Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — lista ta' proġetti kapitali
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ proġetti kapitali lil jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu li huma għaddejjin bħalissa jew se jibdew fit-12-il xahar li ġejjin?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proġetti kapitali li qed isiru bħalissa jew ser jibdew fit-12-il xahar li ġejjin huma hekk kif ġej:
1) Xogħol ta’ riġenerazzjoni ta’ 7 proprjetajiet dilapitati li jinsabu fil-Birgu, Bormla, r-Rabat, il-Belt Valletta u ż-Żejtun:
2) Xogħol ta’ bini ta’ akkomodazzjoni soċjali f’19-il sit li jinsabu f’Ħ’Attard, Birkirkara, Bormla, Ħal Kirkop, Ħal Luqa, Ħaż-Żebbuġ, l-Mellieħa, l-Imsida, il-Qrendi, Raħal Ġdid, is-Siġġiewi, u ż-Żurrieq.
3) Xogħol ta’ bini ta’ akkomodazzjoni affordabbli ġewwa l-Fgura.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — lista ta' proġetti kapitali
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ proġetti kapitali lil jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu li huma għaddejjin bħalissa jew se jibdew fit-12-il xahar li ġejjin?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali — lista ta' proġetti kapitali
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ proġetti kapitali lil jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu li huma għaddejjin bħalissa jew se jibdew fit-12-il xahar li ġejjin?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ proġetti kapitali li huma għaddejjin bħalissa jew li se jibdew fit-12-il xahar li ġejjin taħt il-Ministeru li tieghu jien responabbli huma hekk kif ġej:
· Titjib tal-faċilitajiet fil-Kwarantina tal-Annimali Żgħar (SAQ) f’Ħal Luqa
· Bini taċ-Ċimiterju tal-Annimali
· Sistema ta’
Fire Alarm System
għall-Post ta’ Kontroll tal-Fruntieri (BCP), Valletta
· Rinovazzjoni tal-
Wired Local Area Network
(LAN) u l-
Wireless Network
(Wifi
)
fid-Dipartiment għas-Saħħa u l-Ħarsien tal-Annimali
· Installazzjoni u kummissjonar ta’
Wired Local Area Network
(LAN) ġdid fiż-żona tal-klieb fid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali, Promozzjoni u Servizzi
· Bini ta’ Bank Genetiku Nazzjonali tal-Pjanti;
· Titjib tal-infrastruttura tal-Laboratorju għas-Saħħa tal-Pjanti;
· Titjib l-infrastruttura tal-Laboratorju tal-Ilma u l-Ħamrija;
· Titjib fil-faċilitajiet għat-trobbija tal-bhejjem ġewwa Ċentru ta’ Riċerka u Innovazzjoni Agrikola;
· Ristrutturar u konservazzjoni taċ-ċentru tal-Vitikultura u l-Oenologija ġewwa l-Buskett;
· Rinovar u titjib infrastrutturali ta’ l-entratura u l-parkeġġ taċ-Ċentru ta’ Riċerka u Innovazzjoni Agrikola ;
· Uffiċini ġodda għall-Ministru u s-Segretarju Permanenti fil-Marsa;
· Modernizzar tal-faċilitajiet fil-Pitkalija;
· Xiri ta’ magna ġdida tal-ħasil tal-kaxxi tal-Pitkalija;
· Żvilupp tal-
Fisheries Hub
– bini ta’ uffiċini ġodda għad-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura;
· Titjib tal-
Hardstanding Facility
u żvilupp ta’
boat yard
ġdida;
· Rinnovar ta’
winchrooms
;
· Restawr ta’ torri storiku tal-ilma fil-Biċċerija Pubblika;
· Installazzjoni ta’ sistema ta’ pannelli fotovoltajċi fil-Biccerija Pubblika;
· Restawr tad-daħla ewlenija tal-Biċċerija Pubblika;
· Rikostruzzjoni ta’ parti mit-triq interna tal-Biċċerija Pubblika;
· Sistema ta’
boiler
u
vaporizer
tal-LPG fil-Biċċerija Pubblika.
Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — lista ta' proġetti kapitali
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ proġetti kapitali lil jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu li huma għaddejjin bħalissa jew se jibdew fit-12-il xahar li ġejjin?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
San Pawl il-Baħar – Triq l-Imrejkba, Triq il-Konz u Triq l-Indipendenza — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jara li Infrastructure Malta b’urġenza tagħmel ix-xogħlijiet meħtieġa fit-toroq u l-bankini fi Triq l-Imrejkba, Triq il-Konz u Triq l-Indipendenza f’San Pawl il-Baħar? Dewmien fix-xogħol li meħtieġ isir, jista’ jkun qed ifisser aktar perikli għal kull min jagħmel użu minnhom?
