Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pontijiet ġodda — ċiklisti, persuni b’wheelchair u push-chairs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif għandhom jaqsmu t-triq, ċiklisti siġġijiet tar-roti jew push-chairs meta l-lifts ma jkunux qed jaħdmu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 19135 tas-Seduta 428.

Pontijiet ġodda – diżinfettar ta’ buttuni u kabini ta’ lifts

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba qed jiġu diżinfettati l-buttuni u l-kabini tal-lifts minħabba ż-żminijiet tal-pandemija li qed ngħixu?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru ikkonċernat.

Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — konsulenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il konsulent ġie maħtur sabiex jaghti servizzi lill-Ministeru jew lil xi entità li taqa' taħt il-Ministeru tagħha mill-1 ta' Jannar 2019 sal-lum? Tista' tgħid minn huma dawk maħtura, x'tip ta' servizzi, lil liema entità jingħataw is-servizzi, liema ħlas sar lil dawk il-konsulenti s'issa u kemm huwa l-valur ta' dik il-ħatra?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Title of Position/Contract Nomenclature Department / Entity engaged with Salary Scale Full Time / Part-Time Policy Consultant - SPU MESD – Ministry Secretariat 3 Full-Time

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsulent ġie maħtur sabiex jaghti servizzi lill-Ministeru jew lil xi entità li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2019 sal-lum? Jista' jgħid minn huma dawk maħtura, x'tip ta' servizzi, lil liema entità jingħataw is-servizzi, liema ħlas sar lil dawk il-konsulenti s'issa u kemm huwa l-valur ta' dik il-ħatra?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi kif miġbura hawn taħt. Title of Position/Contract Nomenclature Department / Entity engaged with Date of First Appointment of Contract Salary Scale Full Time / Part-Time Management Consultant MFE 24/11/2020 4 FT

Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsulent ġie maħtur sabiex jaghti servizzi lill-Ministeru jew lil xi entità li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2019 sal-lum? Jista' jgħid minn huma dawk maħtura, x'tip ta' servizzi, lil liema entità jingħataw is-servizzi, liema ħlas sar lil dawk il-konsulenti s'issa u kemm huwa l-valur ta' dik il-ħatra?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — konsulent

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsulent ġie maħtur sabiex jaghti servizzi lill-Ministeru jew lil xi entità li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2019 sal-lum? Jista' jgħid minn huma dawk maħtura, x'tip ta' servizzi, lil liema entità jingħataw is-servizzi, liema ħlas sar lil dawk il-konsulenti s'issa u kemm huwa l-valur ta' dik il-ħatra?

Response (CAMILLERI, BYRON)

B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari PQ 19146, l-Onorevoli Interpellant għandu jkun infurmat illi il-konsulenti maħtura sabiex jagħtu servizzi lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi u lis-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet mill-1 ta' Jannar 2019 sal-lum huma elenkati fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsulent ġie maħtur sabiex jaghti servizzi lill-Ministeru jew lil xi entità li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2019 sal-lum? Jista' jgħid minn huma dawk maħtura, x'tip ta' servizzi, lil liema entità jingħataw is-servizzi, liema ħlas sar lil dawk il-konsulenti s'issa u kemm huwa l-valur ta' dik il-ħatra?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor Interpellant li d-dekasteru kif inhu illum, jiġifieri l-Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u Governanza, beda min Jannar tal-2020. Għaldaqstant qed npoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-lista tal- konsulenti kkuntrattati sad-data tal-llum.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — konsulenti maħtura

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 18918, jista' l-Ministru jindika l-ismijiet tal-konsulenti li ġew maħtura mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Ministeru tal-Affarijiet Barranin ħatar ħames konsulenti li għadhom fil-kariga li huma: Is-Sur Karl Bugeja; Dr Charmaine Christiano Grech; Is-Sur Maurice Grupetta; is-Sur John Schembri u is-Sur Carmel Zammit. Iż-żewġ konsulenti li kellhom il-kuntratt terminat fil-2020 huma s-Sur Victor Camilleri u s-Sur Joshua Zammit.

