Birkirkara — kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18584, 18308, 18019 u 17893 u jgħid:
a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq ta’ Birkirkara, triq b’triq;
b. kemm minn dawn għadhom attivi;
c. quddiem liema proprjetà;
d. għal liema skop huma riservati; u
e. meta saru?
Response (BORG, IAN)
Qed inpoġġi it-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ħal Balzan — Kaxxi sofor u blu għal parkeġġ riservat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18585, 18309, 18020 u 17896 u jgħid:
a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq ta’ Ħal Balzan, triq b’triq;
b. kemm minn dawn għadhom attivi;
c. quddiem liema proprjetà;
d. għal liema skop huma riservati; u
e. meta saru?
Response (BORG, IAN)
Qed inpoġġi it-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.
Malta Business Registry – penali imposti fuq kumpaniji u uffiċjali ta’ kumpaniji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-penali li ġew imposti mill-Malta Business Registry fuq il-kumpaniji, u uffiċjali ta’ kumpaniji fl-2019 u fl-2020, rispettivament?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-sena 2019, l-MBR ħarġet 323,783 il-multa lill-kumpaniji reġistrati magħha.
Fis-sena 2020, l-MBR ħarġet 401,919-il multa lill-kumpaniji reġistrati magħha.
Kumpaniji – ħlas ta’ penali lill-Malta Business Registry
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu penali dovuti minn kumpaniji lill-Malta Business Registry fl-2019 u fl-2020? Kemm baqgħu pendenti?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-sena 2019, tħallsu 56,032-il multa minn dawk il-multi li nħarġu fl-istess sena. Dan ifisser li sal-aħħar tas-sena 2019, kien għad baqa’ pendenti 267,751 -il multa.
Fis-sena 2020, tħallsu 34,505-il multa, minn dawk il-multa li nħarġu fl-istess sena. Dan ifisser li sal-aħħar tas-sena 2020, kien għad baqa’ pendenti 367,414-il multa.
Kumpaniji – assi mgħoddija lill-Istat Malti wara li ġew struck off mill-Malta Business Registry
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-kumpaniji li kellhom l-assi tagħhom mgħoddijjin lill-Istat Malti għaliex ġew struck off mill-Malta Business Registry?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MBR ma jkollhiex din l-informazzjoni. Madanakollu, tajjeb li wieħed jfakkar li hemm perjodu ta’ ħames snin li l-assi ma jistgħux jintmissu minn mindu kumpanija tiġi struck off as defunct.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpaniji wholly owned minn azzjonisti barranin fl-2019 u fl-2020?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Fis-sena 2019, fuq ir-reġistru kien hemm 10,299 kumpanija wholly owned minn azzjonisti barranin, filwaqt li fis-sena 2020 kien hemm 10,757 kumpanija wholly owned minn azzjonisti barranin.
Jista’ l-Ministru jelenka liema huma l-ismijiet tat-toroq u f’liema lokalitajiet li għalihom għamel referenza fir-risposta parlamentari 18693 (total 655 triq) meta qal “Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’madwar 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali u bħalissa għaddejjin xogħlijiet f’għexieren ta’ toroq oħrajn” . Dan meta bħala aġenzija kien qed jirreferi ghall-Infrastructure Malta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Post fejn tistkenn għal min ikun bil-mutur fil-kju tal-vapur biex taqsam bejn Malta u Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jara li jkun hemm fejn jistkenn mix-xita min irid jaqsam b'mutur bejn Malta u Għawdex meta jkun fil-kju tal-vapur fiċ-Ċirkewwa jew l-Imġarr?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm it-terminal fejn wieħed jista’ jidħol jistkenn.
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – provvista ta’ wheelchairs
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara li jkun hemm provvista adegwata ta' wheelchairs fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex peress li jidher li min qed juża wheelchair li rtira mill-isptar mhux qed isibha possibbli li jbidlu meta l-wheelchair jeqdiem u lanqas ma jingħata spare parts biex isewwih?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-isptar Ġenerali ta’ Għawdex għandu total ta’ 147 wheelchair on loan fil-komunita’. Dawn jinkludu 30 wheelchair li ġew rikjesti fl-2020. Fl-2020 kien hemm talba waħda biss biex jiġi mibdul wheelchair, li ġiet akkommodata. Bħalissa hemm talba għal wheelchair gdid u talba oħra għal wheelchair biex jinbidel.
Aktar
wheelchairs
huma ordnati u hu antiċipat li jaslu fil-ġimgħat li ġejjin.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet ta' studenti jew għalliema li rriżultaw pożittivi għal Covid-19 f'Jannar 2021? Kemm kien hemm persuni, inkluż ġenituri, qraba jew ħbieb li ġew mitluba li joqogħdu kwarantina minħabba li kienu f'kuntatt magħhom?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.
