jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-vittmi ta' traffikar tal-persuni: a. kienu nisa/rġiel marbuta ma' massage parlours ; b. kienu nisa/rġiel fis-settur tal-kostruzzjoni; c. kienu nisa jew irġiel fil-prostituzzjoni; u d. kienu nisa/irġiel li qed jaħdmu bħala carers?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, t-tagħrif mitlub minnha huwa kif jidher fit-tabelli t’hawn taħt: a. kienu nisa/rġiel marbuta ma' massage parlours; Massage parlours Male Female Total 2018 0 1 1 2019 0 1 1 b. kienu nisa/rġiel fis-settur tal-kostruzzjoni; Construction Male Female Total 2018 0 0 0 2019 1 0 1 c. kienu nisa jew irġiel fil-prostituzzjoni; u Prostitution Male Female Total 2018 0 0 0 2019 0 0 0 d. kienu nisa/irġiel li qed jaħdmu bħala carers? Carers Male Female Total 2018 1 0 1 2019 3 3 6 Human Trafficking Service: Jannar-Diċembru 2018 - by gender and work industry Individwi li ħdmina magħħhom 2018 Male Female Total Catering 3 4 7 Healthcare 2 0 2 of which carer 1 0 1 Hospitality 13 15 28 Manufacturing 1 5 6 Construction 0 0 0 Massage parlour 0 1 1 Private home 0 2 2 Retail 0 2 2 Prostitution 0 0 0 Total 19 29 48 Human Trafficking Service: Jannar-Diċembru 2019 - by gender and work industry Individwi li ħdmina magħħhom 2019 Male Female Total Catering 3 4 7 Healthcare 4 3 7 of which carer 3 3 6 Hospitality 10 11 21 Manufacturing 1 5 6 Construction 1 0 1 Massage parlour 0 1 1 Private home 0 3 3 Retail 0 2 2 Prostitution 0 0 0 Total 19 29 48
Leg 13 PQ #18816 Sitting 425 2021-02-08 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Proġett tal-Kumpless Sportiv ta’ Għawdex – Aċċess għall-Persuni b’Diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18576 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk il-proġett tal-Kumpless Sportiv ta’ Għawdex hux jew hux se jkun aċċessibbli għall-Persuni b’Diżabilità u għall-anzjani? Jista’ jpoġġi l-pjanti u d-dokumenti kollha neċessarji relatati ma’ dan?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li l-pjanti tal-kumpless sportiv il-ġdid jistgħu jiġu aċċessati mill-Awtorita’ tal-Ippjanar, l-istess Kumpless se jkun aċċessibli.

Familji li applikaw għal kors tal-Fostering

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm familji li urew ix-xewqa u applikaw għal Kors tal-Fostering: a. għal persuni li jiġu mit-tfal (next of kin) għas-snin 2017 – 2018 – 2019 - 2020; b. għal dawk il-familji li ma jiġux mit-tfal għas-snin 2017 – 2018 – 2019 – 2020?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant u nibda billi nippreċiża li t-tagħrif se jingħata bħala individwi għax f’kas ta’ familji iż-żewġ adulti jkunu jridu jattendu għat-taħriġ u t-tnejn li huma jkunu jridu jiġu eventwalment approvati bħala foster carers jekk se jidħlu għall-fostering flimkien. Għldaqstant, ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-għadd ta’familji li applikaw għal kors tal-fostering, sew jekk huma meqjusa next of kin u sew jekk le, huwa kif jidher hawn taħt. Individwi li għamlu l-kors tal-fostering 2017 Ma jiġux minnhom (non-related) Jiġu Minnhom (Next of kin) 45 individwu 27 individwu 2018 Ma jiġux minnhom (non-related) Jiġu Minnhom (Next of kin) 41 individwu 36 individwu 2019 Ma jiġux minnhom (non-related) Jiġu Minnhom (Next of kin) 51 individwu 9 individwi 2020 Ma jiġux minnhom (non-related) Jiġu Minnhom (Next of kin) 40 individwu 12-il individwu

