Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — konsulenti maħtura

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il konsulent ġie maħtur sabiex jagħti servizzi lill-Ministeru jew lil xi entità li taqa' taħt il-Ministeru tagħha mill-1 ta' Jannar 2019 sal-lum? Tista’ tgħid ukoll x'tip ta' servizzi, lil liema entità jingħataw is-servizzi, liema ħlas sar lil dak il-konsulent s’issa u kemm huwa l-valur ta' dak il-ħlas?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor Interpellanta li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — konsulenti maħtura

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsulent ġie maħtur sabiex jagħti servizzi lill-Ministeru jew lil xi entità li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2019 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x'tip ta' servizzi, lil liema entità jingħataw is-servizzi, liema ħlas sar lil dak il-konsulent s’issa u kemm huwa l-valur ta' dak il-ħlas?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul iż-zmien indikat fil-mistoqsija il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin ħatar 7 konsulenti. 2 minn dawn is-7 kellhom il-kuntratt itterminat fl-2020. L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — konsulenti maħtura

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsulent ġie maħtur sabiex jagħti servizzi lill-Ministeru jew lil xi entità li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2019 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x'tip ta' servizzi, lil liema entità jingħataw is-servizzi, liema ħlas sar lil dak il-konsulent s’issa u kemm huwa l-valur ta' dak il-ħlas?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — konsulenti maħtura

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsulent ġie maħtur sabiex jagħti servizzi lill-Ministeru jew lil xi entità li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2019 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x'tip ta' servizzi, lil liema entità jingħataw is-servizzi, liema ħlas sar lil dak il-konsulent s’issa u kemm huwa l-valur ta' dak il-ħlas?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — konsulenti maħtura

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsulent ġie maħtur sabiex jagħti servizzi lill-Ministeru jew lil xi entità li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2019 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x'tip ta' servizzi, lil liema entità jingħataw is-servizzi, liema ħlas sar lil dak il-konsulent s’issa u kemm huwa l-valur ta' dak il-ħlas?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — konsulenti maħtura

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsulent ġie maħtur sabiex jagħti servizzi lill-Ministeru jew lil xi entità li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2019 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x'tip ta' servizzi, lil liema entità jingħataw is-servizzi, liema ħlas sar lil dak il-konsulent s’issa u kemm huwa l-valur ta' dak il-ħlas?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Family Therapy

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18611 u jgħid kemm hemm individwi li qed jagħmlu użu mis-servizzi tal-Family Therapy? Jista’ jgħid ukoll kemm hu n-numru totali tal-familji li ġejjin minnhom l-istess individwi?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, s-servizz tat-terapija tal-familja jingħata kemm mis-Servizzi Psikoloġiċi tal-Aġenzija Sedqa u kemm mill-Aġenzija għas-Servizzi Terapewtiċi u fil-Kommunità (ACTS). Ġewwa Sedqa, il-psikologi jaħdmu mal-persuni biex jindirizzaw temi relazzjonali. L-Aġenzija għas-Servizzi Terapewtiċi (ACTS) tagħmel dak li jissejjaħ Home-Based Family Therapy ma’ familji bi problemi varji (multi-stressed families). In-numru ta’ persuni kif ukoll familji li qed jirċievu din l-għajnuna jinsab miġbur fit-tabella t’hawn taħt. Servizz Familji Individwi Sedqa (Psychology Services) 61 146 ACTS (Family Therapy) 48 109

Koppji li jużaw is-servizzi ta’ counselling

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18612 u jgħid kemm hemm koppji miżżewġin, f’unjoni ċivili u f’koabitazzjoni li qed jużaw servizzi ta’ counselling offruti mill-Gvern?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.

Persuni li applikaw għall-għajnuna soċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18613 u jgħid kemm hemm persuni li applikaw sabiex jingħataw l-għajnuna soċjali tul is-sena 2019 u fis-sena 2020? Kemm hemm persuni li ma baqgħux jirċievu dan il-benefiċċju fl-istess żmien?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, t-tagħrif mitlub minnha jinsab fit-tabelli t’hawn taħt: Persuni li applikaw sabiex jingħataw l-għajnuna soċjali tul is-sena 2019 u s-sena 2020: Applikazzjonijiet Sena SA SUP Total 2019 576 258 834 2020 768 549 1,317 Persuni li ma baqgħux jirċievu l-għajnuna soċjali tul is-sena 2019 u s-sena 2020: Beneficcji Mwaqqfa Sena SA SUP Total 2019 862 435 1,297 2020 729 362 1,091