Proġett ta’ bini ta’ Sptar

Question

Peress li fir-risposta li ta għall-mistoqsija parlamentari 32788 fis-seduta tal-11 ta' April 2017 tal-XII-il leġislatura, il-Ministru kien qal li "wara li fl-aħħar ġimgħat beda x-xogħol ta' kostruzzjoni tal-iskola medika ta' Barts, la darba joħorġu l-permessi tal-Awtorità tal-Ippjanar, jibda x-xogħol fuq il-kumplament tal-kampus tal-isptar." u peress li fir-risposta li ta l-istess Ministru għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18163 fis-seduta tad-19 ta' Jannar 2021, il-Ministru qal "li l-gvern qed jagħmel valutazzjoni tal-ftehim attwali mal-Konċessjonarju privat u li aktar informazzjoni ssir pubblika ladarba l-gvern iddiġerixxi b'mod eżawrjenti r-riżultat ta’ din il-valutazzjoni li qed titwettaq." jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għala l-Konċessjonarju Privat ma bediex ix-xogħol fuq il-kumplament tal-kampus tal-isptar kif kien previst f'April 2017? Jista’ jikkonferma jekk il-Konċessjonarju Privat ottjeniex il-permess għal dan l-isptar akut ġdid? Jidhirlux li dan id-dewmien biex jinbeda u jitlesta l-isptar akut f'Għawdex hu ta' detriment għall-poplu residenti f'Għawdex u wasal iż-żmien illi jintemmu d-diskussjonijiet mal-Konċessjonarju privat li ma kienx kapaċi jibda, aħseb u ara kemm jispiċċa dan il-proġett u jinbeda dan il-proġett ta' sptar akut ġdid mingħajr aktar dewmien?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern u l-Konċessjonarju għaddejin b’taħdidiet sabiex tinstab soluzzjoni għal dak li semma hu, primarjament fl-interess tal-pazjenti Għawdxin u Maltin.
Leg 13 PQ #19150 Sitting 429 2021-02-17 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – raba’ vapur

Question

Peress li fir-risposta li ta għall-mistoqsija parlamentari 17775 fis-seduta tas-16 ta' Diċembru 2020, l-Ministru qal "Fil-ġranet li ġejjin il-kumpanija Gozo Channel se tkun qed toħroġ tender li jikkonċerna r-raba’ vapur." u peress illi fir-risposta illi ta l-Ministru għall-mistoqsija parlamentari 18698 fis-seduta tad-9 ta' Frar 2021, il-Ministru qal "Bħalissa qed isiru l-preparamenti u d-drafting tat-tender biex il-kumpanija tkun tista tixtri jew tikri vapur ieħor u peress li dan il-proċess jinkludi l-ħtieġa li jiġu kkonsultati rapporti tekniċi, il-kumpanija ma tistax tgħid eżatt meta se joħroġ dan it-tender.", jidhirlux il-Ministru li dawn iż-żewġ risposti huma kontradittorji u li r-risposta li ta għall-mistoqsija parlamentari 17775 mhijiex korretta? Jista' jgħid għala l-kumpanija Gozo Channel (Operations) Ltd għadha ma ddeċidietx tikriex jew tixtriex ir-raba' vapur? Jista' jgħid hux għaqli jekk din id-deċiżjoni tittieħed qabel mal-kumpanija terġa’ tingħata l-Public Service Obligation għat-trasport bejn Malta u Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kumpanija Gozo Channel terġa ittenni li x-xogħol fuq it-tender dwar ir-raba vapur għadu għaddej. L-Onorevoli Interpellant konxju ukoll li l-pandemija bidlet ix-xenarji kollha possibbli, avolja Malta qed jirnexxielha tkampa fost l-aħjar fiċ-ċirkostanzi.

Skola Medika ta’ Barts

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ġiet tiswa l-binja tal-iskola medika ta' Barts f'Għawdex u min ħareġ il-flus għal din il-binja? Kemm qed iħallas il-gvern lill-Konċessjonarju Privat sabiex din il-binja tintuża bħala skola medika? Kemm qed iħallas il-Konċessjonarju Privat f'ċens fis-sena għall-art li qed tokkupa din l-iskola medika? Għala f'din il-binja ma tqisietx il-possibilità li jkun hemm helipad fuq is-saqaf tagħha?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kuntratt bejn il-Gvern Malti u Queen Mary University London jispeċifika l-faċilitajiet infrastrutturali u apparat meħtieġ fl-iskola medika ta’ Barts. Din l-infrastruttura ġiet mibnija u ffinanzjata minn Steward Healthcare Malta, u bħalissa qed tintuża minn Barts biex minnha isir tagħlim lill-istudenti tal-mediċina. Il-Gvern iħallas għal dan, is-somma ta’ Ewro 1.2 miljun fis-sena lil Steward Healthcare , liema somma titla bir-rata ta inflazzjoni, sakemm din ma tkunx anqas minn 2 punti perċentwali kull sena. Iċ-ċens li obligat iħallas il-konċessjonarju fuq l-artijiet mgħoddija lilu huwa ta’ Ewro 525,000 kull sena. Il-Gvern intenzjonat li tinbena helipad fuq il-binja ġdida tal-isptar Ġenerali t’Għawdex sabiex b’hekk tifforma parti integrali mill-faċilitajiet li ser ikollu l-isptar ġdid li meħtieġ jinbena f’Għawdex.
Leg 13 PQ #19152 Sitting 429 2021-02-17 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati fis-servizz pubbliku minn skala 1 sa 5

