B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 18622, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-audited accounts tal-Public Broadcasting Services Ltd għas-snin 2017-2018, 2018-2019 u 2019-2020?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-audited accounts tal-Public Broadcasting Services Ltd. għas-snin 2017-2018 u 2018-2019 ġew ippubblikati u qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra, filwaqt li l-audited accounts għas-sena finanzjarja 2019-2020 għadhom qed jinħadmu.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huwa n-numru ta’ persuni li għandhom xi diżabilità u li huma impjegati mal-Gvern, mal-privat, jew inkella f’xi kumpanija parastatali jew Awtorità, rispettivament?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li għandhom xi dizabilità, u li huma impjegati mal-Gvern, mal-parastatali u mal-privat fl-aħħar ta` Diċembru 2020 jinsab fit-tabella t’hawn taħt.
Settur
Nies b’
diżabilit
à li huma impjegati
Gvern
733
Parastatali
506
Privat
2,733
Total
3,972
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika xi twettaq f’dawn l-aħħar tliet snin mill-Istrateġija Nazzjonali biex Titnaqqas l-Obeżità?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn is-sena 2017 u l-2020, sar ħafna proġress f’ażżjonijiet relatati mal-Istrateġija Nazzjonali dwar l-Obeżita’. L-aktar importanti kienu f’dawn it-taqsimiet:
Serviżżi:
Tkompliet l-edukazzjoni għal professjonisti tas-saħħa dwar il-kura tal-Obeżita’ fl-adulti. Saru tlett seminars għall-professjonisti tas-saħħa (inkluż tobba tal-familja) dwar aspetti varji tal-kura ta’ adulti li huma obeżi. Dawn saru flimkien mal-assoċjazzjoni internazjonali EASO – European Association for the Study of Obesity, fejn grupp ta’ seba’ speċjalisti minn diversi pajjiżi ġew iħarrġu l-professjonisti Maltin.
Sar titjib fis-servizzi ta’ programmi ta’ telf ta’ piż (Piż tajjeb tul Ħajtek) minn nutrizzjonisti u għalliema tal-attività fiżika. Din l-aħħar sena, il-programm beda’ jsir online minħabba l-pandemija tal-Covid-19.
Studji:
Sar Studju Nazzjonali dwar il-Konsum tal-Ikel. F’dan l-istudju ġdid, madwar elf persuna ipparteċipaw. Kull persuna kien intervistat darbtejn dwar l-ikel li kiel fl-aħħar 42 siegħa. Ir-riżultati qegħdin jintużaw:
biex jigu aggornati l-linji gwida tad-dieta’ nazzjonali
fl-ippjanar u l-evalwazzjoni tal-politiki tas-saħħa
biex tgħin l-isforzi tal-kummerċ u tal-formulazzjoni mill-ġdid
biex tidderieġi riżorsi
għal aktar riċerka
Nutrizzjoni u Attivita’ Fiżika:
Saret it-tnedija ta’ Linji Gwida ġodda dwar id-Dieta għat-Tfal Maltin ta’ bejn it-6 xhur u 3 snin – il-Mod Mediterranju. Saret Kampanja biex nippromwovu dawn il-Linji gwida. Saru ukoll diversi seminars għall-ġenituri dwar il-Linji Gwida. Saru wkoll seminars għall-professjonisti tas-saħħa u għall-carers fin-nurseries.
