Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet għala t-tender li għalqet fil-5 ta' Ottubru 2021 'for the Design and Build and Maintenance of an adjustable pool floor at the Gozo Aquatic Centre' SPD3/2021/053 f'dawn l-aħħar ġranet ġiet ikkanċellata? Jista’ jgħid kemm kienet stmata din it-tender? Jista’ jgħid x'se jiġri issa u jekk din l-imsemmija tender hux ser tiġi ippubblikata mill-ġdid?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament jekk għandux parir mill-Kummissjoni għal Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità dwar jekk il-cobblestone li jintuża f'diversi lokalitajiet, jikkawżax inaċċessibiltà għal persuni b'diżabilità? Jekk iva, jista' jpoġġi kopja ta' dan il-parir fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BORG, IAN)
Peress li f’pajjiżna f’dawn l-aħħar snin saru ħafna proġetti t’infrastruttura pubblika minn entitajiet, awtoritajiet u kunsilli lokali differenti, u peress li kull proġett ikollu l-ispeċifikazzjonijiet partikolari tiegħu, ikun apprezzat jekk jiġi speċifikat eżattament għal liema postijiet pubbliċi qed issir referenza f’din il-mistoqsija.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23033, jista' l-Ministru jispjega lill-Parlament jekk hux se jilqa’ t-talba tal-istudenti Għawdxin u r-rappreżentanti tagħhom u jerġa’ jintroduċi l-linja X300 fuq ir-rotta taċ-Ċirkewwa kif kienet sa Ġunju li għadda?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mistoqsija parlamentari 23033 tirrigwarda bus stops f’kull lokalità ġewwa Għawdex u mhux rigward ir-rotta X300.
Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — Kirjiet ta’ postijiet
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista ta' kirjiet ta' postijiet li ħallas il-Ministeru għall-entitajiet li jaqgħu taħtha bejn Mejju 2017 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Tista' tgħid liema huma u kif irriżultat tali kirja?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru ma ħallas l-ebda’ kirja tal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-i
sponsorships
li ta l-Ministeru minn Mejju 2017 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Min approvahom, kemm kienu u x'kien l-iskop tal-i
sponsorship
?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-Mistoqsija Parlamentari 23289.
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-i
sponsorships
li tat l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) minn Mejju 2017 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Min approvahom, kemm kienu u x'kien l-iskop tal-i
sponsorship
?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 15864, filwaqt li għas-sena 2021 ma ngħata l-ebda sponsorship.
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-ispejjeż relatati mal-istampar tal-Ministeru minn Mejju 2017 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Min approvahom, kemm kienu u x'kien l-iskop tal-ispiża?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jelabora l-mistoqsija
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol – Kirjiet ta’ postijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kirjiet ta' postijiet li ħallas il-Ministeru għall-entitajiet li jaqgħu taħtu bejn Mejju 2017 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid liema huma u kif irriżultat tali kirja?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Studenti b’diżabilità intelletwali – edukazzjoni post sekondarja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal b’diżabilità intellettwali li qed jirċievu edukazzjoni post sekondarja?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li fil-preżent, fiċ-Ċentri ta’ Riżorsa hemm 137 student li jesperjenzaw diffikultajiet intellettwali (fost diżabiltajiet oħrajn) li qed jibbenefikaw minn esperjenza edukattiva post sekondarja.
Infurmat ukoll li hemm 30 student b’diżabilità intellettwali li qed jirċievu edukazzjoni fl-MCAST.
Studenti b’diżabilità intelletwali – applikazzjoni għal edukazzjoni post sekondarja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm studenti b’diżabilità intelletwali applikaw biex jirċievu edukazzjoni post-sekondarja mis-sena 2017 sa meta tiġi imwieġba din il-mistoqsija parlamentari u ma ngħatawx aċċess għal din it-tip ta’ edukazzjoni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fiċ-Ċentri ta’ Riżorsa ma kien hemm l-ebda applikazzjoni li ma ntlaqgħetx. Fir-rigward tal-MCAST ir-risposta hi fin-negattiv ukoll.
Edukazzjoni Terzjarja tal-persuni b’diżabilità intelletwali – politika nazzjonali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid hemmx politika nazzjonali għall-inklużjoni fl-edukazzjoni terzjarja tal-persuni b’diżabilità intelletwali? Jekk iva, jista’ jagħti d-dettalji?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nissuġġerixxi lill-Onor Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-ministeru konċernat.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’studji saru tul dawn l-aħħar tliet snin dwar il-problema li qed isibu residenti fil-Fgura sabiex isibu post fejn jipparkjaw il-vettura tagħhom? Jista’ jindika x’miżuri ser jittieħdu dwar dan?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura li l-proġett li għamel minħabba l-islow streets qiegħed inkorporat f’dan l-istudju.
Ministeru għall-Inklużjoni, l-Kwalità tal-Ħajja u l-Volontarjat — kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjonijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru tagħha jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tagħha minn Jannar 2020 sa Diċembru 2021, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjonijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2020 sa Diċembru 2021, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni rikjesta tinsab hawn taht:
Malta Council for Science and Technology
DATE
DESCRIPTION
COST OF SERVICE
24/09/2020
Press Conference Venue
€ 750.00
23/09/2020
Donation
€ 585.00
09/10/2020
Talk Venue
€ 800.00
28/09/2021
Press Conference Venue
€ 800.00
14/10/2021
Awareness Talk Venue
€ 800.00
Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva — kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjonijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2020 sa Diċembru 2021, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħata l-ebda kuntratt, direct order, donazzjoni jew benefikati diretti jew indiretti oħra lill-fondazzjonijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru minn Jannar 2020 sa Diċembru 2021.
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istruttura (organogramma) tas-segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari (fil-każ li hemm wieħed)? Jista’ l-Ministru jindika kemm minn dawn il-persuni kienu diġà jaħdmu mas-servizz pubbliku u kemm minnhom qed jaħdmu bħala “persons of trust”?
Response (ABELA, ROBERT)
It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmat li fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru hemm 14 il-persuna li huma Position of Trust u 18 li huma Persons of Trust. Rigward is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej hemm 2 persuni li huma Position of Trust u 10 li huma Persons of Trust fejn wieħed minnhom huwa fuq ba¿i ta’part-time.
Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — organogramma
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istruttura (organogramma) tas-segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari (fil-każ li hemm wieħed)? Jista’ l-Ministru jindika kemm minn dawn il-persuni kienu diġà jaħdmu mas-servizz pubbliku u kemm minnhom qed jaħdmu bħala “persons of trust”?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Filwaqt li nitlob lill-Onorevoli interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 24070, ninfurmaha li l-għadd ta’ persuni fil-Ministeru li diġà jaħdmu mas-Settur Pubbliku hu ta’ 7, waqt li l-Persons of Trust jammontaw għal 6.
Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport — organogramma
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istruttura (organogramma) tas-segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari (fil-ka¿ li hemm wieħed)? Jista’ l-Ministru jindika kemm minn dawn il-persuni kienu diġà jaħdmu mas-servizz pubbliku u kemm minnhom qed jaħdmu bħala “persons of trust”?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 24070, ninfurmaha li l-għadd ta’ persuni fil-Ministeru li diġà jaħdmu mas-Settur Pubbliku hu ta’ 11, waqt li l-Persons of Trust jammontaw għal 7.