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — servizzi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18614 u jgħid x’servizzi qed jingħataw lir-residenti tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin? Kemm hemm persuni li qed jagħmlu użu minn dan is-servizz?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Ministeru għas-Solidarjeta u Ġustizzja Soċjali, l-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal, permezz tad-Diviżjoni għall-Għajnuna Finanzjarja u Osservanza joffri servizz lil dawk il-persuni li jkunu waslu sabiex jiskontaw is-sentenza ta’ priġunerija sabiex ikunu jistgħu jiġu megħjuna japplikaw għall-benefiċċji soċjali. Dan is-servizz jingħata billi jattendi uffiċjal mid-Divizjoni fil-Faċilità Korrettiva. Matul dawn l-aħħar xhur, dan is-servizz beda jingħata billi l-uffiċjal ikollu diskussjonijiet kontinwi mal-uffiċjali tal-Faċilità Korrettiva u kif ukoll mal-persuni li jkunu waslu sabiex jiskontaw is-sentenza permezz ta’ servizz online, u dan minħabba l-effetti tal-pandemija tal-Covid-19. Għaldaqstant, is-servizz qiegħed jingħata billi jimtlew l-applikazzjonijiet kkonċernati bis-sistema online. Kull min ikun wasal biex jiskonta s-sentenza, jista’ jagħmel użu minn dan is-servizz imsemmi. Id-Diviżjoni madanakollu, ma żżommx statistika ta’ kemm bbenefikaw individwi minn dawn is-servizzi mgħotija. Servizzi oħra indirizzati u offruti lir-residenti tal-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin, offruti bil-għajnuna tal-Fondazzjoni għas-Servizzi għal-Ħarsien Soċjali, huma is-segwenti, flimkien ma’ informazzjoni dwar kemm individwi qegħdin jibbenefikaw minn dawn is-servizzi: Aġenzija Servizz Numru ta’ Individwi Aġenzija għas-Servizzi Terapewtiċi u fil-Kommunità Community Services 1 Direttorat għall-Ħarsien(Kura) Alternattiv ta’ Minuri Adolescent Day Programme 1 Court & SAV 3 Embark 4 Life 7 Youth In Focus 1 Appoġġ Oncology Social Work Service (SAMOC) 1 Fergħa ta’ Għawdex Generic social work service 2 Gozo Prison Project 5 Sedqa Addictions Community Service 7 Ħidma oħra f’dan il-qasam, bħala għajnuna immirata biex tgħin lir-residenti tal-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin, hija, l-għajnuna finanzjarja f’forma ta’ ftehim (Public Social Partnership), mal-Fondazzjoni Rise. Il-ftehim ikkollaborat ta’ 3 snin, ikopri l-użu ta’ 10 sodod lil numru residenti tal-Faċilita’ Korretiva ta’ Kordin li jkunu rreferuti mill-‘Correctional Service Division’ (CSD) u jkunu rrikkomandati mill-‘Prison Leave Advisory Board’ (PLAB). Il-Fondazzjoni Rise toffri wkoll programm ta’ rijabilitazzjoni residenzjali 24 siegħa kuljum, is-sena kollha lil dawn ir-residenti flimkien ma’ ‘day community-based care’ u assistenza mill-aspett fiżiku, spiritwali, soċio-legali u psikoloġiku. Dan il-ftehim jiġi iffinanzjat mill-Ministeru għas-Solidarjeta’ u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal kif ġej: €197,000 għas-sena 2021, €200,750 għas-sena 2022 u €204,400 għas-sena 2023. Fis-sena 2020, ir-Rise ħa s-somma ta’ €159,352 għas-servizzi li offra. Barra minn hekk, F’Diċembru 2020, l-Awtorita’ tal-Artijiet allokat fond ta’ art ġewwa l-Belt Valletta lil Ministeru għas-Solidarjeta’ u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u Drittijiet tat-Tfal; liema art ser tkun mgħoddija lil Fondazzjoni Rise sabiex tibda tintuża bħala ‘mixed unit’: kemm għar-residenti nisa u kemm għall-irġiel. Bħalissa għaddejjin b’diskussjonijiet dwar ix-xogħlijiet neċessarji li hemm bżonn li jsiru fil-binja, u dwar tagħmir ieħor. Fl-aħħar nett, Il-Ministeru għas-Solidarjeta’ u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal għandu wkoll‘Public Social Partnership’ li huwa ftehim għal 3 snin, mal-Fondazzjoni Mid-Dlam għad-Dawl. Din il-Fondazzjoni ingħatat għajnuna ta’ €20,000 fis-sena 2019, €21,000 fis-sena 2020, u ser tkun qed tiġi ffinanzjata is-somma ta’ €22,000 matul l-2021. Dan il-ftehim ikopri l-użu ta’ 5 sodod f’servizz ta’għixien residenzjali indipendenti għal ex-priġunieri u tassistihom fl-aspetti fiżiċi, soċio-legali u psikoloġiċi. Dan is-servizz jingħata minn żewġ residenti separati ġewwa Bormla.
Leg 13 PQ #18958 Sitting 426 2021-02-09 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Kummissarju Speċjali għar-Relazzjonijiet Ekonomiċi, Finanzjarji u ta’ Kummerċ mar-Renju Unit