Wara t-traħħis fil-prezzijiet ta' mediċini li kien imħabbar f'Mejju 2019, jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi roħs ieħor u jekk iva, jagħti lista ta' dawk il-mediċini qabel ma raħsu u llum? Jista’ jgħid ukoll x'inhu l-prezz illum ta' dawk il-mediċini li kienu roħsu f'Mejju 2019?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-lista ta’ roħs tal-mediċini mħabbra f’Mejju tal-2019 u l-prezz attwali hija elenkata hawn taħt.
Name of Medicine
Old Price
€
Revised
Price
(as at May 2019)
Price as at February 2021
€
Price Difference
€
Change
in Price
%
Cialis 5mg tablets x 28
98.9
86.9
86.9
-12
-12%
Strattera 10mg tablets x 7
29.9
26.9
26.9
-3
-10%
Strattera 18mg tablets x 7
29.9
26.9
26.9
-3
-10%
Loceryl 5% w/v nail lacquer x 5ml
69.76
44.5
44.5
-25.26
-36%
Instillagel gel x 11ml
3.47
2.76
2.76
-0.71
-20%
Celebrex 100mg capsules x 60
31.54
23.29
23.29
-8.25
-26%
Celebrex 200mg capsules x 30
29.72
25.82
25.82
-3.9
-13%
Lyrica 150mg capsules x 56
96.42
51.53
51.53
-44.89
-47%
Lyrica 25mg capsules x 56
75.44
25.19
25.19
-50.25
-67%
Lyrica 300mg capsules x 56
106.94
65.65
65.65
-41.29
-39%
Lyrica 75mg capsules x 56
85.96
39.51
39.51
-46.45
-54%
Xalatan eye drops 50mcg/ml x 2.5ml
26.22
14.45
14.45
-11.77
-45%
Viagra 100mg tablets x 4
44.54
31.16
31.16
-13.38
-30%
Viagra 25mg tablets x 4
31.45
22.02
22.02
-9.43
-30%
Viagra 50mg tablets x 4
40.32
28.22
28.22
-12.1
-30%
Eliquis 2.5mg tablets x 20
35
31.97
31.97
-3.03
-9%
Eliquis 2.5mg tablets x 60
105
81.86
81.86
-23.14
-22%
Eliquis 5mg tablets x 56
98
80.4
80.4
-17.6
-18%
Pharmaton capsules x 100
30.95
29.5
29.5
-1.45
-5%
Xarelto 15mg tablets x 42 tablets
127.6
110.5
110.5
-17.1
-13%
Xarelto 20mg tablets x28 tablets
85.07
80.4
80.4
-4.67
-5%
Prolia 60mg solution for injection
251.83
249.83
249.83
-2
-1%
Clopidogrel 75mg Consilient tablets
x28
10.94
9.84
Item discontinued due to Brexit, alternative generic product available
-1.1
-10%
Levonelle 1500mcg tablet x 1
19.9
18.5
18.5
-1.4
-7%
Voltaren 50mg tablets x 20
9
8.1
8.1
-0.9
-10%
Voltaren 100mg tablets x 10
9.71
8.7
8.7
-1.01
-10%
Lescol XL 80mg prolonged release
tablets x 28
30.96
27.85
27.85
-3.11
-10%
Pregabalin 75mg capsules TEVA x 56
39.9
33.9
33.9
-6
-15%
Pregabalin 150mg capsules TEVA x56
41.9
37.7
37.7
-4.2
-10%
Kif wieħed jinnota ma kienx hemm ċaqliq fil-prezzijiet minkejja l-isfidi rigward l-aċċessibilità tal-mediċini fl-Ewropa riżultat tal-pandemija tal-COVID-19 u l-effetti tal-Brexit. L-Awtorità dwar il-Mediċini taħdem mil-qrib mal-Awtorità għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) li ssegwi x-xenarju tal-prezzijiet sabiex fis-suq Malti jkun hawn kompetizzjoni xierqa li tassigura mediċini bi prezz ġust. Ta’ min issemmi l-ħidma li qed issir mill-Gvern li qed iżid in-numru ta’ mediċini li jingħataw b’xejn f’mard kroniku.
Gozo Channel (Operations) Ltd – ġarr ta’ merkanzija miċ-Ċirkewwa
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18711, jista' l-Ministru jgħid għala l-Gvern aċċetta li l-ġarr tal-merkanzija ma jsirx mill-Port il-Kbir (Valletta) kif kien jistipula l-Public Service Obligation Agreement iżda minflok għażel li dan isir bejn iċ-Ċirkewwa u l-Imġarr? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-qbil li qal li hemm bejn il-partijiet biex il-ġarr tal-merkanzija jiġi trasferit minn Marsamxett għaċ-Ċirkewwa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ninsba infurmat li permezz ta’ emenda fil-kuntratt tal-PSO, kien hemm qbil bejn iż-żewg partijiet li s-servizz ta’ merkanzija jiġi integrat mas-servizzi moghtija mill-Gozo Channel (Operators) bejn l-Imgarr, Għawdex u ċ-Ċirkewwa.
Din l-emenda kienet neċessarja minħabba il-proġett tal-Marina.
