Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni ’l fuq minn 80 sena – vaċċin tal-COVID-19

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid: a. kemm hu n-numru ta’ persuni ’l fuq minn 90 sena, 85 sena u80 sena f’Malta u Għawdex; u b. x’persentaġġ minnhom irċievew l-ewwel u t-tieni doża tal-vaċċin tal-COVID-19?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sal lum ħargu il-fuq minn 10,000 invit għal dawk il-persuni ta’ bejn 80 u 84 sena. Li minnhom sa issa il-fuq minn 65% diġa’ ħadu l-ewwel doża tat-tilqima tagħhom. It-tilqim fl-eta’ ta’ 80-84 għadu għaddej u għadhom qed jintbagħtu inviti lil dawk il-persuni li ma rċevewx l-invit id-dar. Għal aktar informazzjoni rigward persuni ’l fuq minn 85 sena, nitlobha tirreferi għat-tabella t’hawn taħt. Eta’ Numru ta’ persuni % L-Ewwel Doża % It-Tieni Doża 85-89 6586 90% 68% 90+ 3049 85% 62%

Roll out tal-vaċċin tal-COVID-19 – parteċipazzjoni tat-tobba fil-privat

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk humiex għaddejjin diskussjonijiet mar-rappreżentanti tat-tobba fil-privat biex jipparteċipaw fil-roll out tal-vaċċin kontra l-COVID-19 u jekk fl-affermattiv, f’liema stadju waslu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed isiru diskussjonijiet kif tobba privati jistgħu jappoġġjaw ir-roll out tal-vaċċin kontra l-COVID-19.

Wind Farms fil-Montenegro – investigazzjoni interna tal-Enemalta

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'kienet id-data li fiha r-rapport tal-investigazzjoni interna tal-Enemalta fuq il-proġett tal-irdieden tar-riħ fil-Montenegro ġie mgħoddi lill-pulizija?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapport ġie mgħoddi lil-Pulizija fit-8 ta’ Jannar 2021.

Ministeru għall-Inklużhoni u l-Kwalità tal-Ħajja — entitajiet li għandhom ftehim kollettiv skadut

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema huma l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu li għandhom bħalissa ftehim kollettiv li skada? Tista’ għal kull każ tgħid meta skada?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-uniku ftehim kollettiv skadut mill-entitajiet fid-dekasteru tiegħi huwa ta’ SportsMalta. Dan skada f’Diċembru 2020 iżda bħalissa jinsabu għadejjin diskussjonijiet ma’ l-Union għall-ftehim kollettiv ġdid. Inżid li hi l-prassi li kull fejn ikun hemm ftehim kollettiv skadut, in-negozjati għal ftehim ġdid jesiġu li dan jibda jgħodd proprju minn meta jieqaf ta’ qablu.

Ministeru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara Covid-19 — entitajiet li għandhom ftehim kollettiv skadut

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu li għandhom bħalissa ftehim kollettiv li skada? Jista’ għal kull każ jgħid meta skada?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda entità li taqa taħt il-Ministeru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara Covid-19 ma għandha ftehim kollettiv skadut.

Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva — entitajiet li għandhom ftehim kollettiv skadut

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu li għandhom bħalissa ftehim kollettiv li skada? Jista’ għal kull każ jgħid meta skada?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ftehim kollettiv tal-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali li huwa bbażat fuq Direttiva 7 – Struttura ta’ Salarju skont l-IRU skada fil-31 ta’ Diċembru 2020, u bħalissa jinsabu għaddejjin diskussjonijiet ta’ negozjat. Inżid li hi l-prassi li kull fejn ikun hemm ftehim kollettiv skadut, in-negozjati għal ftehim ġdid jesiġu li dan jibda jgħodd proprju minn meta jieqaf ta’ qablu.

Skema Xogħol fil-Komunità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm ħaddiema fl-iskema Xogħol fil-Komunità? Kemm hemm f’Malta u f’Għawdex? Fejn huma assenjati dawn il-ħaddiema u x’inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-istess ħaddiema? Jista’ jgħid għal kull każ ta’ kull ħaddiem, meta beda jaħdem f’din l-iskema?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Jobsplus – skemi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ skemi jeżistu mill-Jobsplus biex jiġu megħjuna persuni b’diżabilità sabiex isibu impieg? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Jobsplus għandhomx xi skema ta’ work exposure għal dawn il-persuni u kif taħdem din l-iskema?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Nisa li sabu impjieg part-time jew full-time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ nisa li fis-snin 2017 sal-lum (sena b’sena) sabu impjieg part-time jew full-time? Kemm minn dawn l-impiegi kienu mas-settur privat u kemm kienu mas-settur pubbliku? Fil-każ ta’ dawk li sabu impjieg fis-settur pubbliku, jista’ jgħid f’liema qasam?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Assistenza Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jirċievu xi forma ta’ assistenza soċjali, lokalità b’lokalità, u jgħixu Ħaż-Żebbuġ, ir-Rabat, Ħad-Dingli, l-Imġarr, l-Imtarfa u l-Baħrija u x’tip ta’ benefiċċju jieħdu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnhu hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: Lokalita' SA SUP Total Baħrija 6 2 8 Dingli 14 13 27 Imtarfa 12 10 22 Mġarr 18 16 34 Rabat 61 35 96 Żebbuġ 97 53 150 Total 208 129 337 SA = Social Assistance benefit SUP – Single Unmarried Parent benefit
Leg 13 PQ #18681 Sitting 429 2021-02-17 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Edukazzjoni