Ġew mneħdija ukoll l-Linji Gwida ġodda dwar id-Dieta għat-Tfal Maltin ta’ bejn it-3 snin u 12-il sena – il-Mod Mediterranju. Dawn il-linji ġwida huma ibbażati fuq il-linji ġwida għal-adulti u jużaw il-platt bnin biex jispjeġaw is-7 gruppi ta’ nutrijenti li huma il-qofol ta’ dieta’ bbilanċjata. Il-Promozzjoni ta’ dawn il-Linji gwida saret ukoll permezz tal-mezzi tax-xandir lokali u użu tal-mezzi ta’ siti soċjali . Saru diversi preżentazzjonijiet lill-ġenituri, kif ukoll lill-għalliema tal-Home Economics bħala parti mit-Taħriġ tagħhom sabiex b’hekk dawn il-linji gwida se jservu bħala l-qafas tal-Kurrikulu Edukattiv dwar in-nutrizzjoni fl-iskejjel kollha ta’ Malta u Għawdex. L-għan ta’ dawn il-Linji gwida huwa li tfal jieklu dieta’ bbilanċjata u li ġenituri jevitaw li tfal jieklu porzjonijiet kbar iżżejjed.
Sar taħriġ għal professjonisti tas-saħħa dwar interventi qosra dwar is-saħħa, sar ukoll seminar għal diversi professjonisti tas-saħħa, inkluż tobba tal-familja, u ħaddiema oħra tal-kura primarja. Dan sar flimkien mal-Għaqda Dinjija Għas-Saħħa, fejn tim ta sitt esperti ġew iħarġu lill-professjonisti Maltin dwar interventi qosra dwar is-saħħa. Dawn l-interventi huma dwar it-tabakk, dieta’ mhux ibbilanċjata, nuqqas ta’ eżerċizzju, u l-użu mhux meqjus tal-alkoħol.
Saret it-tnedija tal-Avviż Legali 266 ta’ 2018 fejn hemm linji ġwida dwar l-ikel li jista’ jinbiegħ fl-iskejjel. Saru l-laqgħat informattivi mas-sidien tat-tuckshops li jissuplixxu l-ikel u x-xorb waqt il-ħin tal-iskola. F’dawn il-laqgħat ġew spjegati kemm dak li jingħad f’dan l-avviż kif ukoll ġie spjegat it-tipi ta’ ikel u xorb permessibbli u dawk li mhux permessibbli fl-iskejjel. Dawn il-laqgħat informattivi saru ukoll lill-kapijiet tal-iskejjel kollha kemm tal-Istat, tal-Knisja u kif ukoll dawk Indipendenti. Saru ukoll laqgħat informattivi għall-ġenituri.
Sar taħriġ dwar il-prattika tal-Motivational Interviewing. L-Motivational Interviewing hija teknika li professjonisti tas-saħħa jużaw biex jgħinu lill-persuni li jixtiequ jagħmlu xi tibdil iżda mhumiex ċerti kif. Dan huwa l-ewwel pass biex inżidu l-użu ta’ din it-teknika u ngħinu l-klijenti tagħna biex ibiddlu l-istil ta’ ħajja għal-aħjar.
Kien hemm diversi linji ġwida dwar l-attivita fiżika għall-etajiet differenti fil-popolazzjoni flimkien ma’ attivitajiet ta’ edukazzjoni.
Sar taħriġ dwar ir-riformulazzjoni tal-ikel għall-partijiet interessati involuti fl-industrija tal-ikel lokali.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika x’benefiċċji hemm indikati għall-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali u għal min jieħu ħsiebhom skont il-Budget 2021?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi rigward benefiċċji finanzjarji li qed jirreferi għalihom hu, għandu jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat. Ninfurmah ukoll illi s-servizzi għal kura tas-Saħħa Mentali kif ukoll mediċini psikjatriċi se jkomplu jingħataw bla ħlas kif ukoll se jkompli jsir Immodernizzar tal-Faċilitajiet tas-Saħħa Mentali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm sodod reġistrati f'Malta, maqsuma fis-South, fin-North, il-Belt u ż-Żona ta' San Ġiljan:
a. f'lukandi;
b. f'appartamenti;
c. f'AirBnB;
d. f'hotels
e. f'boutique hotels
f. f'kull kategorija oħra liċenzjata?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ sodod licenzjati f’Malta skont ir-reġjuni u l-lokalitajiet imsemmija huma kif murija fit-tabella hawn taħt. Il-lokalitajiet għar-reġjuni msemmija ttieħdu skont kif imqassmin fil-Kunsilli Reġjonali. AirBNB u Boutique Hotels ma je¿istux bħala kategoriji ta’ akkomodazzjoni fir-regolamenti li jirrigwardaw l-akkomodazzjoni turistika.