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18627 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'inhuma t-termini ta' referenza tal-Kummissarju Speċjali għar-Relazzjonijiet Ekonomiċi, Finanzjarji u ta’ Kummerċ mar-Renju Unit li nħatar dan l-aħħar u x'rimunerazzjoni ser igawdi l-persuna maħtura? Kemm ser ikollu impjegati dan l-uffiċċju u fejn ser ikun ibbażat?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-oqsma ta’ ħidma tal-Kummissarju Speċjali jinkludu r-relazzjonijiet kollha bejn Malta u r-Renju Unit li għandhom jew jaf ikollhom impatt, dirett jew indirett, fuq l-ekonomija Maltija. Il-ħidma tiegħu mhijiex limitata għall-kwistijonijet tal- Brexit. Il-Kummissarju Speċjali ser jaħdem biex jassigura li l-Gvern u l-partijiet interessati fis-settur privat ma jkunux sorpri¿i bil-konsegwenzi diretti u indiretti tal-Brexit u bi zviluppi oħra fir-Renju Unit, kemm f’dawk li jfissru riskju, kemm f’dawk li huma opportunitajiet. L-għan strateġiku tal-Kummissarju Speċjali huwa li jippromwovi qabza kwalitattiva u kwantitattiva 'l-quddiem tar-relazzjonijiet ekonomiċi, finanzjarji u kummerċjali mar-Renju Unit. Il-Kummissarju jaħdem mill-qrib mal-istakeholders kollha pubbliċi u privati fl-oqsma msemmija sabiex tiġi zgurata unità ta’ azzjoni. Komunikazzjoni effettiva mal-Ministeri relevanti u mal-Awtoritajiet hi essenzjali anki sabiex jiġu evitati overlaps . Il-ħidma tal-Kummissarju Speċjali mistennija li ddum sena, meta kull oġġettiv operattiv li jkun għad jifdal għandu jiġi assorbit mill-ministeri tal-Gvern, Awtoritajiet, u entitajiet oħra relevanti. Għaldaqstant, oġġettiv ieħor tal-Kummissarju Speċjali huwa li jħarreġ impjegati mal-entitajiet imsemmija li jkunu magħzula għal dan l-iskop biex ikomplu l-ħidma tiegħu f’oqsma diversi. Il-Kummissarju Speċjali ultimament jirrapporta lill-Prim Ministru, jzomm kuntatt mill-qrib mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Ministru għall-Finanzi u x- Xogħol, kif ukoll ma’ kull Ministru jew Segretarju Parlamentari ieħor li jkun identifikat mill-Prim Ministru. Is-salarju tal-Kummissarju Speċjali huwa ta’ € 100,000 fis-sena. Għandu allowance għall-ispejje¿ ta’ insurance , transport, telephone u internet . Fl-Uffiċċju tal-Kummissarju Speċjali attwalment jaħdmu tliet persuni .L-ammont ta’ nies li jaħdmu b’mod full-time mal-Uffiċċju tal-Kummissarju Speċjali m’għandux jeċċedi ħamsa min-nies, inkluz il-Kummissarju Speċjali nnifsu.

Malta Freeport – irtirar tal-kunsinni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18161 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti l-assigurazzjoni li l-importaturi qed jitħallew jirtiraw il-kunsinni tagħhom mill-Malta Freeport mingħajr il-ħtieġa li jqabdu burdnar u dan kif tippermetti l-liġi?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru kkonċernat.

Kumpaniji reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija ġiet reġistrata fl-2019 u fl-2020, rispettivament?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Fis-sena 2019, ġew registrati total ta’ 4,245 kumpaniji (public and private limited companies). Fis-sena 2020 , ġew reġistrati total ta’ 3,211 kumpaniji ( public and private limited companies) .