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17923 u jgħid kemm kien hemm impjegati fis-Servizz Pubbliku minn skala 1 sa 5 u kemm kienu ta' sess femminili mill-2010 ’l hawn, maqsuma sena b'sena?

Response (ABELA, ROBERT)

. It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — entitajiet li għadhom ftehim kollettiv skadut

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu li għandhom bħalissa ftehim kollettiv li skada? Jista’ għal kull każ jgħid meta skada?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-entitajiet bi ftehim skadut huma MATS (AIM u Administration & Technical), l-Awtorità tat-Trasport u Infrastracture Malta. Dawk fil-MATS skadew fi tmiem l-2019 u l-2020 rispettivament, waqt li tal-Awtorità tat-Trasport u Infrastructure Malta skadew fl-aħħar ta’ Diċembru 2020. Inżid li hi l-prassi li kull fejn ikun hemm ftehim kollettiv skadut, in-negozjati għal ftehim ġdid jesiġu li dan jibda jgħodd proprju minn meta jieqaf ta’ qablu.
Leg 13 PQ #18475 Sitting 428 2021-02-16 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — entitajiet li għandhom ftehim kollettiv skadut

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu li għandhom bħalissa ftehim kollettiv li skada? Jista’ għal kull każ jgħid meta skada?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kumpanija Gozo Channel għandha tliet ftehimi kollettivi li skadew fil-31 ta’ Diċembru 2020. Inżid li hi l-prassi li kull fejn ikun hemm ftehim kollettiv skadut, in-negozjati għal ftehim ġdid jesiġu li dan jibda jgħodd proprju minn meta jieqaf ta’ qablu.

Ministeru għas-Solidarjietà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — entitajiet li għandhom ftehim kollettiv skadut

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu li għandhom bħalissa ftehim kollettiv li skada? Jista’ għal kull każ jgħid meta skada?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru li tiegħu jien responsabbli, ma għandhomx ftehim kollettiv li skada.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — entitajiet li għandhom ftehim kollettiv skadut

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu li għandhom bħalissa ftehim kollettiv li skada? Jista’ għal kull każ jgħid meta skada?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat illi l-ebda entità fid-dekasteru tiegħi ma għandha ftehim kollettiv skadut.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali — entitajiet li għandhom ftehim kollettiv skadut

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu li għandhom bħalissa ftehim kollettiv li skada? Jista’ għal kull każ jgħid meta skada?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellent illi l-entitajiet fid-dekasteru tiegħi ma għandhomx ftehim kollettiv.

Awtorità tad-Djar – reklutaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reklutati ħaddiema ġodda mal-Awtorità tad-Djar, u mil-liema lokalitajiet ġejjin, bin-numru ta' persuna ingaġġati ħdejn kull lokalità, matul is-sena 2020 u l-2021 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat illi mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-lum, l-Awtorità tad-Djar ingaġġat 46 ħaddiem li ġejjin minn diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex.
Leg 13 PQ #18676 Sitting 428 2021-02-16 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Employee Support Programme

Question

Jista’ l-Prim-Ministru jgħid kemm-il każ ġie segwit mill-Employee Support Programme matul is-sena 2020 u l-2021 sakemm tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (ABELA, ROBERT)

Filwaqt li għal-perjodu ta’ bejn Jannar u Mejju 2020 nirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 15281, ninsab nfurmat li bejn Ġunju 2020 sal-ġurnata tal-llum kien hemm 230 każi li ġew segwiti mill-Employee Support Programme.