Collective Accommodation
Private Accommodation
Locality
Hotels
Guesthouses
Hostels
Tourist Village
Host Family
Holiday Furnished Premises
Northern Region
(Mellieħa, Mġarr, Mosta, Naxxar, Saint Paul’s Bay, Attard, Balzan, San Ġwann, Mtarfa)
16277
274
7
738
950
2776
Southern Region (
Qormi,Żejtun, Birżebbuġa, Għaxaq, Santa Venera, Marsascala, Marsaxlokk, Santa Luċija, Ħamrun, Luqa, Marsa)
154
395
30
348
1323
Valletta
707
456
16
86
606
St Julian’s
10085
260
107
245
1503
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm residenti s-SATU?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-kelma SATU m’għadiex tintuża u l-kelma korretta hi dik ta’ CoRRS. L-ammont ta’ persuni li hemm fil-CoRRS fl-Imtaħleb sakemm qed titwieġeb din il-mistoqsija huwa ta’ 38.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dwar kemm-il applikant ta ċ-ċwievet tal-post tiegħu, mis-sena li bdiet l-iskema fl-2018, liema skema li nirreferu għaliha bħala "Inċentivi għal Ritorn ta' ċwievet ta' post" sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat illi minn mindu bdiet l-inizzjattiva għal Ritorn ta’ Ċwievet mingħand l-Anzjani sal-lum nġabru 38 ċavetta.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17831, jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma ġewx installati, jew meta se jiġu installati lifts fi blokok tal-Housing Estates ġewwa Ħ’Attard, il-Mosta u Ħaż-Żebbuġ?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat li fil-Mosta ġew installati żewġ lifts matul is-sena li għaddiet. FĦaż-Żebbuġ u f’Ħ’Attard se ninstallaw ukoll aktar lifts li bħalissa għaddejjin il-preparamenti neċessarji biex tibda ukoll l-installazzjoni tagħhom.
Jista’ l-Ministru jindika kemm hawn ommijiet xebbiet reġistrati fil-preżent u kemm minnhom qegħdin jaħdmu? Kemm għandhom tfal u kemm minnhom huma f’riskju ta’ faqar jew qegħdin fil-faqar?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, skont id-data miġbura mir-records ta’ ħlasijiet għall-Allowance tat-Tfal (Children’s Allowance), fil-preżent hawn 5,408 ommijiet xebbiet u li minn dan it-total, 3,068 jinsabu f’impjieg.
It-tabella hawn taħt ippreżentata turi ukoll in-numru ta’ tfal.
Numru ta' Tfal
Ommijiet Xebbiet (CA & CAFR)
Total ta’ Tfal
1
3,774
3,774
2
1,266
2,532
3
271
813
4
65
260
5
26
130
6
4
24
7
2
14
Total
5,408
7,547
Fir-rigward ta’ dawk li jinsabu f’riskju ta’ faqar, tali informazzjoni tinżamm mill-Uffiċċju Nazzjonali dwar l-Istatistika.
NSO – statistika dwar djar abitabbli li huma vojta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għandux statistika ta’ kemm hawn djar abitabbli li huma vojta u mhux qed jintużaw f’pajjiżna?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-aħħar statistika li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għandu dwar kemm hawn djar abitabbli li huma vojta, u li mhux qed jintużaw, hija taċ-Ċensiment tal-Popolazzjoni u d-Djar tal-2011.
Jista’ l-Ministru jindika kemm fil-preżent hemm persuni li jinsabu bla xogħol f’pajjiżna?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol ma Jobsplus f'Malta u Għawdex fl-aħħar ta’ Diċembru 2020, kien ta’ 2,765 persuna.