Jista' l-Ministru jagħti struzzjonijiet lill-Aġenzija tas-Servizzi tal-Qorti sabiex id-differimenti kollha tal-kawżi jiġu avżati immedjatament lill-partijiet u lill-avukati b'mezzi diġitali, ħaġa li fil-preżent aktar le milli iva, qiegħda ssir u dan b'inkonvenjenza kbira għall-partijiet u l-avukati tagħhom illi jmorru l-qorti għalxejn?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Qorti ta’ Malta u Għawdex diġa hemm il-qafas neċessarju sabiex ikun hemm avviż immedjat lill-partijiet u l-avukati tal-partijiet b’mezzi diġitali. Infakkar li s-sistema tal-eCourts (ecourts.gov.mt/onlineservices/) li fiha l-link “Irċievi Notifiki bil-mowbajl” li permezz tagħha kull persuna jista’ jirreġistra fiha biex jirċievi notifikazzjoni b’sms kemm jekk il-kawża tkun differita kif ukoll jirċievi sms li tfakkru meta tkun is-seduta li jmiss, ħamest ijiem qabel dik id-data. Apparti dan l-avukati u l-prokuraturi legali li isimhom jiġi linked mal-kawża dejjem jirċievu sms li tavżahom li s-seduta tkun ġiet differita meta dan ikun il-każ.
Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpallent l l-Amminstrazzjoni tal-Qorti hija f’idejn l-Aġenzija tas-Sevizzi tal-Qorti li dejjem ħadmu u għadhom jaħdmu sabiex titjieb is-sistema tal-ġustizzja – inkluz tramitte aktar diġitilizazzjoni fil-Qorti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm se ddum biex titlesta Triq Paola, Ħal Tarxien? X’xogħlijiet se jsiru?
Response (BORG, IAN)
Fl-2020, Infrastructure Malta bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali madwar Malta, jiġifieri medja ta’ tliet toroq kull ġimgħa. B’hekk, minn meta lejn l-aħħar ta’ Jannar tal-2019 tat bidu għall-programm t’investiment ta’ €700 miljun biex ittejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali fil-pajjiż, l-aġenzija bniet mill-ġdid mal-285 triq residenzjali biex eluf ta’ familji li joqogħdu f’dawn it-toroq qegħdin igawdu minn ambjent aħjar barra minn djarhom.
Bħalissa għaddejjin xogħlijiet f’madwar 50 triq residenzjali oħra fosthom Triq Paola f’Ħal Tarxien li hi twila mhux ħażin, tant li din tibda minn ħdejn il-Knisja Parrokkjali u tmiss ma’ Triq Ħal Tarxien fid-direzzjoni lejn Raħal Ġdid. Ix-xogħlijiet f’din it-triq bdew fit-tieni ġimgħa ta’ Jannar u jinkludu bdil tal-pajpijiet tal-ilma, servizzi ġodda għall-ilma u telekomunikazzjoni, bini ta’ bankini ġodda fuq iż-żewġ naħat tat-triq qabel ma jissaħħew il-pedamenti u jsir wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt. Fl-istess triq bħalissa għaddej ukoll xogħol minn entità oħra, li qed jiġi kkordinat biex isir waqt il-bini mill-ġdid tat-triq biex jonqos l-inkonvenjent lir-resident. Ix-xogħol kollu mistenni li jkun lest fix-xhur li ġejjin.
Fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid Triq Santa Marija, Triq iż-Żejtun, Triq is-Sorijiet u Triq Marjanu Gerada waqt li diġà hemm ippjanati biex isiru toroq residenzjali oħrajn. Dan l-investiment biex titjieb il-kwalità tat-toroq residenzjali se jissokta fis-sitt snin li ġejjin bil-bini mill-ġdid t’aktar toroq fil-lokalitajiet madwar Malta.
Fis-sentjen li għaddew, Infrastructure Malta għamlet ukoll xogħlijiet f’aktar minn 230 triq rurali. Għaldaqstant, fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 500 triq mifruxin fil-lokalitajiet kollha madwar il-pajjiż, u dan apparti xogħlijet ta’ tiswijiet f’għexieren ta’ toroq oħrajn u l-bini ta’ proġetti kbar li qegħdin jinbnew fit-toroq arterjali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm se ddum biex titlesta Triq Paola, Ħal Tarxien? X’xogħlijiet se jsiru?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat miIl-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li dawn ix-xogħlijiet qed isiru minn Infrastructure Malta. Għaldaqstant, nitlob lill-Onor. Interpellant iressaq il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet se jsiru fi Triq Birżebbuġia, Ħal Tarxien?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat miIl-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li dawn ix-xogħlijiet ser isiru minn Infrastructure Malta. Għaldaqstant, nitlob lill-Onor. Interpellant iressaq il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 18315, invista tal-fatt li kien hemm inċidenti simili fis-substation Gudja Olive fil-passat reċenti, tista’ l-Ministru tikkonsidra li din is-substation tiġi rilokata?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda inċidenti oħra simili fis-substation Gudja Olive.