Refund ta’ taxxa mħallsa minn kumpaniji lil azzjonisti barranin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ taxxa mħallsa minn kumpaniji illi fuqha ngħata refund lill-azzjonisti barranin? Kemm kien l-ammont ta’ refund li ngħata lill-azzjonisti barranin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jelenka x'titjib sar fl-amministrazzjoni tal-qorti minn mindu twaqqfet l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qorti?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn mindu twaqqfet l-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qorti ittieħdu diversi miżuri u ġew implimentati diversi servizzi:
· Komplejna naħdmu sabiex intejbu l-aċċessibilità għas-servizzi li toffri l-Qorti permezz tal-informatika biex aktar servizzi jkunu offruti online għal benefiċċju taċ-ċittadin u tal-prattikanti tal-Liġi;
· Daħħalna fis-seħħ liġi li tagħti awtonomija amministrattiva lill-Qrati tagħna;
· L-atti tal-medjazzjoni fil-Qorti tal-Familja saru onlajn;
· Giet imtejba s-sistema tal-LECAM (li hija d-database tal-kawżi wżata fil-qorti) biex tinkorpora din is-sistema, li wara li jkun ġie ttajpjat il-verbal, b’mod awtomatiku l-istess verbal jintbagħat permezz ta’ imajl lill-avukat;
· Link tal-Avukati fis-sistema tal-Lecam fil-kawżi superjuri biex b'hekk bdew jintbagħatu d-digrieti lill-Avukati permezz tal-imejl;
· Saret sistema elettronika ta' kif ikunu storjati l-esibiti fil-Qorti ta’ Għawdex;
· Sar tibdil fil-liġi sabiex jinġabru l-ispejjez li saru matul l-inkjesti f'kawżi li wara jiġu ċeduti. Il-ħlas tal-ispejjez issa jistgħu jsiru
online
ħalli ċ-ċittadin ma jkollux għalfejn imur il-Qorti. Bit-tibdil dawn l-ispejjez issa qed ikun u rkuprati u l-ħlas isir b'mod elettroniku u allura b'mod efficjenti;
· Giet introdota eForm għall-ordnijiet ta' kopji ta' atti mill-Arkivju tal-Qorti;
· Iddaħħlet sistema fejn l-Avukati ġew provduti b'link li fiha jsibu s-sentenza wara li tkun inqatgħet mill-Qorti. B'hekk ġiet iffaċilitata l-ħidma tal-avukati b'tali mod li ma jkollhomx ghalfejn jfittxu huma tali sentenza izda tintbaghat awtomatikament lilhom minghajr talba.
· Ġiet introdotta s-sistema ta' onlajn filing tal-Atti Kriminali. Din l-inizjattiva qed tgħin lill-avukati u lill-prokuraturi legali sabiex, mill-kumdita tal-uffiċċju tagħhom, jippreżentaw kull att ġudizjarju mingħajr ma jkollhom għalfejn jidħlu l-qorti.
· Matul 2020 ġiet akkwistata propjeta fi Strada Stretta wara l-bini tal-Qorti sabiex ji¿diedu 4 awli ġodda u 20 uffiċċju b’investiment totali ta’ 5 miljuni
· Inbidlet l-infrastruttura kollha tan
-network
;
· Inbidlu l-kompjuters kollha tal-Qorti;
· Inbidlu u żdiedu l-
Hall Usage Monitors
;
· Tkompla t-tibdil fis-sistema tal-Qorti – DigiCourts;
· Inbidlu l
-photocopiers
kollha tal-Qorti;
· Numru ta Awli ġew mgħammra b’appart ta
video conferencing
;
· Inbidlet is-sistema tas-
Security Cameras
;
· Twaħħlet Sistema ta WIFI ġewwa l-binja St Thomas Moore;
· Inbidlet is-sistema tal-
Accounting u l-Payroll.
·
Uffiċċju tal-Għajnuna Legali ġdid ft triq l-Ifran Belt Valletta.