Korsijiet għal Foster Carerss prospettivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru Korsijiet tal-Fostering inizjali għal foster carers prospettivi a. għal persuni li jiġu mit-tfal ( Next of Kin ) 2017 – 2018 – 2019 – 2020; b. għal dawk il-familji li ma jiġux mit-tfal 2017 – 2018 – 2019 – 2020.?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, matul is-snin imsemija minnhu, mill-2017 sal-2020, l-għadd ta’ korsijiet li saru bħala taħriġ għal min ried jidħol għall-fostering kien kif muri fit-tabella t’hawn taħt. KORSIJIET TAL-FOSTERING 2017 - 2020 2017 Ma jiġux minnhom (non-related) Jiġu Minnhom (Next of kin) 3 3 2018 Ma jiġux minnhom (non-related) Jiġu Minnhom (Next of kin) 5 4 2019 Ma jiġux minnhom (non-related) Jiġu Minnhom (Next of kin) 5 1 2020 Ma jiġux minnhom (non-related) Jiġu Minnhom (Next of kin) 4 2

Home Study Report – familji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm familji li komplew biex bdew il-Home Study Report f’dawn is-snin: a. Next of Kin: 2017 – 2018 – 2019 – 2020; b. Mhux Next of Kin: 2017 – 2018 – 2019 – 2020?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ individwi li komplew bil-Home Study Report wara li avviċinaw lis-Servizz tal-Fostering fi ħdan id-Direttorat għall-Kura (Ħarsien) Alternattiv, fil-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS), huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Persuni li komplew bil-Home Study Report tal-Fostering 2017 Ma jiġux minnhom (non-related) Jiġu Minnhom (Next of kin) 18 11 2018 Ma jiġux minnhom (non-related) Jiġu Minnhom (Next of kin) 16 14 2019 Ma jiġux minnhom (non-related) Jiġu Minnhom (Next of kin) 23 6 2020 Ma jiġux minnhom (non-related) Jiġu Minnhom (Next of kin) 14 7

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – kardjologu tal-għassa

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid xi pjanijiet hemm sabiex ikun hemm kardjologu tal-għassa fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex bil-faċilitajiet relatati ma' cardiac lab għall-bżonn ta' pazjenti li jkollu bżonn intervent immedjat wara l-bidu ta' attakk tal-qalb mingħajr il-ħtieġa li jinġieb Malta bil-helicopter?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi servizzi relatati mal-Cardiac Cath Lab inkluż dak ta’ kardjoloġista tal-għassa, huma ppjanati biex ikunu parti mis-servizzi ġodda offruti ġewwa l-bini ta’ sptar akut ġdid fil-gżira Għawdxija.

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — Helipad

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm sabiex ikun hemm helipad fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex kif ukoll ieħor fl-Isptar Mater Dei? Jidhirlux li l-arranġamenti preżenti tal-ġarr f'emerġenza ta' pazjenti bil-helicopter qed ikunu ta' detriment għas-saħħa tal-pazjenti minħabba traġitt evitabbli li jieħu aktar ħin?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi huwa ppjanat li jkun hemm il-faċilita’ tal-użu ta’ helipad mat-tkomplija tal-bini ta’ sptar akut ġdid f’Għawdex filwaqt li ladarba tinbena il-blokka il-ġdida (Mother and Child) li se tkun tagħmel parti mill-isptar Mater Dei, se jkun hemm il-faċilita’ tal-helipad fuq din l-istess blokka. Ninfurmah ukoll illi attwalment fl-isptar Ġenerali t’Għawdex l-helipad m’huwiex permissibli minħabba li l-pjanijiet futuri se jirrendu li s-sit preżenti se tkun waħda ta’ kostruzzjoni u żvilupp.Filwaqt f’Mater Dei minkejja li kienu diġa bdew isiru xi xogħlijiet biex ikun jista’ jsir helipad, dawn kellhom jitwaqqfu minħabba li kien hemm problema ta’ saħħa fil-bini.