LSEs mal-Gvern

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm LSEs jaħdmu mal-Gvern, kemm fil-Primarja kif ukoll fis-Sekondarja?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li fl-iskejjel tal-Gvern hemm total ta’ 2586 LSEs (jinkludu LSE 1, LSE 2, LSE 3 u Supply LSE) kif muri fit-tabella hawn taħt: Main Stream Resource Centres Primarja 1781 26 Sekondarja 648 131

Wage Supplement

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk min qiegħed jieħu l-wage supplement u għandu self ta' dar u negozji l-aktar dawk li għandhom b’xi mod x’jaqsmu mat turiżmu, speċjalment bis-sitwazzjoni tal-COVID-19 u r-restrizzjonijiet mill-pajjiżi Ewropej għadhom mhux ċari u l-ħaddiem u n-negozjanti għandhom bżonn serħan il-moħħ ħalli kif għaddiet sena waħda b’moħħhom mistrieħ, ngħaddu l-ftit xhur li baqa’ sakemm ir-rota tibda’ ddur. Għal dawn se jsir estensjoni ta' moratorju?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru ikkoncernat.

Vulnerable Adult Protection Act

Question

Tista’ l-Ministru responsabbli mill-Persuni b'Diżabilità tgħid f'liema proċess wasal il-Vulnerable Adult Protection Act?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-abbozzi mehtiega f’dan ir-rigward jinsabu fi stadju avvanzat, u se jitressqu ghall-konsultazzjoni pubblika wara li jigu approvati mill-Kabinett. Eventwalment, l-abbozzi jkunu jistghu jitressqu ghad-diskussjoni fil-Parlament.

United Nations Convention for the Rights of Persons with Disability Act

Question

Tista’ l-Ministru responsabbli għal Persuni b'Diżabilità tgħid fiex wasal il-proċess tal-‘United Nations Convention for the Rights of Persons with Disability Act’?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi l-abbozzi mehtiega f’dan ir-rigward tlestew, u se jitressqu ghall-konsultazzjoni pubblika wara li jigu approvati mill-Kabinett. Eventwalment, l-abbozzi jkunu jistghu jitressqu ghad-diskussjoni fil-Parlament.

Ċentru tas-Saħħa Birkirkara – Dipartiment tal-Podoloġija

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta hija skedata t-tlestija fix-xogħlijiet li għaddejjin bħalissa fid-Dipartiment tal-Podoloġija fiċ-Ċentru tas-Saħħa f'Birkirkara? Jista' jindika jekk hemmx pjan li l-appuntamenti jibdew jingħataw aktar regolari u mhux kull tmien ġimgħat?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dan il-proġett mistenni jkun lest sas-sajf li ġej. Ninfurmah ukoll illi rigward appuntamenti, dawn jingħataw mill-podjatra abbażi tal-ħtiġijiet tal-pazjent. Sabiex l-hin ta’ stennija dejjem jittaffa matul dawn ix-xhur tal-pandemija d-Dipartiment tal-Kura Primarja introduċa s-servizz tal-podjatrija f'numru ta' kliniċi fil-komunita’ bħala parti mill-outreach programme. Dan is-servizz mistenni jibqa’ anke wara l-pandemija.
Leg 13 PQ #19004 Sitting 429 2021-02-17 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

EU Recovery Fund allokat għal Malta

Question

Jista' l- Prim Ministru jghid kemm intużaw fondi s’issa mill-EU Recovery Fund allokat għal Malta?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill- Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari nru 18634.

Raħal Ġdid – in work benefit

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm persuni f’Raħal Ġdid bbenefikaw mill-In work benefit tul l-2020? Jista’ jindika kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel u kemm tħallsu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu hi kif indikata f’din it-tabella hawn taħt. Raħal Ġdid Sena 2020 Benefiċjarji Nefqa Nisa 44 € 36,253.77 Irġiel 62 € 43,270.28 Total 106 € 79,524.05

Il-Fgura – in work benefit

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm persuni fil-Fgura bbenefikaw mill-In work benefit tul l-2020? Jista’ jindika kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel u kemm tħallsu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu hi kif qed ikun elenkat fit-tabella t’hawn taħt: Fgura Sena 2020 Benefiċjarji Nefqa Nisa 66 € 47,354.32 Irġiel 127 € 76,643.34 Total 193 € 123,997.66