Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #18420 Sitting 425 2021-02-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ingaġġ ta’ Labourers

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16894 jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ippjanati li jiddaħħlu ħaddiema ġodda maċ-Ċivil fil-grad ta’ Labourers fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex matul is-sena 2021? Jista’ jgħid dawn il-ħaddiema humiex ħa jiddaħħlu wara sejħa pubblika li tiġi ppubblikata fuq il-Gazzetta tal-Gvern?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru jingaġġa ħaddiema fil-grad ta’ Labourer skont ir-regoli taċ-Ċivil. Il-Ministeru jimpjega ħaddiema skont l-esiġenzi tad-Direttorati rispettivi tiegħu.
Leg 13 PQ #18421 Sitting 425 2021-02-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – HR Plan

Question

Jista’ Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-HR Plan għas-sena 2021 tal-Ministeru għal Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-HR Plan huwa dokument ta’ ħidma interna li jaddatta skont l-esiġenzi amministrattivi.

Operat ta’ kumpaniji u industriji

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il kumpanija u industrija rrikolat l-operat tagħha lejn Malta mill-2013 sal-lum, sena b’sena?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Enterprise ma jkolliex din it-tip ta' informazzjoni. Malta Enterprise għandha informazzjoni biss dwar il-kumpaniji li jkunu rrikorew għandha għall-iskemi li toffri.

Malta Enterprise – ilmenti minħabba Covid Wage Supplement

Question

Tista’ l-Ministru tghid kemm-il ilment minn impjegati rċeviet il-Malta Enterprise fl-2020 u 2021 s’issa għax ma rċevewx il-Covid Wage Supplement mill-employer tagħhom?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Enterprise rċeviet 243 ilment mingħand impjegati li qed jallegaw li ma rċevewx il-Covid Wage Supplement mill-employer tagħhom. Dawn l-ilmenti qed jiġu nvestigati.

Malta Enterprise — ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati, uffiċjali, konsulenti eċċ fil-Malta Enterprise u kif inhuma mqassmin skont id-designation/sejħa tagħhom?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Grade Employees Chairman 1 CEO 1 COs 16 Heads 51 Managers 47 Administrators 47 Cleaner / Watchman 18 Driver / Security / Messenger 10 Total Mpjegati 191* Konsulenti 16 * 4 minnhom huma detailed

Koperattivi ġodda

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il koperattiva ġdida ġiet imwaqqfa/reġistrata kull sena bejn l-2017 u llum? Liema huma?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Fis-sena 2017 ġew reġistrati 4 koperattivi - Malta Snail Farmers Coop Ltd. Comino Xperience Co-op Ltd. Enerġija Pożittiva Co-op Limited Koperattiva tat-Tadam għall-Ipproċessar Ltd. Fis-sena 2018 ġew reġistrati 2 koperattivi - Gozo-Comino Ferries Co-operative Limited Malta Bus Coop Ltd. Fis-sena 2019 ġiet reġistrata koperattiva waħda - SportsLink Coop Ltd. Fis-sena 2020 ġew reġistrati 2 koperattivi - Kixott Cooperative Ltd. Reach Co-op Ltd. Fis-sena 2021 - NIL

Legal Aid Agency – ftehim kollettiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta skada l-ftehim kollettiv tal-ħaddiema tal-Legal Aid Agency?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija tal-Għajnuna Legali m’għandiex ftehim kollettiv iżda struttura tas-salarji li bħalissa qiegħda fil-proċess li tiġi mġedda.

Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali – ftehim kolletiv tal-ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta skada l-ftehim kollettiv tal-ħaddiema tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li f’Jannar ta’ 2018 ġiet imfassala struttura ta’ salarji ġodda għall gradi legali u bħalissa għaddejjin laqgħat dwar ftehim kollettiv dwar il-gradi legali.

Iż-Żurrieq — Wied Fulija - għoli tal-landfill

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17950, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-għoli tal-wiċċ tal-landfill ta’ Wied Fulija mil-livell tal-baħar fl-aktar post baxx tagħha qabel ma’ beda x-xogħol ta’ riabilitazzjoni u restawr fuqha u kemm ġie l-għoli tal-istess landfill fl-għola post tagħha mil-livel tal-baħar issa meta x-xogħol neċessarju kważi lest?

Response (FARRUGIA, AARON)

M’għandix x’inżid mar-risposta li diġà tajt għall-mistoqsija 17950.