L-aħħar ċifri ppubblikati huma ta’ Diċembru 2020.
Wied il-Għajn – Bajja ta’ San Tumas – open air gym
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra meta l-open air gym li hemm fil-bajja ta’ San Tumas f’Wied il-Għajn ser jingħata l-attenzjoni meħtieġa sabiex isiru t-tiswijiet neċessarji?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn, li l-apparat kollu li preżentament ma jistax jintuża ser jingħalaq, u ser jinġabru stimi sabiex jiġi rranġat.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra meta Triq il-Gardiel Wied il-Għajn ser tkun lesta u jistax jindika x’tiswijiet qegħdin isiru fil-post?
Response (BORG, IAN)
Bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna.
Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’madwar 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali u bħalissa għaddejjin xogħlijiet f’għexieren ta’ toroq oħrajn. Fil-lokalità ta’ Wied il-Għajn Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid Triq il-Buttar, Triq ġdida fi Triq il-Buttar, Triq Thomas Ashby, Triq il-Vjola u Triq Btieti. Bħalissa qegħġdin isiru Triq il-Gardiel, Triq il-Qaliet u Triq La Sengle, waqt li diġà hemm ippjanati biex fix-xhur li ġejjin jinbdew Triq San Ġwakkin u Triq ir-Ridott.
Ix-xogħljiet biex Triq il-Gardiel tinbena mill-ġdid bdew fit-tieni ġimgħa ta’ Jannar. Din it-triq fiha kważi kilometru, minn ħdejn il-Magħluq u twassal sal-Bajja ta’ San Tumas, u se jsirulha xogħlijiet estensivi biex jinbidulu s-servizzi taħt l-art qabel ma t-triq jissaħħulha l-pedamenti u jsirilha wiċċ ġdid b’diversi kisjiet bl-asfalt. Dawn jinkludu tqegħid ta’ katusi u pajpijiet għas-servizzi tal-ilma, drenaġġ, ilqugħ għall-ilma tax-xita, servizzi tat-telekomunikazzjoni u bankni. Għaldaqstant, ix-xogħol mistenni jieħu numru ta’ xhur biex it-triq titlesta u dan se jsir f’fażijiet biex jitnaqqas kemm jista’ jkun l-inkonvenjent.
Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17990, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk intbagħtux uffiċjali tal-Ministeru fix-Xatt tal-Birgu biex jaraw kif ser ineħħu l-ammont ta’ ħadid imsaddad u abbandunat li hemm fl-aħħar nett tax-xatt, viċin fejn hemm slip way?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn informazzjoni miġbura wara żjara fuq il-post, ma jeżisti ebda materjal depositat jew restawr meħtieg, fiż-żona fdata lil dan il-Ministeru.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17991, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk intbagħtux uffiċjali tal-Ministeru biex jaraw l-istat tal-affarijiet fl-aħħar parti tal-pont tal-Birgu taħt il-Fortizza ta’ Sant’Anġlu sabiex il-post jiġi rijabilitat u mnaddaf?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17989 li oriġinarjament saret lill-Ministru tat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu u jinforma l-Kamra x’passi qed jittieħdu sabiex tiġi riżolta l-kwistjoni pendenti fix-Xatt tal-Birgu?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninsab infurmat illi l-Awtoritá ta' l-Ippjanar m’għandha l-ebda applikazzjoni quddiemha biex tiproċessa proposta hekk kif indikata mill-Onorevoli Interpellant fil-mistoqsija parlamentari numru 16374 li tinvolvi bini ta' lukanda fix-Xatt tal-Birgu fejn dak li kien Casino di Venezia.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jdum ix-xogħol li preżentement għaddej fi Triq Xrobb l-Għaġin Marsaxlokk u kemm se jiġi jiswa?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor.Interpellant illi ninsab infurmat li dan ix-xogħol mhux qiegħed isir mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk.
Għaldaqstant, nitlob lill-Onor. Interpellant iressaq il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru għall-Enerġija