Kumpanija — nies li ddaħħlu jaħdmu l-Enemalta

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm iddaħħlu nies jaħdmu l-Enemalta minn mindu twaqqfet l-Engineering Resources Limited sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din id-domanda, u f'liema gradi ddaħħlu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Engineering Resources Limited timpjega 184 impjegat mal-Enemalta, fil-gradi kif indikat fil-lista li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.

Kumpanija — nies seconded mill-Enemalta

Question

Tista' l-Ministru tgħid minn mindu twaqqfet l-Engineering Resources Limited, kemm ġew seconded nies mill-Enemalta mal-ERL li mgħadhomx jaħdmu l-Enemalta?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta ma ssekondatx nies minn tagħha għal mal-Engineering Resources Limited.

Infrastructure Malta – Triq tas-Santi limiti tal-Imġarr — bollards

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Infrastructure Malta hiex beħsiebha tinstalla bollards fit-Triq tas-Santi limiti tal-Imġarr minflok il-blokok tal-konkos li tqiegħdu u li minħabba fihom djieqet it-triq?

Response (BORG, IAN)

Infrastructure Malta għaddejja b’ħidma bla heda sabiex ittejjeb il-kwalità tat-toroq tal-pajjiż, fosthom toroq arterjali, toroq residenzjali u anke toroq rurali li sfortunatament kienu tħallew mitluqa bla ebda manutenzjoni għal snin twal. Matul is-sena li għaddiet, Infrastructure Malta investiet aktar minn €15-il miljun biex tibni mill-ġdid u ttejjeb 102 toroq fil-kampanja li jintużaw mill-bdiewa li jaħdmu l-għelieqi madwarhom u minn ħafna oħrajn li jgħixu, jaħdmu u jivvjaġġaw fl-inħawi. Fl-2020 l-aġenzija bniet mill-ġdid jew irranġat mas-60 kilometru ta’ toroq rurali, jiġifieri aktar mid-doppju tat-tul ta’ Malta, miċ-Ċirkewwa sa Birżebbuġa. Taħt l-art f’dawn it-toroq, qiegħdet mal-40 kilometru ta’ pajpijiet, katusi u cables taħt l-art, biex ittejjeb il-provvista ta’ diversi servizzi f’dawn l-inħawi wkoll. B’hekk mill-2019 sal-lum, Infrastructure Malta għamlet xogħlijiet f’aktar minn 230 triq rurali f’aktar minn 30 lokalità. Triq is-Santi, li fiha rotta ta' 3 kilometri bejn l-Imġarr u l-Baħrija, fil-limiti tar-Rabat, għadha kemm tlestiet u fiha sar investiment ta’ €1,035,250 biex minbarra tisħieħ tal-pedamenti u wiċċ ġdid bl-asfalt sarulha wkoll servizzi tal-ilma. Huwa ppjanat li l-blokok tal-konkos ser jinbidlu ma’ sistema ta’ crash barriers siguri u ta’ tip u għamla li jkunu l-aktar kompatibbli mal-karattru rurali tal-inħawi, peress li qabel ma kienx hemm installazzjonijiet ta’ sigurezza ta’ dan it-tip. Din il-ħidma għal infrastruttura aħjar għas-settur agrikolu f’Malta ser tkompli bla heda fl-2021 bil-bini mill-ġdid t’aktar toroq rurali u xogħlijiet oħra.

Convention on Access to Official Documents tal-Kunsill tal-Ewropa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex se jiffirma l-Convention on Access to Official Documents tal-Kunsill tal-Ewropa, b'referenza CETS No. 2015? Jekk le, jista' jindika r-raġuni għalfejn mhuwiex se jiffirmaha?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proċess se jibda jitmexxa b'mod immedjat, sabiex l-ewwel u qabel kollox isir Impact Assessment mill-Uffiċċju tal-Avukat ta' l-Istat a bażi ta' liema Assessment jittieħdu l-passi neċessarji favur il-firma u/jew ir-ratifika ta’ tali Konvenzjoni.