Jista’ l-Ministru jara li Infrastructure Malta b’urġenza tagħmel ix-xogħlijiet meħtieġa fuq il-bankini fi Triq l-Emigranti fin-Naxxar? Dewmien fix-xogħol li meħtieġ isir,jista’ jkun qed ifisser aktar perikli għal kull min jagħmel użu minnha.
Naxxar – Triq San Pawl – tiswijiet fuq iż-Zebra Crossing
Question
Jista’ l-Ministru jara li t-tiswijiet li hemm bżonn isiru fuq iż-Zebra Crossing fi Triq San Pawl fin-Naxxar u li ilhom rapportati għal numru ta’ ġranet isiru bla dewmien mill-awtoritajiet responsabbli?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu. Nitolbu jindika liema zebra crossing qiegħed jirreferi minħabba li hemm aktar minn zebra crossing waħda fit-triq imsemmija.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx applikazzjonijiet (mill-Gvern jew mill-privat) quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar biex isir xi forma ta’ kanċell jew struttura oħra sabiex jingħalaq l-aċċess għall-pubbliku f’Fomm ir-Riħ (limiti tar-Rabat), liema post huwa wieħed mis-siti Natura 2000 f’pajjiżna?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhemm l-ebda applikazzjoni ma’ l-Awtorità tal-Ippjanar f’dan ir-rigward.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument relatat mal-Master Plan għall-Park tal-Majjistral limiti tal-Mellieħa?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fir-rigward tal-Park tal-Majjistral, il-ħidma li qed titwettaq kont spjegajtha fid-dettal fit-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 14612, fejn anke kont poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra diversi dokumenti li jirrelataw ma’ din il-ħidma. Fost l-oħrajn dawn kienu jinkludu l-ftehim għall-ġestjoni tal-park u ftehim ieħor milħuq bejn l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi u l-Bord tal-Park. Fir-rigward tal-Master Plan mitlub, nixtieq ngħarraf li dan għadu fi stadju ta’ tħejjija u għaldaqstant ikun jista’ jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra la darba jkun addottat. Madankollu, irrid niċċara li, minħabba l-fatt li t-territorju tal-Park tal-Majjistral huwa fil-biċċa l-kbira tiegħu sit Natura 2000, il-ħidma kollha li saret kienet iggwidata mill-Pjanijiet tat-Tmexxija jew Management Plan tas-sit inkwistjoni (L-Irdumijiet ta’ Malta) li hu ppubblikat mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Environmental Rangers impjegati fil-Park tal-Majjistral u kemm hu l-vot allokat mill-Gvern għall-istess impjegati biex iwettqu l-ħidma tagħhom?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Park tal-Majjistral ma joperawx Environmental Rangers ta' Ambjent Malta. Peró, fil-post imsemmi joperaw ħames Majjistral Park Rangers li huma impjegati mill-Heritage Parks Federation. Il-finanzjament ta' dawn tal-aħħar joħroġ mill-grant annwali li jagħti l-Gvern, skont il-provvedimenti tal-Ftehim ta’ Ġestjoni u minn sorsi oħra li tiġġenera l-Federazzjoni. Fir-rigward tal-Ftehim ta’ Ġestjoni u l-grant annwali nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 14612.
Advisory Committee for Healthcare Benefits – diskussjoni fuq il-mediċina Xeralto
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk saritx id-diskussjoni fuq il-mediċina Xeralto fl-Advisory Committee for Healthcare Benefits? Jekk iva, jista’ jgħid x'kienet id-deċiżjoni? Jekk le, meta se tiġi diskussa? U meta huwa ppjanat li l-mediċina Xeralto tidħol fil-formolarju tal-mediċini li jingħataw b'xejn lill-pazjenti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 17880.
Jista' d-Deputat Prim Minsitru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma jekk il-proċess biex jinxtraw il-Constant Glucose Monitors ġiex konkluż u li dawn il-monitors fil-fatt waslu Malta? Jista' jgħid meta se jibda dan ir-roll-out mat-tfal u ż-żgħażagħ li għandhom Type 1 Diabetes?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kif spjegajt jiena stess fil-parlament fis-seduta 424 ta’ nhar l-Erbgħa 3 ta’ Frar 2021 is-sistema tal-Constant Glucose Monitors se tibda minn għada t-Tlieta 9 ta’ Frar 2021.