Kumpaniji li ġew struck off

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija ġiet struck off fl-2019 u fl-2020?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Fis-sena 2019, kien hemm 2,971 kumpanija li ġew struck off, filwaqt li fis-sena 2020 kien hemm 13,189 li ġewstruck off. Il-proċess tat-tindif tar-Registru minn kumpaniji inattivi bhala struck off as defunct mir-Reġistratur hija mizura kif ġiet rakkomandata minn Moneyval. L-informazzjoni kollha ta’ dawn il-kumpaniji li ġew struck off tibqa xorta mi¿muma fuq ir-Reġistru.

Partnerships li ġew struck off

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il partnership ġiet struck off fl-2019 u fl-2020?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Fis-sena 2019, kien hemm 30 partnership li ġew struck off, filwaqt li fis-sena 2020 kien hemm 37 partnership li ġew struck off. Il-proċess tat-tindif tar-Registru minn kumpaniji inattivi bhala struck off as defunct mir-Reġistratur hija mizura kif ġiet rakkomandata minn Moneyval. L-informazzjoni kollha ta’ dawn il-kumpaniji li ġew struck offtibqa xorta mi¿muma fuq ir-Reġistru.

Kumpaniji li tqiegħdu f’likwidazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija tqiegħdet f’likwidazzjoni fl-2019 u fl-2020?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

F’dawn is-sentejn, in-numru ta’ kumpaniji li tqiegħdu f’likwidazzjoni kien l-istess bhas-snin precedenti. Fil-fatt, fis-sena 2019 kien hemm 1944 kumpanija li tqiegħdet f’likwidazzjoni filwaqt li fis-sena 2020 kien hemm 2292 kumpanija li tqiegħdu f’likwidazzjoni.

Kumpaniji li ssottomettew l-annual returns tard

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija kienet tardiva fis-sottomissjoni tal-annual return lill-Malta Business Registry fl-2019 u fl-2020, rispettivament?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Fis-sena 2019 kien hemm 11,680 kumpanija li kienu tardivi fis-sottomissjoni tal-annual return lill-MBR, filwaqt li fis-sena 2020 kien hemm 13,498 kumpanija li kienu tardivi fis-sottomissjoni tal-annual return lill-MBR.
Leg 13 PQ #18983 Sitting 426 2021-02-09 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Dipartiment tal-NSSS — servizzi mogħtija

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'servizzi ngħataw mill-bidu tas-sena akkademika sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija, mid-Dipartiment tal-NSSS fejn jidħlu professjonisti u servizzi speċjalizzati lil kull skola pimarja, sekondarja medja u sekondarja tal-istat, liċ-Ċentri tar-Riżorsi u ċentri edukattivi oħra, bl-informazzjoni mogħtija b'mod separat għal kull skola, u kemm-il darba ngħataw dawn is-servizzi?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-servizzi speċjalizzati provduti mid-Dipartiment tal-NSSS huma: - Servizz għall-Istudenti b’Diffikultajiet fl-Udit - Servizz għal Studenti b’Diffikultajiet Okulari - Autism Spectrum Support Team ( ASST ) - Child Safety Services (CSS) - Anti bullying - Servizz ta’ Kontra l-Abbuż mis-Sustanza - Servizz ta’ Counselling - Is-Servizz tal-Psikoterapija - Is-Servizz Psikoloġiku fl-Iskejjel - Servizz ta’ Gwida għall-Karrieri fl-Iskejjel - Il-Ħidma Soċjali fl-Iskejjel - Is-Servizz tal -Early Intervention - Speech therapy fiċ-Ċentri ta’ Riżorsa - Occupational therapy fiċ-Ċentri ta’ Riżorsa Hemm servizzi oħrajn li huma Servizz Għożża, Home tuition u s-Servizz Edukattiv mogħti fl-Isptar Mater Dei u fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo li dawn ma jingħatawx fl-iskejjel. Dan apparti servizzi oħra li jingħataw b’kordinazzjoni ma’ entitajiet oħra. L-informazzjoni relatata ma’ statistika tingħata meta t-tagħrif ikun disponibbli.
Leg 13 PQ #18984 Sitting 426 2021-02-09 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Skejjel sekondarji medji tal-Istat — Tfal bi bżonnijiet edukattivi individwali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm tfal bi bżonnijiet edukattivi individwali fl-iskejjel sekondarji medji tal-Istat (years 7 u 8), bl-informazzjoni mogħtija separatament għal kull skola u għal kull sena eduakttiva?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli interpellant hu kif muri fit-tabella li qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.