Għajnuna lill-għaqdiet volontarji tal-festi

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija palamentari 17951, peress li l-festi f'pajjiżna huma kkunsidrati li jsostnu l-identità Maltija u d-diversi għaqdiet li jorganizzaw dawn il-festi huma għaqdiet volontarji, u għalkemm f'Ġunju kienu ngħataw diġà xi forma ta' għajnuna mill-Gvern, peress li minħabba l-pandemija tal-COVID-19 l-attivitajiet kollha li kienu jiġu organizzati bħala 'fund raisers' kellhom jiġu kkanċellati barra l-fatt li l-bottegini ta' dawn l-għaqdiet kellhom jingħalqu għal diversi xhur, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn l-għaqdiet hux ser jiġu kkumpensati għal dan it-telf ta' flus? Jekk fil-fatt il-Gvern ser jikkumpensa lil dawn l-għaqdiet, f'liema forma ser tkun din l-għajnuna u kemm ser ikun l-ammont?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, sa mill-bidu tal-pandemija, il-Gvern kien dejjem kommess li joffri appoġġ lill-għaqdiet indikati li, bħal bosta, l-attività tagħhom intlaqtet ħażin minħabba r-restrizzjonijiet meħtieġa mill-awtoritajiet tas-saħħa. Fil-fatt matul l-2020 il-Gvern ħareġ €200,000 f’għajnuna diretta lill-għaqdiet tal-banda. Minbarra hekk il-Kunsill Malti għall-Arti nieda dawn it-tliet fondi mmirati lejn l-għaqdiet imsemmija kif ġej: 1) skema t’appoġġ finanzjarju ta’ €150,000 lis-soċjetajiet tal-banda; 2) €150,000 finanzjament lill-għaqdiet tal-armar tal-festi, għaqdiet kulturali u għaqdiet soċjali; u 3) €170,000 għal aktar sigurtà fil-kmamar tan-nar. Nista nikkonferma li dawn se jerġgħu jkunu disponibbli matul din is-sena wkoll. Inżid ngħid ukoll li l-għaqdiet in kwistjoni ser ikunu wkoll benefiċċjarji mill-fond ta’ €2.2 miljun, li għadu kemm ġie allokat mill-Gvern.
Leg 13 PQ #18620 Sitting 425 2021-02-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Tender – varjazzjonijiet

Question

B'referenza għat-tender bin-numru CT2263/2018 'Paving and embellishment works at St Francis Square, Victoria, Gozo' li ġiet awarded għall-prezz ta' €2,184,823.34, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm varjazzjonijiet fuq din l-imsemmija tender u jekk iva jgħid kemm huma bħala somma ta' flus dawn il-varjazzjonijiet? Jista’ jgħid jekk ix-xogħol kollu relatat ma’ din it-tender tlestiex kollu u jekk le x'fadal isir? Jista’ jgħid ukoll jekk ix-xogħol kollu rikjest minn din it-tender ġiex iċċertifikat u jekk iva jpoġġi ċ-ċertifikazzjonijiet kollha fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ varjazzjonijiet marbuta ma’ dan il-proġett u li huma approvati mid-Dipartiment tal-Kuntratti jlaħħqu l-ammont ta’ €604,880.67c.
Leg 13 PQ #18621 Sitting 425 2021-02-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Tender – Bill of Quantities

Question

B'referenza għat-tender CT3068/2019 Tender for the Reconstruction and Upgrade of Link between Rabat and Marsalforn, Gozo, including the Construction of Rubble Walls, jista’ ġentilment il-Ministru jgħid x'hemm speċifikament indikat fil-Bill of Quantities tal-imsemmija tender li għandu jsir bħala xogħol fuq id-diversi pontijiet li jinsabu taħt din l-imsemmija triq mil-kuntrattur li rebaħ it-tender u li ħa jagħmel ix-xogħol infrastrutturali fuqha?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji kollha mitluba tal-imsemmija Bill of Quantities, jistgħu jiġu aċċessati pubblikament.