Jista’ l-Ministru ġentilment jara għaliex it-tour operators qegħdin jiġu mitluba jħallsu r-route fee ta’ double decker buses, il-liċenzji tal-passenger boats, il-coaches u trains in full għas-sena 2020, meta dawn l-operaturi ħadmu anqas minn 3 xhur biss, f’din is-sena? Tista’ Transport Malta tikkunsidra tirrevedi l-ħlas peress li dawn ma ngħataw ebda għajnuna mill-gvern imma minflok qed jintalbu jħallsu l-ħlas ta’ sena li fiha jaħdmu biss tliet xhur?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ tat-Trasport għandha l-obbligu sabiex tiġbor il-ħlasijiet li huma dovut lilha. Madankollhu ninsab infurmat li l-Awtorita’ qed tifhem is-sitwazzjoni finanzjarja tal-mument u qedgħha toffri skema ta ħlas lil dawn l-operaturi.
Jista’ l-Prim Ministru jikkunsidra jgħin lil tal-coaches, trains u tal-passenger boats għaliex dawn ma ngħataw l-ebda għajnuna u ilhom fuq sena weqfin? Jista’ l-gvern jgħin ukoll lil dan is-settur kif għen lill-bars u setturi oħrajn? Minbarra loans u spejjeż ta’ manteniment u pagi li dawn qed joħorġu l-flus għalihom mingħajr ebda dħul, dawn issa qed jintalbu jħallsu l-liċenzja in full minn Transport Malta, meta dawn ma ħadmux u ma ngħataw ebda għajnuna? Jaħsibx li qed issir diskirminazzjoni kontra dan is-settur?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Operat tal-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati – ftehim
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim dwar l-operat tal-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati u li ġie milħuq bejn is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru responsabbli għall-Ġustizzja u l-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati skont dak li jipprovdi l-artikolu 5 (2) tal-Ordni għat-Twaqqif tal-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati (Leġislazzjoni Sussidjarja 595.34)?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument mitlub.
Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati – twaqqif ta’ Kumitati
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kumitati ta' użu u kumitati oħra ġew imwaqqfa mill-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati? Jista' jgħid min huma l-membri ta' kull kumitat li ġie mwaqqaf?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onor Interpellant jiċċara għal liema kumitat jew kumitati qed jirreferi.
Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati – ftehim ta’ prestazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim ta' prestazzjoni tal-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati u li ġie milħuq bejn is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru responsabbli għall-ġustizzja u l-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati skont dak li jipprovdi l-artikolu 9 tal-Ordni għat-Twaqqif tal-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati (Leġizlazzjoni Sussidjarja 595.34)?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nirreferi lill-Onor interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 18777.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha impjegati magħha l-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati? Jista' l-Ministru jagħti l-kariga ta' kull impjegat u d-data ta' meta beda l-impjieg tiegħu mal-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, sat-2 ta’ Frar li għadda, l-impjegati u r-rwoli tal-ħaddiema fl-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati huma kif jidhru fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati – impjegati li rriżenjaw
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna rriżenjat mill-impjieg tagħha minn mal-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati mit-twaqqif tagħha fis-sena 2019 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Ministru jagħti l-kariga ta' kull persuna li rriżenjat u d-data u r-raġuni tar-riżenja tagħha?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li mid-data tat-twaqqif tal-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati, Malta u Għawdex irriżenjaw mill-impjieg tagħhom 12-il impjegat.
Jista' l-Ministru jgħid x'pariri rċieva mingħand l-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati mid-data tat-twaqqif tagħha fis-sena 2019 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Aġenzija tkun f’kuntatt kontinwu mal-Ministeru u mal-Ministru, u jsiru diskussjonijiet b’mod regolari dwar is-set up tal-Aġenzija, dwar ir-ri¿orsi umani, dwar inizzjattivi fl-użu tal-informatika, dwar proġetti kapitali, dwar is-sitwazzjoni tal-Pandemija u kif qed timpinġi fuq l-operat tal-Qrati, dwar proġetti kapitali, dwar emendi legali u dak kollu li jkun ta’ mportanza u li tkun tinħtieġ diskussjoni f’livell ta Ministeru.