·
Aktar Avukati tal-Għajnuna Legali u Avukati tat-tfal
·
Emendi fil-liġi sabiex tiġi mħaffa l-proċedura quddiem l-Qorti tal-Appell (Sede Superjuri).
Jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhu l-użu ppjanat tal-Brexit Adjustment Reserve allokat għal Malta?
Response (ABELA, ROBERT)
Nigbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li l-leġislazzjoni Ewropea dwar il-Brexit Adjustment Reserve għadha qed tiġi diskussa f’livell Ewropej u għalhekk il-proċess ta’ allokazzjoni ta’ fondi għadu ma ġiex konkluż b’mod definittiv. Madankollu, f’Malta għaddejin b’eżerċizzju sabiex jiġu identifikati spejjeż u finanzjament ieħor li l-pajjiż għamel jew ser ikun qed jagħmel minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18185, tista’ l-Ministru tgħid liema bini ġdid tlesta fil-kumpless tal-MCAST tul is-sena li għaddiet? F’liema pożizzjoni jinsab il-proġett sħiħ u meta mistenni jiġi fi tmiemu?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li l-binja tal-Istitut tal-Inġinerija u t-Trasport tlestiet fl-2019. Matul is-sena 2020, tkompla x-xogħol relatat mal-binjiet tal-MRC u l-IICT. Madwar 65% tax-xogħol relatat mal-binjiet issa lest. Huwa stmat li dawn il-binjiet jitlestew sal-2022/2023.
Jista’ l-Ministru jindika kemm persuni f’Santa Luċija bbenefikaw mill-in work benefit tul l-2020? Jista’ jindika kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel u kemm tħallsu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu hija kif indikata f’din it-tabella t’hawn taħt.
Santa Luċija
Sena 2020
Benefiċjarji
Nefqa
Nisa
14
€ 18,097.88
Irġiel
11
€ 9,043.26
Total
25
€ 27,141.14
Jista’ l-Ministru jindika kemm persuni fil-Gudja bbenefikaw mill-In work benefit tul l-2020? Jista’ jindika kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel u kemm tħallsu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu hija kif indikata f’din it-tabella t’hawn taħt.
Gudja
Sena 2020
Benefiċċjarji
Nefqa
Nisa
12
€ 2,504.73
Irġiel
16
€ 8,978.68
Total
28
€ 11,483.41
Ministeru għall-Affarijiet Barranin – Second Secretary
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sejħa riċenti għall-pożizzjoni ta’ Second Secretary fi ħdan il-Ministeru hiex differenti minn dawk preċedenti u jekk iva f’liema partijiet?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat illi l-uniċi partijiet li huma differenti f’din is-sejħa meta mqabbla ma dawk preċedenti huma fit-Termini u Kundizzjonijiet, u fir-Rekwiżiti tal-Eliġibbilita’
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda u jitlesta l-proġett tal-parking biswit il-Port Ħieles? Kemm se jkun jesa karozzi u kemm minnhom se jkunu riservati għar-residenti?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux qed jitħejjew pjanijiet għas-sit fejn hemm l-impjant tal-fuel 31 ta’ Marzu f’Birżebbuġa? Fiex jikkonsistu dawn il-pjanijiet?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat f’mistoqsija parlamentari 17961.
Tista’ l-Ministru tagħti data definitiva meta se jingħalaq kompletament l-impjant tal-fuel f’Birżebbuġa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjant ta’ Birżebbuġa se jkun “on cold standby” bl-għeluq definittiv tal-impjant mistenni jseħħ mhux aktar tard mill-aħħar ta’ din is-sena.
Infurzar mill-pulizija/gwardjani għal min jipparkkja fil-parking bays taċ-Charging points
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhu l-pjan biex ikun hemm infurzar mill-pulizija u gwardjani fir-rigward ta’ min jipparkja b’mod abbużiv fuq dawn il-parking bays riservati għall-iċċarġjar tal-karozzi elettriċi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.