MCCAA — investigazzjoni dwar l-aġir tal-HSBC

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 18364 fis-seduta tas-26 ta’ Jannar 2021, jista’ l-Ministru jispjega għalfejn il-prattika msemmija, ma tistax tikkonstitwiex prattika kummerċjali mhux ġusta li allura timmerita investigazzjoni mid-Direttur Ġenerali għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) u dan tenut kont ta’ dan li jingħad fit-Taqsima VIII tal-Kap. 378?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dispożizzjonijiet relatati mal-prattiċi kummerċjali mhux ġusti jew żleali li jinsabu fil-Parti VIII tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (Kap. 378 tal-Liġijiet ta’ Malta) ma jirregolawx il-kontroll ta’ tariffi in ġenerali jew ta’ tariffi speċifiċi kemm fil-kamp bankarju u kif ukoll fi kwalunkwe kamp ieħor. It-tariffi in kwistjoni ġew mħabbra u notifikati lill-konsumaturi ferm qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom u għalhekk f’din is-sitwazzjoni huma neqsin l-elementi ta’ qerq jew ta’ falsita’. Sabiex prattiċi kummerċjali jikkwalifikaw bħala mhux ġusti jew bħala żleali, dawn għandhom jgħawwġu l-imġieba ekonomika tal-konsumaturi permezz ta’ qerq jew ta’ falsita’. Il-prattiċi kummerċjali li jqarrqu jkopru dawk il-prattiċi, inkluż ir-reklamar qarrieqi, li jżommu l-konsumatur milli jagħmel għażla għaqlija u effiċjenti u dan mhuwiex il-każ fir-rigward tal-mod kif dawn it-tariffi ġew introdotti peress li l-konsumaturi huma mgħarrfa u għandhom żmien suffiċjenti sabiex jiddeċiedu b’mod informat u konsapevoli.
Leg 13 PQ #18658 Sitting 425 2021-02-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Sports Complex — equipment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'sar mill-equipment kollu li kien hemm fl-area tal-Gym li kien hemm ġewwa l-Gozo Sports Complex qabel dan twaqqa? Jista’ jgħid fejn jinsab dan l-equipment li kien hemm ġewwa l-imsemmi Gym, x'użu qed issir minnu u min qed jagħmel użu minnu? Jista’ jgħid jekk dan l-apparat għadux disponibbli għall-isportivi li jixtiequ jużawh?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat fil-PQ 18330.

Public Service Obligation Agreement għat-trasport bejn Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta l-Ministeru beħsiebu jniedi s-sejħa għall-Public Service Obligation agreement għat-trasport bejn Malta u Għawdex peress l-aħħar wieħed li sar fl-2012 ilu li skada? Jista' jassigura lill-Kamra li din is-sejħa ser tindirizza l-ħtieġa ta' trasport, anke b'mezzi veloċi, ta' passiġġieri u merkanzija bejn l-Imġarr u l-Port il-Kbir?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant, li ninsab infurmat li l-Ministeru qed jevalwa it-termini u l-krtiterji tal-offerti li kienu ħargu fis-suq, flimkien mal-osservazzjonijiet tal-Bord ta’ Reviżjoni dwar il-Kuntratti Pubbliċi. Dan sabiex il-Ministeru jkun jista’ jfassal it-termini u l-kundizzjonijiet għad-diversi servizzi tat-trasport bejn Malta u Għawdex. Sadanittant, il-PSO attwali tas-servizz tat-Trasport bejn Malta u Għawdex ġie estiż għal sena oħra kif jippermettu l-kundizzjonijiet eżistenti tal-PSO.

Port tal-Imġarr Għawdex — tkabbir

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet sabiex jitkabbar il-Port tal-Imġarr ta' Għawdex, speċjalment sabiex ikunu jistgħu jsorġu Katamarani tal-passiġġieri u trakkijiet tal-merkanzija?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru ikkonċernat.

Forzi Armati ta’ Malta stazzjonati f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm suldati tal-Forzi Armati ta' Malta stazzjonati f'Għawdex u f'liema reġiment jew taqsima huma? Hemmx pjanijiet sabiex id-distakkament tal-Forzi Armati f'Għawdex jissaħħaħ?

Response (CAMILLERI, BYRON)

B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari PQ 18714, l-Onorevoli Interpellant għandu jkun infurmat illi l-Forzi Armati ta’ Malta għandha 67 suldat stazzjonat f’Għawdex li jifformaw parti mill-Iskwadra Marittima. Il-Forzi Armati ta’ Malta tieħu d-deċiżjonijiet tagħha minn żmien għal żmien skond l-esiġenzi tas-servizz.

Awtorità tal-Ippjanar – flus mill-commuted Parking Payment scheme

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabru flus f'Għawdex mill-Awtorità tal-Ippjanar mill-2010 'l hawn permezz tal-Commuted Parking Payment Scheme u kemm minnhom intefqu u kif?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva — lista ta' proġetti kapitali

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ proġetti kapitali lil jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu li huma għaddejjin bħalissa jew se jibdew fit-12-il xahar li ġejjin?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità għandu sitt proġetti kapitali, l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali għandha proġett wieħed, filwaqt li San Vinċenz De Paule għandu disa’ proġetti kapitali. Id-dettalji ta’ dawn il-proġetti kapitali ta’ kull entità li jaqgħu fi ħdan il-Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għas-Saħħa — lista ta' proġetti kapitali

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ proġetti kapitali lil jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu li huma għaddejjin bħalissa jew se jibdew fit-12-il xahar li ġejjin?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ proġetti li huma għaddejjin bħalissa kif ukoll dawk li huma pjanati fiż-żmien li ġej.